Skejjel li nsibu fix-Xaghra

Fir-rahal tax-Xaghra, insibu tliet knejjes principali li lkoll ghadhom jaqdu l-funzjoni taghhom b'mod mill-aktar regolari:

(a) Il-Kolleggjata-Bazilika Santwarju tat-Twelid ta' Marija Bambina

Ir-rahal tax-Xaghra gie maqtugh mill-Katidral, Omm il-Knejjes kollha t'Ghawdex, u dikjarat bhala parrocca awtonoma bil-Kappillan u l-konfini taghha mill-Isqof Davide Cocco Palmeri nhar it-28 t'April 1688 permezz tad-Digriet Cum in Prima. Il-knisja antika ta' Sant' Anton Abbati serviet bhala l-ewwel sede tal-parrocca. Madankollu, il-poplu Xaghri, fuq talba u bil-barka ta' l-Isqof, bdew jibnu Knisja gdida fic-centru tar-rahal fuq art pubblika moghtija minn Fra Gregorio Carafa, Gran Mastru ta' l-Ordni Gerosolimitan tal-Kavallieri ta' San Gwann. F'Mejju 1692, din il-knisja bdiet taqdi l-funzjonijiet taghha. Il-knisja giet iddedikata lill-Imqaddsa Vergni Marija tal-Grazzja imma ftit tax-xhur wara, it-titular tbiddel ghal dak prezent jigifieri t-Twelid tal-Vergni Marija. Il-festa ta' Marija Bambina hija maghrufa b'mod popolari fostna bhala Il-Vitorja ghax tfakkar ir-rebhiet ta' pajjizna fuq l-ghadu fl-1565 u fl-1943 bl-intercessjoni ta' l-Omm tas-sema. Sadanittant, il-popolazzjoni tax-Xaghra bdiet tikber gmielha u l-knisja saret zghira wisq biex taqdi sewwa l-htigijiet tal-poplu ta' dan ir-rahal. Fil-bidu tas-seklu dsatax, is-sacerdot-arkitett Ghawdxi Dun Salv Bondi hejja pjan ghall-estensjoni taghha. L-ewwel gebla tal-knisja l-gdida tqieghdet nhar it-2 t'Ottubru 1815 izda, minhabba nuqqas ta' flus, ix-xoghol tal-bini kellu jieqaf hesrem. Il-faccata u l-intern tal-Knisja jirriflettu l-element barokk komuni f'hafna knejjes tal-gzira taghna. Ix-xoghol tal-bini kien konkluz fl-1850 minhabba donazzjoni generuza tal-kappillan Dun Mikiel Buttigieg, li aktar tard gie mahtur bhala l-ewwel Isqof t'Ghawdex. (Ghawdex sar Djocesi ghalih nhar is-16 ta' Settembru, 1864). Il-knisja giet imbierka nhar l-14 ta' Frar 1855 u eventwalment, sollennament ikkonsagrata mill-Isqof Mons. Pietru Pace nhar is-26 ta' Mejju, 1878. Il-koppla maestuza giet imtellgha fis-sena 1892 fuq disinn tas-sacerdot u kappillan Dun Guzepp Diacono.

Fis-sena 1893, il-knisja parrokkjali tax-Xaghra giet imzejna bit-titlu ta' Arcipretali. Il-kappillan li jmexxi lill-parrocca minn dakinhar 'il quddiem beda jissejjah Arcipriet. Nhar id-9 ta' Marzu 1899, il-Papa Ljun XIII waqqaf ir-raba' Kolleggjata ta' Ghawdex f'din il-Knisja. L-istatut tal-Kapitlu l-gdid kien jghid car u tond li l-Arcipriet kellu jkun l-ewwel dinjita' tal-Kapitlu, ikun igorr it-titli onorifici ta' Monsinjur u Protonotarju Apostoliku u kellu l-privilegg li jilbes il-mitra f'okkazjonijiet specjali, fosthom il-festi l-kbar tal-Knisja. Nhar is-26 ta' Awissu 1967, il-Papa Pawlu VI, wara li gharaf is-sbuhija interjuri ta' din il-knisja, gholla lill-Kolleggjata tax-Xaghra ghall-gieh ta' Bazilika Minuri. L-ahbar inghatat lill-poplu Xaghri nhar id-29 t'Awissu 1967 - l-ewwel jum tan-novena bi thejjija ghall-festa titulari. Biex inkiseb dan it-titlu, ix-Xaghrin batew. Il-kwistjonijiet li kien hawn ma’ l-Isqof Djocesan f’dawk iz-zminijiet wasslu sabiex ghal disa’ snin shah, ma ssirx il-festa titulari ta’ Marija Bambina sakemm eventwalment il-Knisja Kolleggjata tax-Xaghra inghatat il-gieh misthoqq ta’ Bazilika. Fit-8 ta' Settembru 2003, il-Bazilika tax-Xaghra giet aggregata spiritwalment mal-Bazilika ta' Santa Maria Maggiore f'Ruma permezz tad-digriet li jgib il-firma ta' l-Arcipriet l-Eminenza tieghu l-Kardinal Carlo Furno. Permezz ta' din l-aggregazzjoni, il-Bazilika tax-Xaghra bdiet tissejjah Bazilika Liberjana u tgawdi l-istess privileggi li ghandha din il-Bazilika Magguri f'Ruma fosthom diversi Indulgenzi Plenarji fil-festi Marjani l-kbar. Il-Knisja tax-Xaghra hija wkoll obbligata li ticcelebra bi grad ta' Solennita' t-tifkira tal-Konsagrazzjoni tal-Bazilika ta' Santa Maria Maggiore fil-5 ta' Awwissu ta' kull sena. Il-Bazilika tax-Xaghra ghandha zewg kampnari maestuzi b'sitt qniepen (l-unika knisja f'Ghawdex li ghandha sitt qniepen), bl-iktar wahda qadima ggib is-sena 1770 u l-qanpiena l-kbira tizen 2778 kilogramm. Il-qanpiena l-gdida hija xoghol ta' Giulio Cauchi. L-arlogg tal-faccata tal-Knisja huwa xoghol li sar fl-1885 mill-arluggar Malti, Mikelang Sapiano.

L-intern tal-Knisja huwa fenomenali. Il-knisja hija mibnija f'forma ta' salib Latin. L-irham li bih hija imzejna din il-knisja huwa l-uniku tax-xorta tieghu fil-gzira Ghawdxija minhabba l-fatt li huwa rham interzjat. Il-paviment huwa rhamat kollu b'disinni ta' Ignatius Bonavia ghand il-fabbrika Montecatini (1949). Il-pilastri ta' l-irham kienu ddisinjati mix-Xaghri Ruman Buttigieg u Illio Pellocca (1960-65). Ta' interess partikolari fil-Knisja Bazilika tax-Xaghra huma l-erbatax-il stazzjoni tal-Via Crucis. Dawn kienu ddisinjati minn Ruman Buttigieg fil-fabbrika Garibaldi e Lazzerini, filwaqt li x-xoghol delikat tal-mozajk sar minn Luciano Favret (Pietrasanta, 1963). Il-pitturi kollha li nsibu fis-saqaf, fin-navi, fl-altari ecc, minbarra wahda, huma xoghol tal-Professur Virginio Monti, pittur Taljan ta' fama internazzjonali (1922 - 1928). Mal-Knisja, hemm anness Oratorju msejjah L-Oratorju tal-Passjoni. Dan l-Oratorju jilqa' fih sett ta' statwi tal-Gimgha l-kbira, xoghol ta' Luigi Guacci (Lecce, 1914). Fil-Knisja, insibu statwi ohrajn li jintuzaw fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, fosthom il-Vara tal-Krucifissjoni, ir-Redentur u Marija Addolorata. Dawn ukoll huma xoghol ta' l-istess artist Taljan. Is-sett tal-Gimgha l-Kbira tax-Xaghra huwa maghmul minn ghaxar vari li huma kollha xoghol ta' Luigi Guacci minbarra tnejn - it-Tradiment ta' Guda (xoghol tal-Professur Salvatore Bruno ta' Bari l-Italja) u Kristu Jiltaqa' ma' Ommu (xoghol ta' l-artist Ghawdxi Michael Camilleri Cauchi). Dawn l-istatwi johorgu f'purcissjoni-pageant mill-Knisja Bazilika nhar il-Gimgha l-Kbira. Il-purcissjoni-pageant tax-Xaghra hija l-aktar wahda segwita fil-gzira tat-Tliet Gholjiet. Fis-sena 1977 kienet saret l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt, xoghol Michael Camilleri Cauchi – din kienet l-ewwel statwa simili fil-gzira ta’ Ghawdex.

Fil-Bazilika tax-Xaghra, insibu ghaxar kappelluni. Dawn huma ddedikata lill-ArciDjaknu San Lawrenz (levita u martri), Il-Vergni Mqaddsa Marija tad-Dawl (b'sotto-kwadru ta' Gesu' Nazzarenu), in-Nawfragju ta' San Pawl f'Malta, Il-Patrocinju ta' San Guzepp fuq il-Knisja Kattolika, Il-Qalb Imqaddsa ta' Gesu', is-Salib Imqaddes ta' Kristu, Il-Vergni Mqaddsa Marija tar-Ruzarju, Marija Bambina, il-Vergni Mqaddsa Marija tal-Karmnu Patruna ta' l-Erwieh u San Mawrizju martri. L-attrazzjoni principali fil-Knisja hija l-istatwa titulari ta' Marija Bambina. Din l-istatwa waslet fix-Xaghra fl-1873 u giet mahduma mid-ditta rinomata Gallard et Fils ta' Marsilja fi Franza. Hija giet imbierka fil-jum tal-konsagrazzjoni tal-Knisja, jigifieri nhar is-26 ta' Mejju 1878. Il-vara hija mqieghda fuq pedestall tal-fidda, xoghol ta' l-artist taljan Pio Cellini (1913). Fl-okkazjoni tal-mitt sena mill-wasla taghha fostna, nhar il-Hadd 2 ta' Settembru 1973, l-Isqof t'Ghawdex Mons. Nikol G. Cauchi pogga kuruna ta' deheb u hagar prezzjuz fuq ras il-Bambina. Din il-kuruna hija disinn ta' l-Ghawdxi Joseph Sagona u xoghol ta' Tarcisio Zammit taz-Zejtun, Malta. Fis-sena 1985, fl-okkazjoni ta' l-elfejn anniversarju mit-twelid tal-Madonna, il-Kardinal Luigi Dadaglio pogga warda tad-deheb f'riglejn l-istatwa titulari. Fis-sena 1999, fl-okkazjoni tal-25 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni ta' l-istatwa, l-Isqof Nikol G. Cauchi zejjen l-istatwa bi stellarju gdid fost il-ferh tal-poplu Xaghri. (Dawn il-festi kellhom isiru f'Settembru 1998 imma gew posposti minhabba elezzjoni generali bikrija li saret fil-pajjiz).

Il-kwadru titulari li jirraprezenta t-Twelid ta' Marija Bambina huwa xoghol ta' Carlo Gimach. Originarjament, dan kien impitter ghall-knisja parrokkjali ta' l-Isla imma tqieghed fil-knisja parrokkjali tax-Xaghra fejn ghadu jitgawda sal-lum. Il-festa titulari hija ccelebrata kull sena nhar it-8 ta' Settembru.

Fil-prezent, id-dinjitajiet tal-Kapitlu Kolleggjali tax-Xaghra huma kif gej:

Arcipriet: Mons. Carmelo Refalo STL, Protonotario Apostolico
Dekan: Mons. Ewkaristiku Sultana, Arcipriet Emeritus
Kantur: Kan. Dun Anton Refalo Zammit
Tezorier: Kan. Dun George Farrugia
Penitenzier: Kan. Dun Gwann Bartolo
Teologu: Kan. Dun Giljan Refalo Rapa
Kancillier: Kan. Dun Gwann Sultana

Ma’ dawn, wiehed isib il-Kanonici Effettivi u l-Kanonici Onorarji. Ic-cerimonier tal-Kapitlu Kolleggjali huwa l-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia u l-organista tal-Kapitlu huwa l-W.R. Dun Michael Curmi.

Quddies fil-Knisja Bazilika ta' Marija Bambina:

Matul il-gimgha: 5.00am, 5.30am, 6.00am, 6.30am, 7.45am, 8.30am, 4.30pm u 6.00pm (xitwa), 5.00pm u 7.30pm (sajf).

Fil-Hdud u Festi Kmandati: 5.00am, 6.00am, 7.00am, 8.30am (Konventwali), 9.45am, 11.00am, 5.00pm u 7.30pm.

(b) Knisja ta' Sant'Anton Abbati

Il-knisja ddedikata lil San Anton Abbati ilha tezisti sa mis-sena 1524 fl-area li hija b'mod popolari maghrufa bhala "Tal-Qacca". Fis-sena 1575, il-kappella kellha cimiterju anness maghha u dan juri bic-car li fl-inhawi kien hemm komunita' zghira ta' nies jghixu hemmhekk. Nhar it-28 t'April 1688, din il-kappella bdiet isservi ta' knisja parrokkjali u saret is-sede tal-kappillan Dun Bernard Formosa (l-ewwel kappillan tax-Xaghra). Hija baqghet taqdi l-funzjonijiet ta' Knisja Parrokkjali sa Mejju 1692. Fis-sena 1814, faqqghet il-pesta fix-Xaghra BISS - il-materjal kollu tal-kappella kellu jigi mahruq biex jiddizinfetta ruhu. Nhar l-10 ta' Frar 1942, fl-aqwa perijodu tat-Tieni Gwerra Dinjija, saret spluzjoni fil-vicinanzi u l-balla qerdet totalment is-saqaf u partijiet ohra tal-knisja. Partijiet mill-knisja regghu gew mibnija ghal darb'ohra u l-knisja regghet infethet ghall-pubbliku nhar it-30 ta' Settembru, 1947. Tmien snin wara din il-grajja, il-knisja giet imkabbra u regghet infethet pubblikament nhar it-3 ta' Novembru 1955. Fis-sena 1984, il-familja Bajada li toqghod vicin il-knisja rregalat lill-knisja l-istatwa titulari prezenti ta' Sant' Anton Abbati, xoghol ta' l-artist Michael Camilleri Cauchi, bhala ringrazzjament lil Alla ghat-twelid ta' tewmin godda.

Bhala parti mill-festi tri-centinarji li saru fix-Xaghra fl-okkazjoni tat-300 anniversarju mit-twaqqif tal-parrocca, nhar it-28 t'April 1988, l-Isqof Nikol G. Cauchi ikkonsagra l-knisja ta' Sant' Anton. Fl-okkazjoni ta’ dawn il-festi kommemorattivi, kienet saret purcissjoni solenni bil-kwadru titulari ta’ Sant’Anton mill-Knisja tieghu ghall-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina. Fl-istess gimgha, il-W.R. Arcipriet Mons. Ewkaristiku Sultana pogga ruzetta mill-ifjen f’wiehed mis-swaba’ ta’ l-istatwa ta’ Sant’Anton. Fl-1993, sar vestwarju gdid ghall-knisja u l-faccata giet mibdula. Nhar il-Hadd 21 ta' Jannar 2001, fi Pjazza Sant' Anton, gie inawgurat monument fil-gebla Maltija adunur Sant' Anton Abbati, il-fundatur tal-Monasticizmu. Il-kwadru titulari huwa xoghol tal-pittur Salvatore Bondi (1790-1859) fis-sena 1818. Huwa juri lil San Anton waqt mumenti ta' talb f'hajja ta' eremitagg - fl-isfond tal-kwadru, wiehed jista' jilmah it-tined li fihom kienu jghixu l-infettati Xaghrin waqt iz-zmien tal-pesta (fl-inhawi ta' Ghajn Lukin).

Il-festa ta' Sant' Anton tigi ccelebrata kull sena fit-Tielet Hadd ta' Jannar li jkun l-eqreb Hadd lejn is-17 ta' Jannar, festa liturgika tal-Qaddis. Ma' din il-festa, hemm marbuta l-uzanza tat-tberik ta' l-annimali peress li San Anton huwa l-protettur taghhom. F’dawn l-ahhar snin, bit-thabrik tar-rettur u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Xaghra, qed isiru wkoll wirjiet tal-klieb u l-qtates u t-tlielaq tat-tfal f’jum il-festa.

Rettur: Kan. Dun Gwann Sultana (Lulju 1998 - prezent)

Quddies fil-Knisja ta' Sant' Anton Abbati:

Matul il-gimgha: 6.30pm (xitwa) 7.30pm (sajf) Hdud u Festi Kmandati: 6.30am, 10.00am

(c) Knisja ta' Gesu' Nazzarenu

Din il-knisja tinsab fl-inhawi li fl-antik kienu maghrufa bhala Ta' Gajdoru. Il-knisja giet mibnija fis-sena 1904 fuq disinn ta' l-Arcipriet Dun Guzepp Diacono biex taqdi l-htigijiet spiritwali tan-nies li joqoghdu f'dawk l-akwati. Il-Knisja hija ddedikata lil Kristu Sultan tal-Holqien kollu - il-kwadru titulari huwa xoghol tal-pittur Malti Lazzaro Pisani. Fil-knisja nsibu wkoll pitturi ta' San Guzepp (xoghol Lazzaro Pisani) u Sant' Anna (xoghol Ganni Vella). Nhar il-21 ta' Novembru 1930, komunita' ta' Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesu', imwaqqfa minn Dun Guzepp Diacono u Madre Margerita Debrincat, gew joqoghdu fid-dar li tmiss mal-Knisja tan-Nazzarenu. Huma bdew jiehdu hsieb il-knisja u jghallmu l-katekizmu. Fethu wkoll skola tal-kindergarten. Il-knisja ta' Gesu' Nazzarenu giet ikkonsagrata sollennament mill-Isqof Mons. Mikiel Gonzi nhar il-15 ta' Novembru 1931 f'funzjoni li hadet madwar erba' sighat. Fis-sena 2001, fi zmien ir-Rettorat ta' Dun Injazju Borg, il-knisja giet rinovata skond l-istruzzjonijiet moghtija mill-Koncilju Vatikan II. Il-progett gie inawgurat mill-Isqof Mons. Nikol G. Cauchi u l-Knisja regghet infethet ghall-pubbliku wara r-restawr nhar il-Hadd, 3 ta' Novembru 2001.

Il-festa ta' Gesu' Nazzarenu, li tinkludi purcissjoni ewkaristika mat-toroq tan-Nazzarenu, tigi ccelebrata kull sena fit-Tielet Hadd t'Ottubru.

Rettur: Rev. Kan. Anton Refalo Rapa (Frar 2006 - prezent)

Quddies fil-Knisja tan-Nazzarenu:

Matul il-gimgha: 7.30am, 6.30pm (xitwa) 7.30pm (sajf) Hdud u Festi Kmandati: 6.00am, 7.30am u 10.30am.
.