Servizzi generali


L-ufficcju amministrattiv tal-Kunsill Lokali tax-Xaghra jservi u jaqdi l-funzjoni ta’ one stop shop fejn nippruvaw naghtu l-aktar servizzi efficjenti lir-residenti taghna. Is-servizzi generali li noffru bhala Kunsill huma:

-         Hlasijiet ta’ Kontravvenzjonijiet tat-traffiku

-         Hlasijiet ta’ qbiela fuq propjeta’ tal-Gvern

-         Hlasijiet ta’ licenzji tal-hwienet

-         Informazzjoni dwar raba’ tal-Gvern registrat fix-Xaghra

-         Hrug ta’ permessi ghal uzu ta’ krejn jew makkinarju iehor

-         Hrug ta’ permessi ghal depozitu temporanju ta’ materjal tal-bini jew materjal iehor f’xi triq

-         Hrug ta’ permessi ghal tqeghid temporanju ta’ mwejjed u siggijiet

-         Hrug ta’ permessi ghal attivita’ jew divertiment pubbliku

-         Hrug ta’ permessi ghal tqeghid temporanju ta’ xi posta jew kiosk fil-lokalita’

-         Gbir ta’ applikazzjonijiet ghall-European Health Card

-         Gbir ta’ applikazzjonijiet ghall-passaport

-         Gbir ta’ applikazzjonijiet ghal diversi servizzi offruti minn Dipartimenti u Korporazzjonijiet tal-Gvern

-         Talba ghall-karta anzjan f’kaz li wiehed jitlifha jew qed japplika ghall-ewwel darba

-         Gbir tal-iskart domestiku nhar ta’ Tnejn, Erbgha, Gimgha u Sibt mit-8.00am ‘il quddiem

-         Gbir ta’ skart riciklabbli nhar ta’ Tlieta mit-8.00am ‘il quddiem

-         Gbir ta’ skart goff nhar ta’ Gimgha (kull hmistax) – importanti li wiehed jibbukkja minn kmieni ghal dan is-servizz

-         Internet café ghar-residenti fl-ufficcju amministrattiv

-         Servizz ta’ internet fil-Librerija Pubblika ‘Patri Gigi Camilleri’

-         Kotba u materjal informattiv dwar ir-rahal taghna (dawn jinghataw bi hlas minimu)

-         Taghrif dwar il-postcodes tar-residenzi f’kull lokalita’ f’Malta u Ghawdex

-         Infakkru wkoll li l-klinika tal-Gvern li tinsab hdejn l-ufficcju tal-Kunsill tkun miftuha bejn it-Tnejn u l-Gimgha mill-11.30am sa nofsinhar.

© Copyright Xaghra.com – News