Attivitajiet li jorganizza l-Kunsill Lokali Xaghra matul is-sena.

Dawn huma l-attivitajiet li jorganizza l-Kunsill matul is-sena:

(a) il-festa tradizzjonali u popolari ta' Sant'Anton Abbati fl-eqreb Hadd lejn is-17 ta' Jannar. Din hija festa li saret sinonima mar-rahal tax-Xaghra. Ta’ min jghid li Sant’Anton Abbati kien l-ewwel titular tal-parrocca tax-Xaghra bejn is-snin 1688 u 1692. Marbuta mal-festa tieghu hemm it-tradizzjoni tat-tberik ta’ l-annimali peress li Sant’Anton huwa l-protettur taghhom. Il-Kunsill Lokali Xaghra huwa kollaboratur principali ta’ diversi attivitajiet li jsiru fil-gimgha tal-festa Antonjana. Il-Knisja Kattolika tfakkar lil dan il-Qaddis fis-17 ta’ Jannar u tqimu bhala l-Fundatur tal-Monasticizmu u l-bniedem li ‘ta bidu ghal hajja axxetika ghall-qadi ta’ Alla’.

(b) il-festi tal-Karnival fil-weekend qabel Ras ir-Randan. Il-festi ta’ bluha jigu mfakkra mill-Kunsill Lokali Xaghra waqt programm interessanti immirat ghall-familja kollha li fih isir zfin tradizzjonali, wirja ta’ karrijiet trijonfali u maskri grotteski. Isiru wkoll numru sabih ta’ kompetizzjonijiet. Tinzifen il-Kumittiva li hija d-danza karnivaleska li ghadha tinzifen fir-rahal taghna biss.

(c) Jum ix-Xaghra - programm ta' attivitajiet fil-granet ta' qabel it-28 ta' April, tifkira ta' l-anniversarju mit-twaqqif tal-parrocca. Fost l-attivitajiet li jsiru, insibu harga ghall-anzjani li jattendu c-Centru taghhom ta’ matul il-jum, attivita’ sportiva ghal kull eta’, serata kulturali li fiha jinghata l-unur Gieh ix-Xaghra u Quddiesa ta’ radd il-hajr lil Alla.

(d) Kommemorazzjoni ta' l-Irvellijiet tas-Seba' ta' Gunju 1919 fl-ghodwa tas-6 ta' Gunju ta' kull sena. Din it-tifkira, li ssir lejliet wahda mill-hames festi nazzjonali ta’ pajjizna, tfakkar lill-vittmi f’dan l-irvell tal-Maltin kontra l-Inglizi wara li ghola l-prezz tal-hobz u allura l-ghajxien ta’ kuljum tal-familji Maltin kien qed jigi imminat. Il-programm ta’ tifkira jkun jikkonsisti f’Quddiesa bil-prietka u wara cerimonja ta’ diskorsi u tqeghid ta’ kuruni f’riglejn il-monument ta’ Guzeppi Bajada (wiehed mill-vittmi li kien joqghod ix-Xaghra) fit-triq li ggib ismu.

(e) Kommemorazzjoni taz-Zewg Assedji ta' Malta fl-ghodwa tas-7 ta' Settembru ta' kull sena. F’Lejliet is-Solennita’ tat-Twelid ta’ Marija Bambina, titular tal-parrocca tax-Xaghra, il-W.R. Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata taghna flimkien mal-Kunsill Lokali Xaghra jorganizzaw cerimonja ta’ tifkira biex ifakkru r-rebhiet ta’ Malta u l-protezzjoni ta’ Marija Bambina fuq il-gzejjer taghna. Il-programm jikkonsisti f’Koncelebrazjoni Solenni bil-kant tat-Te Deum u cerimonja f’Misrah il-Vitorja li tinkludi l-Qari tal-Bandu, l-Ingress tal-GranMastru Rebbieh, il-proklamazzjoni tat-8 ta’ Settembru bhala Jum Nazzjonali u d-diskors kommemorattiv b’messagg attwali.

(f) Wine Tasting Competition u serata kulturali fl-okkazjoni tal-festa ta' Gesu' Nazzarenu fit-tielet Hadd ta' Ottubru. Din issir fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja tan-Nazzarenu wara li tintemm il-purcissjoni b’Gesu’ Ewkaristija mat-toroq ta’ l-inhawi f’jum il-festa.

(g) Kuncert kbir tal-Milied f'Dicembru. L-ewwel edizzjoni ta’ dan il-Kuncert saret fis-sena 1998 u din l-attivita’ baqghet issir sena wara l-ohra (b’eccezzjoni tas-sena 2005). Ghal dan il-Kuncert, il-Kunsill jiehu hsieb jistieden kor sabiex jesegwixxi ghanjiet popolari u tradizzjonali marbuta ma’ dan iz-zmien tas-sena. Waqt dan l-avveniment, issir gabra ghall-Malta Community Chest Fund. Fl-okkazjoni tal-festi sbieh tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, il-Kunsill jorganizza wkoll riceviment ghar-residenti barranin.

Ta’ min jghid ukoll li nhar it-12 ta’ Awwissu 2007 u nhar it-3 ta’ Mejju 2008, il-Kunsill Lokali Xaghra tella’ zewg edizzjonijiet tal-Ggantija Alive/Awaken… festival ta’ kultura u arti madwar it-tempji neolitici tal-Ggantija li nsibu fil-lokalita’ taghna. Dawn iz-zewg avvenimenti relatati ma’ xulxin kienu success minn kull aspett!!