Skejjel li nsibu fix-Xaghra
Skola Primarja Patri Mattew Sultana
Din l-Iskola Primarja tinsab fi Triq it-Tigrija u hija msemmija ghal Patri Mattew Sultana. Dan is-sacerdot religjuz twieled ix-Xaghra, Ghawdex, fil-5 ta' Awissu 1918 u nghaqad mal-Kapuccini u fl-1942 gie ordnat sacerdot. Fil-bidu tal-hajja sacerdotali tieghu kien kappillan f’bosta sptarijiet u wkoll ghalliem tal-Latin u tat-Taljan fil-Kullegg Serafiku. Kien membru attiv ta' l-Akkademja tal-Malti u poeta maghruf. Kiteb numru ta' versi ta' innijiet popolari u kif ukoll hafna poeziji li l-bicca l-kbira taghhom ghandhom suggett religjuz. Patri Mattew miet fis-17 ta' Frar tal-1986. L-iskola tipprovdi edukazzjoni primarja lil dawk it-tfal kollha li jaghmlu uzu mis-servizzi taghha.
Surmast prezenti: Is-Sur Joseph Rapa
Assistent Surmast: Is-Sinjura MaryAnne Zammit
Numru tat-telefon: 21 556719.
Fergha ta' l-MCAST (Kullegg Malti ghall-Arti,
Xjenza u Teknologija)
Din il-fergha ta' l-MCAST li tinsab annessa ma'
l-iskola primarja tar-rahal taghna tipprovdi
taghlim baziku u avvanzat fil-kompjuters lil
dawk l-istudenti li ghazlu li ma jkomplux l-istudji
post-sekondarji jew terzjarji taghhom. In-numru
ta' studenti li jaghmlu uzu minn din il-fakolta'
huwa wiehed inkoragganti.
Ghal lista ta’ korsijiet offruti f’dan
ic-centru, inhegguk tidhol fuq is-sit elettroniku
http://www.mcast.edu.mt.
