Librerija Pubblika


Librerija Pubblika Patri Gigi Camilleri S.J.

Il-Kunsill Lokali Xaghra jiehu hsieb is-servizz offrut mil-Librerija Pubblika Patri Giga Camilleri li tinsab fi Triq it-Tigrija, ezattament hdejn il-bini tal-fergha tal-Maltapost. Din il-librerija nfethet fuq inizjattiva ta’ l-istess Kunsill Lokali, immexxi mis-Sindku s-Sur Joseph Spiteri (2004 – 2007). Ic-cerimonja ufficjali tal-ftuh ta’ din il-librerija pubblika sar nhar is-Sibt 3 ta’ Marzu 2007 mill-Onorevoli Dr. Lawrence Gonzi, Prim Ministru ta’ Malta. Il-bini gie mbierek minn Mons. Arcipriet Carmelo Refalo.

Min kienet il-persuna li ghaliha ssemmiet din il-librerija?

Patri Gigi Camilleri, l-ewwel wild ta’ Censu u Genesia née Sultana, twieled ix-Xaghra fis-16 ta’ Mejju, 1929. Wara li studja fl-iskola primarja tax-Xaghra u imbaghad fil-Liceo tar-Rabat, Ghawdex, nhar il-festa tal-Qaddisin kollha, 1 ta’ Novembru, 1946, Gigi qasam il-fliegu u wasal Dar Loyola in-Naxxar akkumpanjat mill-genituri tieghu biex issieheb bhala novizz fil-Kumpanija ta’ Gesù. Sentejn wara ghamel l-Ewwel Voti, u u beda l-kors ta’ Studji klassici.

Il-Gizwiti Maltin kellhom il-Missjoni fost is-Santals fl-Indja u l-pijunier kien Patri Anton DeBono mir-Rabat t’Ghawdex. Qabel dahal Gizwita, iz-zaghzugh Gigi kien iltaqa’ ma’ P. DeBono u minn dak inhar tkebbset f’qalbu x-xewqa li hu wkoll imur missjunarju l-Indja ha jwassal il-Bxara t-Tajba. Brother Gigi offra ruhu u talab biex imur il-Missjoni l-Indja. Ix-xewqa tieghu qataghha meta f’Ottubru 1950, flimkien ma’ Brother Anton Scerri telaq lejn l-Indja fejn kellu jghaddi l-aqwa erbgha u erbghin sena ta’ hajtu. Hekk kif wasal l-Indja, Bro Gigi ntbaghat Ranchi biex jistudja l-Hindi u fi zmien sena ta l-ezami tal-Matrikola tal-Hindi u ghadda bl-unuri. Wara, ghal sena kien jghallem fil-Kullegg ta’ St Joseph f’Guhiajori. Imbaghad, fl-1953, Bro Gigi mar De Nobili College, Poona, in-naha ta’ Bombay, fejn ghal tlett snin ghamel il-kors tal-filosofija.

Meta spicca l-filosofija fl-1956, is-Superjuri baghtuh fil-Kullegg ta’ St Mary’s, f’Kurseong, fuq il-muntanji tal-Himalayas, u hemm beda l-kors tat-teologija. Hemm ukoll, fit-18 ta’ Marzu, 1959, lejliet is-Solennita’ ta’ San Guzepp, il-Mulej dilku bhala sacerdot tieghu ghal dejjem. Wara t-teologija, Fr Gigi mar St Stanislaus’ College, f’Sitagarha fejn ghamel it-Tielet Sena tan-Novizzjat. Issa Fr Gigi kien lest biex jibda l-appostolat sacerdotali tieghu li nfirex matul hamsa u erbghin sena, tlieta u tletin minnhom l-Indja u tnax-il sena f’Ghawdex.

L-ewwel xoghol li Fr Gigi nghata kien f’St Joseph’s College, Guhiajori, fejn ghadda sitt snin, sentejn bhala Assistent Kap tal-Kullegg u ghalliem, imbaghad erba’ snin bhala Surmast. F’dawn is-snin Guhiajori, barra li hadem hafna u gab il-Kullegg ‘l quddiem, hu nkuragixxa lill-istudenti fl-isports fejn kienu jiksbu rizultati tajbin fit-tlielaq ma’ kulleggi ohra fid-distrett kif ukoll kienu jgibu rizultati tajbin hafna fl-ezamijiet. Fl-1967, Fr Gigi ntalab ihalli x-xoghol fil-Kulleggi u nghata xoghol fil-parrocci. Intbaghat fil-parrocca ta’ Majlispur, il-parrocca li kien beda Fr DeBono. Imma minhabba li l-gvern Indjan ma tahx permess joqghod hemm, kien kostrett jerga lura lejn is-Santal Parganas.

Patri Gigi nhatar kappillan tal-parrocca ta’ Tinpahar fejn dam mill-1968 sa l-1976. Kont tarah, bhar-Raghaj it-Tajjeb fuq il-mutur li kellu, imur fl-irhula ’l boghod halli jsahhahom fil-fidi permezz tal-kelma tal-Mulej u l-hobz tas-sema. Imma Fr Gigi ma hasibx biss fir-ruh. Bil-qalb generuza tieghu ghamel l-almu tieghu biex jghinhom fil-bzonnijiet materjali taghhom. Waqqaf farm u kien jipprova jiksbilhom kull ghajnuna minghand il-gvern. Min jaf kemm nies marru jitolbuh ghajnuna jew ghax ma kellhomx biex jixtru l-medicina jew ghal xi bzonn kbir iehor u Fr Gigi dejjem b’idejh miftuha jilqaghhom, jaqdihom u jibghathom lura bil-barka t’Alla.

Bejn l-1967 u l-1972, inhatar wiehed mill-erba’ kunsilliera tas-Superjur tal-Missjoni tal-Gizwiti fl-Indja. Fl-1976, hu nhatar kappillan tal-parrocca tal-katidral f’Dudhani fejn dam hmistax-il sena. Nistghu nghidu li dawn is-snin f’Dudhani kienu l-iktar snin li matulhom Fr Gigi mhux biss, bhalma ghamel dejjem, hadem bla serhan, imma li hallew hafna frott kotran. Kemm dam Dudhani, barra x-xoghol ta’ kappillan, hu kien ukoll il-Vigarju Generali ta’ zewg Isqfijiet ta’ Dumka. Ghal xi snin kien ukoll wiehed mill-Kunsilliera ta’ l-Isqof. Kien ukoll il-Vigarju Foranju u anke s-Superjur tal-Gizwiti fid-distrett. L-Isqof kien hatru wkoll l-ewwel Direttur tas-Social Development Centre.

Fr Gigi ma kienx bniedem li joqghod bi kwietu. Dejjem kien jara x’jivvinta biex jghin il-merhla fdata lilu. L-hena tieghu kien li jkun fil-villaggi ma’ l-insara. Kien imur biex jassisti ghaz-zwieg ta’ xi koppja, jghammed, u jqaddes f’funerali jew fl-anniversarju ta’ xi mejjet. Ghalih dawn kienu okkazjonijiet ta’ evangelizzazzjoni. Xi nghidu ghal hafna kappelli li bena fil-villaggi biex nhar ta’ Hadd meta l-Insara ta’ l-irhula ma kellhomx min iqaddsilhom kienu jingabru ghat-talb flimkien? Naturalment, mhux wahda jew tnejn minn dawn il-kappelli kienu dedikati lill-Madonna ta’ Pinu.

Problema kbira fil-Missjoni l-Indja kienet in-nuqqas ta’ ilma, kemm ghal bzonnijiet ta’ kuljum kif ukoll ghat-tisqija ta’ l-ghelieqi. Ghalhekk hu kien jghin u jinkuragixxi lin-nies fl-irhula biex ihaffru bir fir-rahal. F’mohhu dejjem kellu li kif dawn kienu jfendu ghal rashom hu kien ikun jista’ jilhaq ohrajn godda. Imma, bla dubju, l-ikbar monument tal-hidma sacerdotali tieghu kemm dam kappillan f’Dudhani, barra l-eluf ta’ nies li laqqa’ ma’ Kristu u ghammidhom, kien li waqqaf mix-xejn dik li llum hi l-parrocca ta’ Shikari-para. Illum hemm, knisja kbira u sabiha, kunvent tas-sorijiet, kullegg kbir tal-bniet u hostel ghas-subien li jistudjaw fl-iskola primarja hemmhekk, kif ukoll ghadira kbira ghall-hut. Din il-hidma bla serhan kellha effett fuq is-sahha ta’ Fr Gigi. Ghalhekk is-Superjuri, biex jghinuh jistrieh, baghtuh jghin fic-Centru fejn jithargu l-katekisti.

F’Gunju, 1994, Patri Gigi gie Malta ghall-mistrieh u ghadda l-ahhar tnax-il sena f’Ghawdex li dejjem kien f’qalbu. Hawnhekk, kemm f’Dar Manresa fir-Rabat, kemm f’diversi parrocci u skejjel hu wettaq l-appostolat sacerdotali tieghu. Kien ukoll id-Direttur Spiritwali ta’ zewg Praesidia tal-Legion of Mary fix-Xewkija. Il-konfessjonarju kien xi haga ghaziza hafna ghalih u kien jaghmel sieghat twal maghluq go fih. Alla zejjen lil Fr Gigi b’hafna kwalitajiet sbieh tar-ruh u tal-qalb. Kien bniedem ferriehi u cajtier. Qalbu miftuha ghal kulhadd, jilqa’ lil kulhadd. Sew jekk kont tasal fil-parrocca fejn kien sew jekk kont tasal Dar Manresa, kien jilqek u jdur mieghek. Hafna jiftakru ’l Fr Gigi ghall-famuza “Tikwisa” li kien ihawwar.

Kellu wkoll id-don tal-kitba. Kiteb hafna artikoli fuq rivisti specjalment ir-rivista ta’ rahal twelidu “Ix-Xaghra” bl-artikoli tieghu “Dawn Qdewna”, artikli li kien jiddedika lil dawk li fis-snin mghoddija b’xogholhom kienu jaqdu l-bzonnijiet kollha tan-nies tar-rahal. Barra l-kitba kien ukoll xandar fuq ir-radju komunitarju tax-Xaghra, Radju Bambina. Kien jaghti hsibijiet ta’ sbieh u ta’ gheluq il-jum, hsibijiet li kienu jsahhu u jserrhu l-ispirtu ta’ min kien jisimghu. Meta kien ghadu l-Indja u wara hawn Ghawdex, kont tarah bit-tnalja f’idu jaghmel il-kuruni. Dan ma kienx xi passatemp, imma sinjal haj ta’ l-imhabba kbira li kellu lejn Marija Bambina li tghallem ihobb minn ckunitu fix-Xaghra. Kien jaghmel kuruni tar-Ruzarju u hafna kienu dawk li kienu jfittxuhom. Kien midhla tal-belt ta’ Manchester u darba kien mitlub jaghmel kuruni b’zibeg homor, il-kuluri ta’ Club tal-football, Manchester United. Matul il-vaganzi tas-sajf Fr Gigi kien imur jghin f’xi parrocci l-Ingilterra specjaklment gewwa Lincoln. Minn hemm kien imur Fatima biex hemmhekk jilqa’ u jghin lill-eluf ta’ pellegrini li kienu jehtiegu l-qrar u jirrikonciljahom mal-Mulej.

Patri Gigi ittajjar ghal hdan il-Mulej nhar l-Erbgha 10 ta’ Mejju 2006, tard bil-lejl, wara erbgha u ghoxrin siegha rikoverat fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Huwa miet fl-ghomor ta’ 76 sena, sitt ijiem biss boghod minn jum eghluq is-77 sena tieghu. Il-funeral tieghu sar nhar is-Sibt 13 ta’ Mejju 2006 fil-Knisja Kolleggjata-Bazilika ta’ Marija Bambina u tmexxa mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Ghawdex, flimkien ma’ numru sabih ta’ koncelebranti. Prezenti ghal din ic-celebrazzjoni ta’ l-ahhar tislima kien hemm l-E.T. Dr. Eddie Fenech Adami, President tar-Repubblika Maltija, is-Sur Anthony Debono (ghan-nom ta’ l-Onorevoli Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex) u l-Magistrat Dr. Paul Coppini. Patri Gigi jinsab midfun fic-cimiterju tal-parrocca tan-Naxxar, fil-qabar tal-Komunita’ tal-Gizwiti.

Servizzi offruti mil-librerija:

Il-Librerija Pubblika “Patri Gigi Camilleri” toffri diversi servizzi, bl-aqwa wiehed fosthom ikun it-tislif ta’ diversi kotba ghall-uzu personali tal-qarrej. Il-kotba li ghandna huma ta’ diversi lingwi (fosthom Malti, Ingliz, Taljan, Franciz u Germaniz) u jvarjaw fit-temi – fiction, awtobijografiji, bijografiji, dokumentarji storici, kotba tal-grammatika u lessiku ecc.
Fil-Librerija, noffru wkoll servizz ta’ Internet b’xejn ghal dawk kollha li jixtiequ jaghmlu xi ricerka u m’ghandhomx is-servizz personali mir-residenza privata taghhom.
Ghaldaqstant, inheggukom sabiex taghmlu uzu mis-servizzi kollha li toffri l-librerija pubblika tal-lokalita’ taghna.

Hinijiet tal-ftuh tal-librerija:

Il-Librerija Pubblika “Patri Gigi Camilleri S.J.” tkun miftuha f’dawn il-granet u hinijiet:
Kull nhar ta’ Tnejn: Mid-9.00am sas-1.00pm.
Kull nhar ta’ Erbgha: Minn 12.00pm sal-4.00pm.
Kull nhar ta’ Gimgha: Mid-9.00am sas-1.00pm.
INHEGGU LIL KULHADD SABIEX JAGHMEL UZU MIS-SERVIZZI OFFRUTI FIL-LIBRERIJA TAGHNA.
Librara: Is-Sinjura Josephine Sultana (Assistent Ufficjal Principal).

Organizazzjoni ta’ Jum il-Librerija:

Fuq inizjattiva tas-Sindku s-Sur Joseph Cordina u l-kunsilliera tal-hames legislatura tal-Kunsill Lokali Xaghra (2007 – ), qed tigi organizzata Library Day f’gurnata qrib it-28 ta’ April ta’ kull sena. F’din il-gurnata li tkun tifforma parti mill-attivitajiet ta’ Jum ix-Xaghra, ir-residenti qeghdin ikunu mhegga sabiex jaghtu ktieb (b’xejn) lil-Librerija halli din tkun verament minjiera ta’ informazzjoni ghal dawk kollha li jaghmlu uzu minnha!

© Copyright Xaghra.com – News - Theme by Pexeto