Librerija Pubblika Patri Gigi Camilleri S.J.
Il-Kunsill Lokali Xaghra jiehu hsieb is-servizz
offrut mil-Librerija Pubblika Patri Giga Camilleri
li tinsab fi Triq it-Tigrija, ezattament hdejn
il-bini tal-fergha tal-Maltapost. Din il-librerija
nfethet fuq inizjattiva ta’ l-istess
Kunsill Lokali, immexxi mis-Sindku s-Sur Joseph
Spiteri (2004 – 2007). Ic-cerimonja ufficjali
tal-ftuh ta’ din il-librerija pubblika
sar nhar is-Sibt 3 ta’ Marzu 2007 mill-Onorevoli
Dr. Lawrence Gonzi, Prim Ministru ta’ Malta.
Il-bini gie mbierek minn Mons. Arcipriet Carmelo
Refalo.
|
|
Min kienet il-persuna li
ghaliha ssemmiet din il-librerija?
|
Patri Gigi Camilleri, l-ewwel wild ta’ Censu
u Genesia née Sultana, twieled ix-Xaghra
fis-16 ta’ Mejju, 1929. Wara li studja
fl-iskola primarja tax-Xaghra u imbaghad fil-Liceo
tar-Rabat, Ghawdex, nhar il-festa tal-Qaddisin
kollha, 1 ta’ Novembru, 1946, Gigi qasam
il-fliegu u wasal Dar Loyola in-Naxxar akkumpanjat
mill-genituri tieghu biex issieheb bhala novizz
fil-Kumpanija ta’ Gesù. Sentejn
wara ghamel l-Ewwel Voti, u u beda l-kors ta’ Studji
klassici.
Il-Gizwiti Maltin kellhom il-Missjoni fost
is-Santals fl-Indja u l-pijunier kien Patri
Anton DeBono mir-Rabat t’Ghawdex. Qabel
dahal Gizwita, iz-zaghzugh Gigi kien iltaqa’ ma’ P.
DeBono u minn dak inhar tkebbset f’qalbu
x-xewqa li hu wkoll imur missjunarju l-Indja
ha jwassal il-Bxara t-Tajba. Brother Gigi offra
ruhu u talab biex imur il-Missjoni l-Indja.
Ix-xewqa tieghu qataghha meta f’Ottubru
1950, flimkien ma’ Brother Anton Scerri
telaq lejn l-Indja fejn kellu jghaddi l-aqwa
erbgha u erbghin sena ta’ hajtu. Hekk
kif wasal l-Indja, Bro Gigi ntbaghat Ranchi
biex jistudja l-Hindi u fi zmien sena ta l-ezami
tal-Matrikola tal-Hindi u ghadda bl-unuri.
Wara, ghal sena kien jghallem fil-Kullegg ta’ St
Joseph f’Guhiajori. Imbaghad, fl-1953,
Bro Gigi mar De Nobili College, Poona, in-naha
ta’ Bombay, fejn ghal tlett snin ghamel
il-kors tal-filosofija.
Meta spicca l-filosofija fl-1956, is-Superjuri
baghtuh fil-Kullegg ta’ St Mary’s,
f’Kurseong, fuq il-muntanji tal-Himalayas,
u hemm beda l-kors tat-teologija. Hemm ukoll,
fit-18 ta’ Marzu, 1959, lejliet is-Solennita’ ta’ San
Guzepp, il-Mulej dilku bhala sacerdot tieghu
ghal dejjem. Wara t-teologija, Fr Gigi mar
St Stanislaus’ College, f’Sitagarha
fejn ghamel it-Tielet Sena tan-Novizzjat. Issa
Fr Gigi kien lest biex jibda l-appostolat sacerdotali
tieghu li nfirex matul hamsa u erbghin sena,
tlieta u tletin minnhom l-Indja u tnax-il sena
f’Ghawdex.
L-ewwel xoghol li Fr Gigi nghata kien f’St
Joseph’s College, Guhiajori, fejn ghadda
sitt snin, sentejn bhala Assistent Kap tal-Kullegg
u ghalliem, imbaghad erba’ snin bhala
Surmast. F’dawn is-snin Guhiajori, barra
li hadem hafna u gab il-Kullegg ‘l quddiem,
hu nkuragixxa lill-istudenti fl-isports fejn
kienu jiksbu rizultati tajbin fit-tlielaq ma’ kulleggi
ohra fid-distrett kif ukoll kienu jgibu rizultati
tajbin hafna fl-ezamijiet. Fl-1967, Fr Gigi
ntalab ihalli x-xoghol fil-Kulleggi u nghata
xoghol fil-parrocci. Intbaghat fil-parrocca
ta’ Majlispur, il-parrocca li kien beda
Fr DeBono. Imma minhabba li l-gvern Indjan
ma tahx permess joqghod hemm, kien kostrett
jerga lura lejn is-Santal Parganas.
Patri Gigi nhatar kappillan tal-parrocca ta’ Tinpahar
fejn dam mill-1968 sa l-1976. Kont tarah, bhar-Raghaj
it-Tajjeb fuq il-mutur li kellu, imur fl-irhula ’l
boghod halli jsahhahom fil-fidi permezz tal-kelma
tal-Mulej u l-hobz tas-sema. Imma Fr Gigi ma
hasibx biss fir-ruh. Bil-qalb generuza tieghu
ghamel l-almu tieghu biex jghinhom fil-bzonnijiet
materjali taghhom. Waqqaf farm u kien jipprova
jiksbilhom kull ghajnuna minghand il-gvern.
Min jaf kemm nies marru jitolbuh ghajnuna jew
ghax ma kellhomx biex jixtru l-medicina jew
ghal xi bzonn kbir iehor u Fr Gigi dejjem b’idejh
miftuha jilqaghhom, jaqdihom u jibghathom lura
bil-barka t’Alla.
Bejn l-1967 u l-1972, inhatar wiehed mill-erba’ kunsilliera
tas-Superjur tal-Missjoni tal-Gizwiti fl-Indja.
Fl-1976, hu nhatar kappillan tal-parrocca tal-katidral
f’Dudhani fejn dam hmistax-il sena. Nistghu
nghidu li dawn is-snin f’Dudhani kienu
l-iktar snin li matulhom Fr Gigi mhux biss,
bhalma ghamel dejjem, hadem bla serhan, imma
li hallew hafna frott kotran. Kemm dam Dudhani,
barra x-xoghol ta’ kappillan, hu kien
ukoll il-Vigarju Generali ta’ zewg Isqfijiet
ta’ Dumka. Ghal xi snin kien ukoll wiehed
mill-Kunsilliera ta’ l-Isqof. Kien ukoll
il-Vigarju Foranju u anke s-Superjur tal-Gizwiti
fid-distrett. L-Isqof kien hatru wkoll l-ewwel
Direttur tas-Social Development Centre.
Fr Gigi ma kienx bniedem li joqghod bi kwietu.
Dejjem kien jara x’jivvinta biex jghin
il-merhla fdata lilu. L-hena tieghu kien li
jkun fil-villaggi ma’ l-insara. Kien
imur biex jassisti ghaz-zwieg ta’ xi
koppja, jghammed, u jqaddes f’funerali
jew fl-anniversarju ta’ xi mejjet. Ghalih
dawn kienu okkazjonijiet ta’ evangelizzazzjoni.
Xi nghidu ghal hafna kappelli li bena fil-villaggi
biex nhar ta’ Hadd meta l-Insara ta’ l-irhula
ma kellhomx min iqaddsilhom kienu jingabru
ghat-talb flimkien? Naturalment, mhux wahda
jew tnejn minn dawn il-kappelli kienu dedikati
lill-Madonna ta’ Pinu.
Problema kbira fil-Missjoni l-Indja kienet
in-nuqqas ta’ ilma, kemm ghal bzonnijiet
ta’ kuljum kif ukoll ghat-tisqija ta’ l-ghelieqi.
Ghalhekk hu kien jghin u jinkuragixxi lin-nies
fl-irhula biex ihaffru bir fir-rahal. F’mohhu
dejjem kellu li kif dawn kienu jfendu ghal
rashom hu kien ikun jista’ jilhaq ohrajn
godda. Imma, bla dubju, l-ikbar monument tal-hidma
sacerdotali tieghu kemm dam kappillan f’Dudhani,
barra l-eluf ta’ nies li laqqa’ ma’ Kristu
u ghammidhom, kien li waqqaf mix-xejn dik li
llum hi l-parrocca ta’ Shikari-para.
Illum hemm, knisja kbira u sabiha, kunvent
tas-sorijiet, kullegg kbir tal-bniet u hostel
ghas-subien li jistudjaw fl-iskola primarja
hemmhekk, kif ukoll ghadira kbira ghall-hut.
Din il-hidma bla serhan kellha effett fuq is-sahha
ta’ Fr Gigi. Ghalhekk is-Superjuri, biex
jghinuh jistrieh, baghtuh jghin fic-Centru
fejn jithargu l-katekisti.
F’Gunju, 1994, Patri Gigi gie Malta ghall-mistrieh
u ghadda l-ahhar tnax-il sena f’Ghawdex
li dejjem kien f’qalbu. Hawnhekk, kemm
f’Dar Manresa fir-Rabat, kemm f’diversi
parrocci u skejjel hu wettaq l-appostolat sacerdotali
tieghu. Kien ukoll id-Direttur Spiritwali ta’ zewg
Praesidia tal-Legion of Mary fix-Xewkija. Il-konfessjonarju
kien xi haga ghaziza hafna ghalih u kien jaghmel
sieghat twal maghluq go fih. Alla zejjen lil
Fr Gigi b’hafna kwalitajiet sbieh tar-ruh
u tal-qalb. Kien bniedem ferriehi u cajtier.
Qalbu miftuha ghal kulhadd, jilqa’ lil
kulhadd. Sew jekk kont tasal fil-parrocca fejn
kien sew jekk kont tasal Dar Manresa, kien
jilqek u jdur mieghek. Hafna jiftakru ’l
Fr Gigi ghall-famuza “Tikwisa” li
kien ihawwar.
Kellu wkoll id-don tal-kitba. Kiteb hafna artikoli
fuq rivisti specjalment ir-rivista ta’ rahal
twelidu “Ix-Xaghra” bl-artikoli
tieghu “Dawn Qdewna”, artikli li
kien jiddedika lil dawk li fis-snin mghoddija
b’xogholhom kienu jaqdu l-bzonnijiet
kollha tan-nies tar-rahal. Barra l-kitba kien
ukoll xandar fuq ir-radju komunitarju tax-Xaghra,
Radju Bambina. Kien jaghti hsibijiet ta’ sbieh
u ta’ gheluq il-jum, hsibijiet li kienu
jsahhu u jserrhu l-ispirtu ta’ min kien
jisimghu. Meta kien ghadu l-Indja u wara hawn
Ghawdex, kont tarah bit-tnalja f’idu
jaghmel il-kuruni. Dan ma kienx xi passatemp,
imma sinjal haj ta’ l-imhabba kbira li
kellu lejn Marija Bambina li tghallem ihobb
minn ckunitu fix-Xaghra. Kien jaghmel kuruni
tar-Ruzarju u hafna kienu dawk li kienu jfittxuhom.
Kien midhla tal-belt ta’ Manchester u
darba kien mitlub jaghmel kuruni b’zibeg
homor, il-kuluri ta’ Club tal-football,
Manchester United. Matul il-vaganzi tas-sajf
Fr Gigi kien imur jghin f’xi parrocci
l-Ingilterra specjaklment gewwa Lincoln. Minn
hemm kien imur Fatima biex hemmhekk jilqa’ u
jghin lill-eluf ta’ pellegrini li kienu
jehtiegu l-qrar u jirrikonciljahom mal-Mulej.
Patri Gigi ittajjar ghal hdan il-Mulej nhar
l-Erbgha 10 ta’ Mejju 2006, tard bil-lejl,
wara erbgha u ghoxrin siegha rikoverat fl-Isptar
Generali ta’ Ghawdex. Huwa miet fl-ghomor
ta’ 76 sena, sitt ijiem biss boghod minn
jum eghluq is-77 sena tieghu. Il-funeral tieghu
sar nhar is-Sibt 13 ta’ Mejju 2006 fil-Knisja
Kolleggjata-Bazilika ta’ Marija Bambina
u tmexxa mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof
t’Ghawdex, flimkien ma’ numru sabih
ta’ koncelebranti. Prezenti ghal din
ic-celebrazzjoni ta’ l-ahhar tislima
kien hemm l-E.T. Dr. Eddie Fenech Adami, President
tar-Repubblika Maltija, is-Sur Anthony Debono
(ghan-nom ta’ l-Onorevoli Giovanna Debono,
Ministru ghal Ghawdex) u l-Magistrat Dr. Paul
Coppini. Patri Gigi jinsab midfun fic-cimiterju
tal-parrocca tan-Naxxar, fil-qabar tal-Komunita’ tal-Gizwiti.
Servizzi offruti mil-librerija:
Il-Librerija Pubblika “Patri Gigi Camilleri” toffri
diversi servizzi, bl-aqwa wiehed fosthom
ikun it-tislif ta’ diversi kotba ghall-uzu
personali tal-qarrej. Il-kotba li ghandna
huma ta’ diversi lingwi (fosthom Malti,
Ingliz, Taljan, Franciz u Germaniz) u jvarjaw
fit-temi – fiction, awtobijografiji,
bijografiji, dokumentarji storici, kotba
tal-grammatika u lessiku ecc.
Fil-Librerija, noffru wkoll servizz ta’ Internet
b’xejn ghal dawk kollha li jixtiequ
jaghmlu xi ricerka u m’ghandhomx is-servizz
personali mir-residenza privata taghhom.
Ghaldaqstant, inheggukom sabiex taghmlu uzu
mis-servizzi kollha li toffri l-librerija
pubblika tal-lokalita’ taghna.
Hinijiet tal-ftuh tal-librerija:
Il-Librerija Pubblika “Patri Gigi Camilleri
S.J.” tkun miftuha f’dawn il-granet
u hinijiet:
Kull nhar ta’ Tnejn: Mid-9.00am sas-1.00pm.
Kull nhar ta’ Erbgha: Minn 12.00pm
sal-4.00pm.
Kull nhar ta’ Gimgha: Mid-9.00am sas-1.00pm.
INHEGGU LIL KULHADD SABIEX JAGHMEL UZU MIS-SERVIZZI
OFFRUTI FIL-LIBRERIJA TAGHNA.
Librara: Is-Sinjura Josephine Sultana (Assistent
Ufficjal Principal).
Organizazzjoni ta’ Jum il-Librerija:
Fuq inizjattiva tas-Sindku s-Sur Joseph Cordina
u l-kunsilliera tal-hames legislatura tal-Kunsill
Lokali Xaghra (2007 - ), qed tigi organizzata
Library Day f’gurnata qrib it-28
ta’ April ta’ kull sena. F’din
il-gurnata li tkun tifforma parti mill-attivitajiet
ta’ Jum ix-Xaghra, ir-residenti qeghdin
ikunu mhegga sabiex jaghtu ktieb (b’xejn)
lil-Librerija halli din tkun verament minjiera
ta’ informazzjoni ghal dawk kollha
li jaghmlu uzu minnha!