Santa Verna


1. Ix-Xaghra (Rahal Preistorika)

Eluf ta’ snin ilu, il-gzejjer Maltin ma kinux kif nafuhom illum. Kienu l-quccata ta’ gholjiet u muntanji. Il-Bahar Mediterran skond il-Prof. Edward Hull ma kinux bahar wiehed kbir, izda kien maqsum f’ghadajjar kbar. Dawn is-sensiela ta’ muntanji li kienu qishom pont, kienu jibdew mill-alpi tat-Tramuntana ta’ l-Italja, tinzel matul l-Italja kollha,tinzel Sqallija u fuq Malta u tinghaqad mal-muntanji tal-Afrika ta’ Fuq, dawk il-muntanji li llum jissejhu ‘Atlas Mountains’, li jinfirxu mill-Marokk ghall-Algerija.

Eluf ta’ snin wara l-art bdiet tithezzez, u dawk il-pontijiet ta’ bejn l-Ewropa u l-Afrika bdew jiggarfu u jgherqu. L-art li qeghdin nghixu fuqha llum, huma l-ponot ta’ l-oghla muntanji li baqghu weqfin f’nofs il-Bahar Mediterran. Konferma ta’ dan hu l-ghadam kbir fossilizzat ta’ annimali kbar li ghexu kemm l-Afrika kif ukoll fl-Ewropa, bhal ghadam ta’ orsijiet, criev u volpijiet, kif ukoll ta’ ljunfanti u ppoppitami.

L-ewwel bniedem li tieghu ghandna xhieda f’Malta hu dak taz-zmien Neolitiku. Dawn ghexu fl-gherien f’Malta f’Ghar Dalam, limiti ta’ Birzebbuga, u f’Ghawdex fil-Mixta ta’ Ghajn Abdul, f’Santa Lucija limiti ta’ Kercem. Minn zewg darsiet li nstabu f’Ghar Dalam, l-Arkejologu Ingliz, Sir Arthur Keith, ighidilna li dawk kienu tan-nies tal-qedem x’aktarx tat-tip ‘Neanderthae’, jigifieri ta’ nies li ghixu 40,000 sena Qabel Kristu. Wara tghallmu jibnu t-Tempji. Fihom instab fuhhar, statwi zghar u tinqix fil-blat, tpingija fuq il-hitan, li jixhed kemm kienu mxew fil-kultura taghhom in-nies ta’ zmien il-hagar. L-arkejologu maghruf Ingliz E.D. Evans, li ghamel studju fil-fond tal-fuhhar li nstab f’dawn it-tempji, ighidilna li dawn in-nies taz-zminijiet mudlama, x’aktarx li fil-bidu, gew Malta minn Sqallija. Ghalhekk ir-rahal tax-Xaghra hu Pre-istoriku, ghax in-nies tal-Preistorja, tal-Qedem, in-Neolitici, ghammru u bnew it-Tempji taghhom tal-Ggantija u t-Tempju ta’ Santa Verna, li b’dawn is-siti arkeologici li ghandna, jissuperaw lix-Xaghra mill-bqija tal-irhula Ghawdxin, u x-Xaghra tinsab mhux biss fl-Lvant ta’ Ghawdex, u f’nofs il-Mediterran, izda tinsab fil-mappa tal-Wirt Dinji. Zgur li hafna minna x-Xaghrin, ma jafu xejn fuq it-Tempju ta’ Santa Verna, u forsi lanqas biss jafu fejn jinsab. F’dan l-artiklu nikteb fil-qosor kemm nista’ dwar it-tempju mgarraf u mhux skavat ta’ Santa Verna.

2. L-Istorja tas-Sit

Dan is-sit gdid ta’ dan il-monument imgarraf, kien misjub mis-Sur Nikola Said, li kien jahdem mad-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici f’Ghawdex, li ndikah minn referenza li hu sab f’manuskritt qadim hafna f’idejn privati, li tieghu huwa kien kapaci li jiehu jew jaghmel mappa. (Thoma Ashby 1913 – pagna 105). L-istess Thomas Ashby, f’nota fil-pagna ta’ wara (1913, pagna 106, n.1) jiddentifikah hazin bhala l-bini jew struttura tonda, kif iddeskriviha Jean Pierre Houel fl-1787 f’pagna 78, meta l-istess Houel (il-vjaggatur – pittur Franciz tas-Seklu Sittax) li fis-sena 1775 gie x-Xaghra u pitter incizjonijiet tal-postijiet arkejologici tax-Xaghra, fosthom il-Ggantija u c-Cirku ta’ Brockdorff. Jidher li hu possibbli li dak li sab is-Sur Nikola Said, gejja minn zball simili, sa meta Ashby ighid li N. Said, dik uzata minnu, kellha kopja minn ta’ Houel, pl. GGL1, li taghti l-pjanti kemm tal-bini tond (A), u anke tal-Ggantija fl-istat ta’ meta kien ghadha mhux skavata kompletament (B). Is-sit ta’ Santa Verna jinsab izjed ‘l boghod mill-Ggantija, mill-monument tond, u ma jixbahx lil Ggantija minn kif hu mqassam, u dan l-istess jammetti Ashby fir-rapport tieghu.

3. Fejn jinsab it-Tempju

Il-fdalijiet jinsabu fl-ghalqa xi 200 metru fil-punent tar-rahal tax-Xaghra, u vicin il-kappella medjevali ta’ Sant’Anton Abbati, li din il-kappella antika hafna, li nbniet fis-seklu XIII, serviet ta’ l-ewwel knisja tal-parrocca gdida tax-Xaghra, bejn 1689 u 1692, meta r-rahal tax-Xaghra sar parrocca mill-Knisja Matrici ta’ Santa Marija fil-Gran Kastell, mill-Isqof ta’ dak iz-zmien, Fra David Cocco Palmeri, fit-28 ta’ April 1688. Minn barra grupp ta’ 3 blokki ta’ Gebel Megalitiku, ftit hemm x’tara fil-gurnata ta’ llum. Dak li nafu llum dwar dan is-sit, jigi l-aktar minn xoghol ta’ skavar li sar fis-sit fl-1911. Ghall-ewwel sar taht is-sorveljenza ta’ Ashby, izda meta huwa marad wara l-ewwel ftit granet tax-xoghol, ix-xoghol tkompla u ntemm minn R.N. Bradley, fejn wara hu kiteb rapport dwar dak li sab. (Ashby, 1913, pagni 105-116). Wiehed jista’ wkoll ifittex ir-rapport tal-Muzew tas-sena 1911. Iktar trinek thaffru mill-arkejologista maghruf Ingliz Dr David H Trump. Dawn saru fi zmienna fl-1961, u r-rizultati ta’ dak li sab huma miktuba f’pagna 189 ta’ dan il-ktieb. Dan l-ewwel xoghol ta’ skavar sar fl-1911, u t-tieni skavar sar 50 sena wara, jigifieri 1961.

Deskrizzjoni tal-fdalijiet tat-Tempju

Qabel l-iskavar, is-sit kif kien jidher, kien jikkonsisti f’gholja zghira tmiss mit-Tramuntana u Lvant b’gozz ta’ zewg gebliet kbar. Hierga ‘l barra mill-munzell tal-Lvant kien hemm tliet cangaturi mimduda (dawn ghadhom jidhru sal-gurnata tal-lum), li kienu f’linja, genb ma’ genb, li jifforma linja mserrpa. Mill-iskavar jidher li l-fdalijiet estendew f’area pjuttost wiesa’, izda ma ffurmatx xi pjanta li seta kien hemm xi konnessjoni ma’ xi haga. Jekk kien hemm xi bini gew meqruda minghajr l-ebda tama li jista’ jigi rikonoxxut, spe cjalment ta’ liema fazi u zmien. Minbarra xi hitan, il-fdalijiet kienu jikkonsistu f’art tat-torba u ma’ genb dawn, fil-punent, fin-Nofs in-Nhar u parti mil-Lvant ta’ dawn il-gnub, area li tvarja fil-wisgha, kienet iccangata minn faham mingur bhal lava tal-lum.

Sabiex wiehed jifhem hu u jaqra, ghandu jsegwi l-pjanta tat-Tempju ta’ Santa Verna No: 40, li qed tigi ppublikata ma’ dan l-artiklu. L-art tat-torba No. 1, li porzjon minnu tat-Tramuntana (li kellu jigi mnaddaf), wera fic-car li kien nofs qamar, ghalkemm xi ftit irregulari. Id-deskrizzjoni ta’ Bradley tal-hajt tat-Tramuntana mhix cara bizzejjed, izda mid-deskrizzjoni tieghu u l-pjanta u sezzjoni minnu li giet ippublikata, intwera fic-car li kien hemm qasma bejn it-tarf ta’ l-art tat-Tramuntana No.1, u l-hajt mmarkat No. 7 fil-pjanta, li kien mimli b’gebel jew maskal sal-livell tat-torba. Meta gie mikxuf u mnaddaf minn dan il-gebel, fil-kantunieri tieghu kemm dik tal-majjistral kif ukoll dik tal-grigal, il-hajt deher li kien mibni jew jistrieh fuq blat. Bradley isejjah dan il-hajt bhala ‘Megalitiku’, u apprentament jirraprezenta l-fdalijiet ta’ struttura kbira u f’sahhitha. Hu tal-fehma li hemm zewg perjodi ta’ zmien meta nbena. L-ewwel wiehed kien maghqud ma’ livell ta’ art minn ta’ qabel, u t-tieni meta l-hajt kien mibni mill-gdid, fuq il-pedamenti qodma mil-livell ta’ l-ahhar art tat-torba.

Il-hajt tan-Nofs in-Nhar, minn naha l-ohra kien hajt mghawweg maghmul minn zewg linji ftit goffi, li sseperaw No. 1 minn dak No. 2. Bradley haseb li l-art No. 1 jista jkun li kien rettangulari, u tal-qies ta’ 9.75 metri b’5.5 metri. Fil-kantuniera tal-grigal ta’ din l-art, imdawwar bi tlett nahat bil-gebel, kien fih cumnija, b’dijametru ta’ metru. Il-fond ta’ l-irmied kien ta’ 0.15 metri. Wiehed seta’ jinnota sinjali ta’ hruq fil-wicc ta’ l-art. Kien innotat li l-art No: 1 kien evidenti li nbniet fuq art tat-torba, li wiehed seta’ jara fit-truf. Aktar tard trinka mmarkata XY kienet imhaffra mil-Lvant ghal Punent li taqsam is-sit, tghaddi f’No: 1, li skond Bradley instab dan li gej:- Torba (safra) 14.5cm; gebel 61cm, Hamrija 5 cm, u Torba Safra 6cm.

Aktar lejn in-Nofs in-Nhar kien hemm it-tieni art tat-torba, No: 2, ellitiku u tal-qies ta’ 4.5 metri bi 3.60 cm. Kien maghmul minn torba bajda. Skond Bradley kien hemm hajt d,d, li kien jestendi ghat-trufijiet tal-Punent, nofs in-Nhar u x-Xlokk ta’ l-art li kienet tikkonsisti fi bcejjec catti ta’ gebel tal-franka, bil-qies ta’ 2.5cm, b’dijametru li tifforma kisja muzajk. Bradley haseb li setghet xi darba ikkaverjat jew ghattiet l-art kollha, izda kienet fic-centru. Fit-tarf tal-Lvant ta’ l-art kien hemm cumnija, b’forma ovali, tal-qies ta’ 0.80m bi 0.55m. Ohra, C, ta’ forma rregulari, nstabet fil-majjistral ta’ l-art. Din kienet tal-qies 0.65m bi 0.45m, u kienet tikkonsisti minn franka u caqquf. L-art No: 2, bhal dik ta’ No: 1, kien hemm prova bizzejjed li kienet fuq art ohra tat-torba, li hi deskritta fil-kulur bhala safra u hamra. Il-kulur ta’ l-ahhar kien probabilment minhabba l-effetti tan-nar. It-torba ta’ fuq kien ta’ 4cm fil-hxuna. Isfel kien hemm 5cm u 8cm ta’ hamrija pjuttost iebsa, imbaghad it-tieni torba, mill-gdid 4cm fil-hxuna, segwita mill-gdid minn 5cm ta’ hamrija iebsa. Taht din il-hamrija kien hemm iggakkjat minn gebel maghzul. Bradley ma jsemmix jekk dan kienx jistrieh fuq wicc blat sod jew le. Fl-ispazju No: 2, kien imdawwar mill-Punent bi fdal ta’ xi hajt, u Bradley jishaq li t-trinka XY uriet li kien ifformat ta’ l-inqas f’parti ta’ Megalitiku. Mill-pjanta ghalhekk tidher fic-car li l-linja XY ghaddiet sewwa dan il-hajt tat-Tramuntana. Xi gebel gie mikxuf u kien jidher milwi min-naha tal-Punent tal-hajt, u li kien jghaqqad jew imiss it-tlett gebliet Megalitici immarkat GGG, li kien xi ftit mimdud fil-Lvant tal-ispazju mmarkat 2. L-area immarkata , uriet li hija moderna jew ta’ zmien modern, fejn instabet pipa tat-tabakk, u bcejjec ta’ fuhhar modern. Il-gebel kbir tat-Tramuntana nstab li hu gholi 1.35m, fil-waqt li dak tan-Nofs in-Nhar kien ta’ 2.13m. Bradley ma jsemmix jekk dan il-gebel kienx mibni fuq blat sod, izda probabbli hekk hu, ghax ma nistax nimmagina li n-Neolitici ser jibnu tempju ta’ dak il-kobor u toqol, fuq it-tafal.

Fil-parti tan-Nofs in-Nhar tal-ispazju 2, instabet art tat-torba No: 4. Kienet tal-forma b’hames angoli, xi 3.5m, b’4 metri fit-tul u fil-wisa. Kienet xi 18cm fuq il-livell tal-ispazju 2. It-torba kienet safra, u 4cm fil-hxuna. Tahtha kien hemm saff irqiq ta’ hamrija, u imbaghad gebel ippakkjat ta’ 0.30m. Area jew spazju 5, li jidher fil-punent tal-area 1, deher li hu ta’ torba safra, kien hemm saff ohxon ta’ rmied, fond ta’ 0.30m, li kien ikkoncentrat l-aktar fl-area e.e., fuq il-pjanta annessa ma’ dan l-artiklu. Il-gebel kien jidher fuq l-irmied, u peress li dehru li mhux mahruqa, jidher li tpoggew hemm aktar tard. Bradley jghid li fl-area 5 kien hemm fuhhar sabih, ghodda u ornamenti ohra. Fil-Punent tal-ispazju 5 kien hemm horga tan-nar, immarkata f, 1.65m bi 1.20m, fit-tul u fil-wisa, u l-irmied 6cm u 16cm fil-fond, kien jinsab fuq it-torba.

Fin-Nofs in-Nhar tal-ispazju 5, kien hemm area No: 6, li nstab xi fdalijiet xi ftit sorprizi. L-area kienet maghquda minn nofs b’hajt irregulari, u go fiha nstabu zewg skeletri umani kompluti, u porzjonijiet ohra, mill-inqas tlett skeletri ohra. Iktar gzuz zghar ta’ ghadam uman instab fil-post immarkat G u H. Fuq il-pjanta l-ittra j, li hi ftit imbeghda mill-Lvant ta’ G u H, instab skeletru ta’ tfajjel, kwazi komplut. Fil-Punent immarkat M, instab skeletru komplut ta’ ragel mimdud. Fin-naha tal-majjistral No: 6, fil-parti mmarkata m, li tigi qrib hafna tal-Punent tal-ittra F, instab ghadam kemm uman kif ukoll dak ta’ l-annimali. Qrib dan, u qrib hafna tan-Nofs in-Nhar, bl-ittra O, instabet blata catta, twila 0.57m u wisa 0.39m. Xi haga straordinarja f’dan it-tempju kien l-iccangar ta’ l-art mill-faham mingur, li nstab li kien idawwar in-naha tal-Punent, Nofs in-Nhar u x-Xlokk tat-tempju.

Il-hajt Megalitiku li fuq il-pjanta hu mmarkat No: 7, li jmiss fit-tramuntana man-No: 1, deher li kien mibni fuq wicc il-blat u b’sahhtu bizzejjed. Bejn it-tarf u l-bidu tan-No: 7, kien hemm horga-cumnija mmarkata n, li kienet twila 0.60m u wiesgha 0.30m. Fdalijiet tal-hajt No: 7, kien apparentament juri sinjal ta’ hajt mill-Punent ghall-Lvant, tul it-tarf kollu ta’ l-ispazju No: 5 u No: 7, izda il-parti li tmiss man-No: 1, baqghet mghottija bil-hamrija u gebel, u ghalhekk mhix murija fuq il-pjanta hawn annessa. Bradley jissuggerixxi minghajr ma’ jaghti l-evidenza, li mill-kantuniera tan-naha tal-Grigal tan-No: 1, dan il-hajt seta’ jasal san-Nofs in-Nhar, biex jiltaqa’ mal-gebel l-iehor Megalitiku bl-ittri G.G.G. Jekk dan hu minnu, nistghu nammettu b’fatt li l-fdalijiet huma dawk ta’ parti minn tempju kbir ta’ tip minn ta’ l-ahhar, li l-faccata ta’ dan it-tempju tidher bhala G.G.G., u li baqghet xi ftit tingharaf. Ghalhekk dan hu biss wiehed li jobsor b’xi haga, minn dak li sab u ra, u ma tantx tista’ torbot fuqu hafna. Bradley haseb li l-entratura principali setghet kienet min-naha tal-Punent, fuq l-ghatba O. Izda minhabba li l-fdalijiet huma mgarrfa hafna, hu mpossibli li tghid xi haga b’certezza.

5. Dmir taghna x-Xaghrin

Meta wiehed jaqra dan l-artiklu, l-iktar fuq tempju li ma nafu xejn dwaru, tohrog il-mistoqsija wahedha: x’inhu d-dmir taghna issa x-Xaghrin? Li uliedna, iz-zaghzagh, ix-xjuh, u l-emigranti kollha taghna, ihobbu, jghozzu, japprezzaw u fuq kollox jiddefendu b’kull mezz, il-postijiet arkejologici u storici li ghandna fir-rahal taghna tax-Xaghra, ghax b’dawn il-postijiet kollha li ghandna fix-Xaghra, li huma t-Tempji tal-Ggantija, ic-Cirku ta’ Brockdorff, l-Ghar ta’ Ghejzu, il-Gebla ta’ Sansuna, l-Ghar ta’ Kalipso, l-Ghar tal-Pergla, il-Mixta ta’ Ghajn Lukin, kif ukoll l-Gherien ta’ Xerri u ta’ Ninu, mil-lat arkejologiku, u imbaghad mil-lat ta’ postijiet storici bhalma huma l-Mithna ta’ Kola, l-Isptar u Cimiterju tal-pesta (1814) u dak tal-Kolera (1838), kif ukoll il-hanut tal-pesta, flimkien jaghmlu lix-Xaghra rahal uniku fuq il-mappa tal-wirt Dinji, li permezz ta’ dawn il-postijiet kollha li semmejt, jigu ta’ kull sena, eluf ta’ turisti ta’ kull gens fir-rahal pittoresk taghna tax-Xaghra.

Raymond Mifsud

Biblijografija: The Prehistoric Antiquities of the Maltese Islands – J.D. Evans 1971

© Copyright Xaghra.com – News