Forsi ftit huma dawk li ghadhom jafu xi tfisser din il-kelma Maltija kumittiva. Xi tfisser ezatt din il-kelma? X'konnessjoni ghandha mar-rahal tax-Xaghra? Il-kelma kumittiva tindika z-zifha tal-karnival ta' dari fir-rahal tax-Xaghra. Hija zifna li originat fix-Xaghra fl-inhawi ta' hdejn il-knisja ta' Gesu' Nazzarenu, fil-vicin tat-toroq Gnien Xibla, Gajdoru u Mannar. Dan it-taghrif hadtu minghand wiehed mix-xjuh Xaghrin, Manwel Zammit (tal-Furnar), illum mejjet, li ghal 45 sena Manwel kien wiehed mill-organizzaturi u ghal hafna snin kien il-prokuratur ta' dan 1-ispettaklu karnivalesk, u li x-xjuh taghna kienu jistennew bil-herqa, dan ir-renju qasir tal-karnival ta' dari.

Il-karnival kien introdott f’pajjizna mal-migja tal-kavallieri ta' San Gwann f Malta. Kien mezz ta' divertiment onest u dixxiplinat fost il-poplu Malti u Ghawdxi. Kien zmien ta' sawm ghal erbghin jum minn tlugh sa nzul ix-xemx. Huwa mhux biss ta' interess izda specjali ghax il-kumittiva kienet issir madwar 50 u 100 sena ilu, meta dak iz-zmien kien hawn faqar kbir.

F 'hiex tikkonsisti?

Il-kumittiva li hija zifna ripetittiva tiehu madwar siegha u nofs. Kienet imqassma f erba' movimenti: l-Ingliza, il-Bixkilla, il-Franciza u s-Salib. Tispikka f’din id-danza popolari z-zifna biz-zigarelli b'zewg kuluri, l-abjad u l-ahmar. Kull zeffien kien izomm zigarella, li kienet tkun marbuta ma' arblu fil-gholi. Tidher qisha umbrella kbira b'zewg kuluri. Kull darba li l-mexxej tal-kumittiva isaffar, flimkien mal-muzika tad-daqqaqa fuq il-kitarra, mandolina u accordian, jibda moviment fejn iz-zeffiena jghaddu kontra xulxin, u z-zigarella ddur mal-arblu, b'tali mod li johrog disinn ta' zewg kuluri li jghattu l-arblu. Jiehdu sehem 24 ragel li tnax minnhom kienu jiehdu 1-parti ta' mara. Izda anke biex torganizza din id-danza, kienet tinvolvi xi spejjez. Ghalhekk kien mehtieg li kull partecipant kien ihallas 3 soldi ghall-ispejjez, li ghal dak inhar kienu hafna, meta ser jintefqu fuq id-divertiment. L-ispejjez kienu fi hlas ghax-xorb u l-perlini. Hlas iehor kien ghad-daqqaqa li generalment kienu Maltin mill-Hamrun. Bosta drabi minhabba l1-faqar ta' dak iz-zmien gie li xi partecipant ma kienx jista' johrog it-tlett soldi u ghalhekk il-prokuratur kien johroghom minn butu.

L-ilbies ghaz-zifna

Filwaqt li l-ilbies ta' l-irgiel kien ilbies komuni li l-irgiel kollha tax-Xaghra ta' dak iz-zmien kellhom, dak tan-nisa kien problema dak iz-zmien, ghaliex il- libsa 1-aktar komuni kienet il-ghonnella. Imbaghad min kellu l-ghonnella tal-harir kienet fortuna kbira. Kif ghidt diga l-irgiel kienu jilbsu Ibies komuni; qmis bajda, qalziet iswed u sidrija li anke llum sfortunatament dan l-ilbies f Ghawdex spicca u tlifina l-identita u l-karattru fl-ilbies taghna. Min-naha l-ohra, l-irgiel li kienu jilbsu ta' nisa ma kienx facli ghalihom li jilbsu l-ilbies kulurit u differenti fl-ewwel jumejn tal-karnival, ghax ma kienx facli li ssib il-hwejjeg tan-nisa bl-abbundanza bhal tan-nisa tallum. Ghalhekk Censa Zammit, mart Manwel il-prokuratur u organizzatur kienet iddur ir-rahal kollu biex takkwista l-ahjar hwejjeg. Izda xorta kienet tinqala problema ohra. Minhabba li dak iz-zmien ma kontx issib tixri 'make-up', ghalhekk dawk li kienu jiehdu l-parti tal-mara, kienu jostru wicchom b'maktur tal-harir biex kemm jista' jkun jaqtghu figura ahjar ta' mara.

Meta u fejn kienu jsiru l-provi?

Kull tip ta' danza, anke ta' tnejn min-nies, isiru provi, ahseb u ara danza ta' 24 ragel dilettant, li whud minnhom iridu jilbsu ta' mara. Irridu nqisu z-zmien madwar 100 sena ilu. Ma kienx hawn skejjel ta' drama u zfin ghat-taghlim bhal ma ghandna illum. Izda 1-irgiel Xaghrin, li forsi whud minnhom qatt ma marru skola, minkejja li normalment kienu bdiewa u rahhala kienu jitghallmu din id-danza popolari tal-kumittiva, biex l-ewwel jiehdu gost huma u imbaghad 1-ohrajn. Iz-zmien tal-provi kien jibda wara 1-Milied u jibqa' sejjer sal-karnival fil-pjazza kwieta ta' quddiem il-Knisja tan-Nazzarenu, fejn hemmhekk kienet issir ukoll il-kumittiva fil-granet tal-Karnival. Kien ghalhekk li fi Gnien Xibla originat il-kumittiva fix-Xaghra u probabilment f Ghawdex kollu..

Xi tfisser il-libsa s-sewda?

Fil-granet tal-karnival, dak inhar 3 ijiem b'kollox, fis-2.30p.m. kienu jdawru l-kumittiva fin-Nazzarenu, ghax hekk ghadu jinghad sallum. Dritt wara z-zeffiena, tfal u c-corma tan-nies, kienet titla' fil-pjazza principali u jergghu jdawruha mill-gdid hemm, sakemm jidlam. Ta' min ifakkar li dak iz-zmien ma kienx hemm dawl elettriku izda fanali. Interessanti hafha huwa 1-fatt li fl-ewwel jumejn, dawk 1-irgiel zeffiena li kienu jilbsu ta' nisa, kienu jilbsu Ibies kulurit, izda fl-ahhar gurnata tal-karnival kienu jilbsu libsa sewda u jizzejnu b'hafha deheb. Min kellu polka bil-katina kien jilbisha mhux biss fil-karnival, izda anke fil-festa tar-rahal. L-iskop kien bhala viztu, peress li 1-karnival ikun sejjer jispicca u jibda r-Randan, li hu zmien ta' penitenza. Wara li tkun spiccat il-kumittiva kien jitqassam helu lill-folla prezenti bhala turija ta' hbiberija, u z-zeffiena jispiccaw b'qatra inbid bnin, li Ghawdex huwa maghruf ghalih. Kien ikun zmien ta' ferh u allegrija, minghajr hlas. Izda fuq kollox minghajr ma joffendu lil hadd, u l-anqas is-sentimenti ta' hadd, specjalment dawk religjuzi.