Lista ta’ organizazzjonijiet fix-Xaghra

Ic-Cirklu taz-Zghazagh – Fi Triq 28 t’April 1688, insibu c-centru li fih jiltaqghu z-zghazagh Xaghrin ghal xi laqghat ta’ formazzjoni li jinzammu darba fil-gimgha. F’dawn il-laqghat, iz-zghazagh jircievu taghlim dwar diversi aspetti li jolqot direttament il-hajja taghhom. Minbarra dan l-iskop principali, ic-Cirklu jintuza wkoll mill-Kumitat tal-Fund Raising tal-festa ta’ Marija Bambina ghal attivitajiet socjali u mill-Kunsill Lokali Xaghra bhala Centru ta’ matul il-jum ghall-anzjani li jiltaqa’ kull nhar t’Erbgha.
President attwali: Rev. Kan. Anton Refalo Zammit.

Is-Socjeta Filarmonika Victory: Fi tmiem is-seklu dsatax, ir-rahal tax-Xaghra kien ghaddej minn attivita’ partikolari, cioe’ l-Casa Pia Industriale. Din twaqqfet fi zmien il-parrokat ta’ l-ewwel Arcipriet, Dun Guzepp Diacono. Il-Banda bl-isem La Vittoria taf il-bidu taghha lil numru sabih ta’ zghazagh li wrew ix-xewqa taghhom lill-Arcipriet Diacono f’Settembru tas-sena 1898 u jidher li dawn iz-zghazagh kellhom lis-Surmast Malti Eduardo Farina li kien jaqla’ l-ghajxien tieghu billi jdur l-irhula ta’ Ghawdex flimkien ma’ wiehed Ghawdxi mlaqqam “Ta’ Garella” jbiegh xi hwejjeg zghar. Darba minnhom, “Ta’ Garella” waqaf jitkellem ma’ certu wiehed Karmnu mix-Xaghra li kien dilettant kbir tal-festa. Bla ebda telf ta’ zmien, Karmnu resaq fuq l-Arcipriet Diacono u wrieh dan il-hsieb li dlonk inghogob. Dawn iz-zghazagh talbu lill-Arcipriet Diacono sabiex ihallihom jaghmlu uzu mid-Dar Industrijali ghall-provi u l-kuncerti tal-banda u b’hekk din id-dar serviet bhala l-lokal tal-Banda “La Vittoria”. Il-Banda tax-Xaghra twaqqfet formalment fil-jum glorjuz tal-25 t’Ottubru, 1898 u kienet l-ewwel banda mwaqqfa fl-irhula Ghawdxin. Din is-Socjeta’ Filarmonika ghamlet success f’qasir zmien u kellha 120 membru fejn daqqet ghall-ewwel darba fil-purcissjoni ta’ San Guzepp tax-Xaghra fl-1899 u fil-festa titulari ta’ l-istess sena. Madankollu, fil-festa tal-Madonna tar-Ruzarju, f’Ottubru 1906, inqala’ dizgwid fil-kumitat u l-Banda kellha tieqaf hesrem. Fis-sena 1934, twaqqfet ghall-ewwel darba l-ghaqda tal-Boy Scouts fix-Xaghra. Wara numru ta’ diskussjonijiet u hsieb sabiex din l-ghaqda jkollha l-banda taghha, f’dik l-istess sena, regghet ghat-tieni darba twaqqfet il-Banda tar-rahal taghna, din id-darba bl-isem tal-Banda Victory. Matul il-medda taz-zmien, is-Socjeta’ Filarmonika Victory kienet immexxija minn diversi surmastrijiet ta’ hila, fosthom is-Surmast Mikiel Farrugia (1934 – 1960), Joseph Camilleri A.MusLCM (1960 – 1971), Nazzareno Refalo (1971 – 1977), Anton Bonnici (1977 – 1993) u Joseph Galea LCM (1993 – prezent). Is-Socjeta’ Filarmonika Victory torganizza esklussivament zewg kuncerti kbar matul is-sena li huma l-Kuncert ta’ muzika sagra fil-jiem tal-Gimgha Mqaddsa (generalment Lejliet Hadd il-Palm) fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina u l-Programm Vokali u Strumentali li jittella’ fil-jiem tal-festa titulari fuq il-plancier f’Misrah il-Vitorja (generalment isir nhar l-4 ta’ Settembru). Is-sena 1994 tibqa’ mnizzla b’ittri kbar tad-deheb fl-annali tas-Socjeta’ minhabba l-mawra taghha fil-Kanada u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, liema zjara kienet saret bejn id-19 ta’ Settembru u t-3 t’Ottubru. Fis-sena 1999, twaqqaf il-Kor Nativitas fi hdan l-istess Socjeta’ Filarmonika. Bhala l-ewwel direttur, inhatar iz-zaghzugh Michael Curmi (illum sacerdot) u bhala assistenta direttrici nhatret is-Sinjorina Silvana Bonello. Fil-prezent, il-Kor jitmexxa mid-Direttrici Silvana Agius u l-Assistent Direttur Ivan Attard. Is-Socjeta’ Filarmonika Victory ghadha ghaddejja bil-hidma taghha sabiex tkompli taghmel unur lil rahalna.
President attwali: Is-Sur Eucharist Sultana.

Ghal aktar informazzjoni, gentilment zur is-sit elettroniku http://www.freewebs.com/modessmusic/ghawdexb.htm.

Il-Legjun ta’ Marija: L-ewwel laqgha tal-Legjun ta’ Marija fid-dinja saret fil-belt ta’ Dublin mill-fundatur il-Venerabbli Frank Duff. Din l-ghaqda Marjana nfirxet mad-dinja kollha u sabet postha wkoll fir-rahal taghna. Fix-Xaghra, ghandna numru sabih ta’ gruppi li jiltaqghu darba fil-gimgha sabiex jircievu formazzjoni u taghlim marbut mal-virtujiet ta’ Marija.
President attwali: Is-Sur Joseph Refalo.

Il-MUZEW: Nhar is-7 ta’ Marzu 1907, fil-Hamrun, is-sacerdot Dun Gorg Preca ghamel l-ewwel laqgha tas-Socjeta’ tad-Duttrina Nisranija. Kienet ghaqda li tigbor fiha tfal u zghazagh bil-ghan li jitghallmu sewwa l-katekizmu. Maz-zmien, din l-ghaqda b’origini Maltija, infirxet mhux biss fil-gzira taghna imma anke madwar id-dinja, fosthom fl-Awstralja. Fix-Xaghra, ghandna zewg ferghat tal-Muzew, wiehed tas-Subien u l-iehor tal-bniet. Il-qasam tal-Muzew tas-Subien jinsab fi Triq Dun Gorg Preca filwaqt li l-qasam tal-Muzew tal-Bniet jinsab fi Triq Jannar. Is-Socjeta’ tal-MUSEUM torganizza diversi attivitajiet ghat-tfal u studenti Xaghrin bil-ghan li jingibdu dejjem izjed lejn it-taghlim nisrani. Fuq parir tal-fundatur San Gorg Preca (kanonizzat fit-3 ta’ Gunju 2007), is-Socjeta’ ghandha esklussivament f’idejha l-organizazzjoni tal-purcissjoni tal-Bambin nhar il-Milied filghaxija u l-programm li jsegwi.
Superjur Attwali (Subien): Is-Sur Joseph Attard
Superjura Attwali (Bniet): Is-Sinjorina Rita Sacco

Azzjoni Kattolika: Hija ghaqda li tiltaqa’ fic-centru li hemm fil-bidu ta’ Triq Jannar bil-ghan li tiddiskuti flimkien ma’ sacerdot diversi temi marbuta mal-hajja tal-lum.
Presidenta attwali: Is-Sinjorina Natalina Sultana.

The Guiding Light: Din l-ghaqda hija ffurmata minn grupp ta’ adoloxxenti u zghazagh li jiltaqghu matul il-gimgha fic-Centru Gesu’ Nazzarenu bil-ghan li jircievu formazzjoni b’dimensjoni umana u spiritwali.

Ghaqda Armar 2 ta’ Settembru 1973: Din hija ghaqda iffurmata minn grupp ta’ zghazagh li jiehdu hsieb il-konservazzjoni ta’ l-armar ezistenti tal-festa u jaghmlu iehor gdid. Iz-zghazagh jaghtu daqqa’ t’id biex jintrama l-materjal kollu fi zmien il-festa u imbaghad jergghu jzarmawh hekk kif tghaddi l-festa.
Il-jum tat-2 ta’ Settembru 1973 ifakkar il-grajja ta’ l-Inkoronazzjoni ta’ l-istatwa titulari ta’ Marija Bambina.
President attwali: Mons. Arcipriet Carmelo Refalo.

Ghaqda tan-Nar VMB 1973: Din l-ghaqda tiehu hsieb tigbor fondi biex torganizza l-ispettaklu tan-nar ta’ l-art u ta’ l-ajru waqt il-jiem tal-festa titulari ta’ Marija Bambina.
President attwali: Mons. Arcipriet Carmelo Refalo.

Kumitat Festi Esterni: Dan huwa kumitat li jiltaqa’ darba fix-xahar matul is-sena kollha sabiex jorganizza il-festi esterni ta’ Marija Bambina. Dan il-Kumitat Centrali jkollu fi hdanu diversi sotto-kumitati li jghinu fl-organizazzjoni tal-festa tat-8 ta’ Settembru.
President attwali: Mons. Arcipriet Carmelo Refalo.

Kumitat Festi ta’ l-Ghid: Dan il-kumitat jiehu hsieb jorganizza l-attivitajiet b’konnessjoni mal-purcissjoni-pageant tal-Gimgha l-Kbira u l-manifestazzjoni ta’ Kristu Rxoxt Hadd il-Ghid filghaxija.
President attwali: Mons. Arcipriet Carmelo Refalo.

Ghaqda il-Milied fix-Xaghra: Din l-ghaqda taf il-bidu taghha nhar id-29 t’Ottubru 2004 fuq inizjattiva ta’ Mons. Ewkaristiku Sultana (dak iz-zmien Arcipriet tal-Parrocca). Din l-ghaqda tiltaqa’ biex tiehu hsieb l-organizazzjoni tal-festi tal-Milied li jsiru fil-parrocca taghna.
President attwali: Is-Sur Victor Agius.

Radju Bambina: L-istazzjon komunitarju tal-parrocca taghna fetah il-bibien tieghu fis-sena 1997 b’inizjattiva tal-Kan. Dun Gwann Sultana. Ir-Radju jxandar is-sena kollha fuq frekwenza ta’ 98.3 FM bi skeda ridotta. Fi zmien il-Milied, l-Ghid u l-festa titulari ta’ Marija Bambina, Radju Bambina jxandar bi skeda specjali.

Direttur attwali: Is-Sur Joseph Refalo.

Centru Vokazzjonijiet: dan ic-centru nfetah fis-sena 1976 bil-ghan li jaghti formazzjoni lill-abbatini li jservu fil-Knisja Parrokkjali tax-Xaghra u lil dawk l-adoloxxenti u z-zghazagh li jkollha hajra ghas-sacerdozju. Kien l-ewwel centru tax-xorta tieghu li nfetah fil-gzejjer Maltin fuq inizjattiva ta’ l-Arcipriet ta’ dak iz-zmien, Mons. Ewkaristiku Sultana.
President attwali: Mons. Arcipriet Carmelo Refalo.

Xaghra United Football Club: Din l-ghaqda sportiva twaqqfet fl-1936 bl-iskop li taghti edukazzjoni sportiva lit-tfal u studenti Xaghrin.

Il-Partit Laburista (PL) u l-Partit Nazzjonalista (PN) ghandhom il-kazini rispettivi taghhom fix-Xaghra. Il-kazin tal-Partit Laburista jinsab fil-bidu ta’ Triq Knisja filwaqt li dak tal-Partit Nazzjonalista jinsab fi Triq it-Tigrija.

Korijiet residenti: Il-Kor tal-Parrocca Voci Angeliche twaqqaf fis-sena 1984. Direttrici: is-Sinjura Grace Vella. Il-Kor Schola Cantorum Jubilate twaqqaf fis-sena 2000. Direttrici: Is-Sinjorina Marouska Attard. Il-Kor Maranatha ghandu direzzjoni tas-Sur Mario Xerri. Il-Kor ta’ l-abbatini twaqqaf fis-sena 1995. Direttur: Is-Seminarista Mario Curmi. Ghal taghrif dwar il-Kor Nativitas, ara s-sezzjoni tas-Socjeta’ Filarmonika Victory aktar ‘il fuq.