San Michele Salentino


Matul is-sena 2010, il-Kunsill Lokali Xaghra beda rabtiet ta’ hbiberija mal-Comune ta’ San Michele Salentino fl-Italja. Dan il-Kunsill jiehu hsieb l-organizazzjoni ta’ attivitajiet bhal festivals, seminars u konferenzi internazzjonali bil-ghan li jippromwovi t-tin bhala frotta tipika taghhom. Il-Comune ta’ San Michele Salentino ghandu f’idejh bosta pubblikazzjonijiet ricerkati dwar il-kultivazzjoni ta’ din is-sigra, l-istorja u l-uzu differenti taghha.

Il-konoxxenza tal-Kunsill Lokali Xaghra ma’ dan il-Comune fl-Italja bdiet f’Ottubru 2009 meta delegazzjoni mill-Kunsill taghna maghmula mis-Sindku Joe Cordina u l-Kunsilliera Carmen Bajada giet mistiedna sabiex tippartecipa f’Festival tat-Tin f’Carmignano. Iz-zjara tad-delegazzjoni bdiet fit-22 ta’ Ottubru u damet erbat ijiem. Matul dawn il-granet, id-delegazzjoni taghna kellha l-opportunita’ li tiltaqa’ mas-Sur Vincenzo De Leonardis li kien il-koordinatur principali ta’ din l-attivita’ flimkien ma’ diversi professuri Ewropej li tkellmu fil-Konferenza li saret u diversi produtturi tat-tin mill-Italja. Minn hawnhekk, nibet il-hsieb li ahna wkoll norganizzaw xi tip ta’ attivita’ biex nippromwovu din il-frotta li hija ikkultivata f’numru kbir ta’ ghelieqi madwar ix-Xaghra u hija wkoll wahda mill-prodotti tipici ta’ pajjizna. Ghaldaqstant, il-Kunsill iddiskuta din il-proposta u qabel li fix-Xaghra nibdew norganizzaw Festival tat-Tin ghall-habta ta’ Settembru jew Ottubru.

Sadanittant, bdew it-tahdidiet mal-Comune ta’ San Michele Salentino sabiex tigi organizzata l-ewwel edizzjoni ta’ dan il-Festival f’Settembru 2010. Il-Kunsill Lokali Xaghra issieheb ukoll fin-network imsejjah ficusnet li huwa network ta’ bliet u rhula Ewropej li jipproducu t-tin. B’hekk, il-Kunsill taghna tnizzel fl-istorja bhala l-ewwel Kunsill Malti li ssieheb f’dan in-network u ikkommetta ruhu biex jghin fil-promozzjoni ta’ prodotti tipici Maltin.

Il-Kunsill Lokali Xaghra ghamel stedina ufficjali lis-Sur Vincenzo De Leonardis sabiex jaghmel zjara fix-Xaghra halli flimkien niddiskutu t-teknikalitajiet fir-rigward tal-organizazzjoni ta’ dan il-festival. Is-Sur De Leonardis accetta l-istedina taghna u zar il-lokalita’ taghna bejn it-Tlieta 20 u l-Hamis 22 ta’ April 2010. Waqt is-seduta tal-Kunsill li saret fil-21 ta’ April, is-Sur De Leonardis esprima s-sodisfazzjon tieghu li l-Kunsill taghna qieghed jikkollabora serjament ma’ diversi Kunsilli ohrajn madwar l-Ewropa fl-organizazzjoni ta’ attivitajiet intizi biex ikabbru l-gharfien tal-pubbliku dwar il-frotta tat-tin. Bhala turija ta’ rikonoxximent ghas-sehem u l-impenn tal-Kunsill f’dan il-qasam, is-Sur De Leonardis ipprezenta certifikat ufficjali li jikkonferma l-involviment tal-Kunsill Lokali Xaghra fil-mekkanizmu tal-ficusnet. Bil-ghan li jkompli jsahhah ir-rabtiet ta’ hbiberija ezistenti bejn il-Kunsill Lokali Xaghra u l-Comune ta’ San Michele Salentino, is-Sur De Leonardis stieden lill-Kunsill sabiex jippartecipa fl-edizzjoni tal-Festival tat-Tin li kienet ser issir fl-Italja f’Awwissu 2010.

Din iz-zjara ufficjali tal-Kunsill Lokali Xaghra fl-Italja nzammet bejn il-Hamis 26 u t-Tlieta 31 ta’ Awwissu 2010. Flimkien mal-Kunsill kien hemm prezenti wkoll il-grupp folkloristiku immexxi mis-Sinjura Josephine Azzopardi u xi residenti mix-Xaghra. Il-Kunsill ipprepara wkoll stand bi prodotti tipici Ghawdxin biex tigi esebita fl-Italja ghal din l-okkazjoni. In-nies li telghu fl-Italja ghal din l-okkazjoni kellhom ukoll l-opportunita’ li jippartecipaw fi programm tat-televizjoni li xxandar fuq stazzjon televiziv Taljan nhar is-Sibt 28 ta’ Awwissu filghaxija. Minbarra li iffoka fuq l-organizazzjoni tal-festival li kien qed jittella’ f’dawk il-granet, il-programm ippromwova wkoll il-lokalita’ taghna mal-barranin.

L-ewwel edizzjoni tal-festival tat-tin fix-Xaghra giet organizzata bejn il-Gimgha 24 u l-Hadd 26 ta’ Settembru. Dan il-festival inkluda esebizzjoni interessanti dwar tipi differenti ta’ tin, konferenza internazzjonali dwar l-istorja u l-uzu differenti ta’ din il-frotta u festival ta’ prodotti maghmulin mit-tin u prodotti tipici ohrajn f’Misrah il-Vitorja. Prezenti ghal dan il-festival kien hawn fostna delegazzjoni barranija mill-Italja u minn Franza. Ghall-konferenza li saret fis-Sala ‘Dun Alwig Camilleri’ fil-Kazin tas-Socjeta’ Filarmonika Victory, kien hemm prezenti fost l-ohrajn l-Onor. Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex, u l-Onor. George Pullicino, Ministru ghar-Rizorsi u Affarijiet Rurali. Matul il-jiem li damet fostna, id-delegazzjoni nghatat l-opportunita’ li taghmel zjara lill-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina, il-Mithna ta’ Kola, it-Tempji tal-Ggantija u tghaddi mumenti ta’ mistrieh fil-bajja tar-Ramla l-Hamra. Barra minn hekk, qabel hallew pajjizna, il-barranin li kien hawn fostna zaru wkoll diversi postijiet ta’ interess storiku f’Malta fosthom il-Kon-Katidral ta’ San Gwann fejn raw il-pittura li tirraprezenta l-Qtugh ir-Ras ta’ San Gwann Battista, kapolavur tal-pittur Michelangelo Merisi, maghruf bhala ‘Caravaggio’. Dawk kollha li attendew ghall-attivitajiet organizzati mill-Kunsill f’dawn il-jiem kellhom kliem ta’ tifhir ghas-success miksub. Aktar minn hekk, xi professuri li kienu prezenti ghal dan il-festival inghataw l-opportunita’ li jiltaqghu ma’ ufficjali mid-Dipartiment tal-Agrikoltura fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex bil-ghan li tigi studjata l-possibilita’ li tigi riservata bicca art f’Ghawdex li fiha tigi kkultivata esklussivament is-sigra tat-tin. Jidher li dan is-suggeriment intlaqa’ tajjeb u bhalissa ghaddejja diskussjoni fuq dan il-livell.

Bejn it-Tnejn 11 u t-Tlieta 12 ta’ April 2011, is-Sur Vincenzo De Leonardis, fuq stedina tal-Kunsill Lokali Xaghra, ippartecipa fil-Festival tal-Gemellaggi li kien organizzat f’Malta mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Din kienet opportunita’ ohra tad-deheb biex il-Kunsilliera taghna jiltaqghu mas-Sur De Leonardis u jiddiskutu l-hsieb tal-Kunsill li jerga’ jorganizza l-Festival tat-tin fix-Xaghra.

Intant, il-Kunsill Lokali Xaghra hass il-bzonn li jsahhah u jissigilla r-rabtiet ta’ hbiberija ezistenti li hemm bejnu u bejn il-Comune ta’ San Michele Salentino bl-iskop li jkun jista’ jorganizza b’aktar professjonalita’ il-festival tat-tin fil-lokalita’ taghna. Ghaldaqstant, gie deciz li ssir talba formali lis-Sindku tal-Comune ta’ San Michele, is-Sur Alessandro Torroni, biex jigi ffirmat ftehim ta’ gemellagg bejn iz-zewg Kunsilli. It-talba giet accettata. L-ewwel parti tac-cerimonja tal-iffirmar saret fl-Italja waqt zjara li delegazzjoni mill-Kunsill ghamlet bejn il-Hamis 25 u t-Tlieta 31 ta’ Awwissu 2011. Flimkien mal-Kunsill kien hemm prezenti x-Xaghra Folk Group immexxi mis-Sinjura Josephine Azzpardi u  numru ta’ Xaghrin li telghu ghal din l-okkazjoni storika. It-tieni parti tac-cerimonja saret fir-rahal taghna nhar is-Sibt 8 ta’ Ottubru 2011 waqt serata kommemorattiva li saret fis-Sala ‘Dun Alwig Camilleri’ fil-Kazin tas-Socjeta’ Filarmonika Victory fl-okkazjoni tat-tieni edizzjoni tal-festival tat-tin fil-lokalita’ taghna.

© Copyright Xaghra.com – News