It-Trunciera fir-Ramla


Meta wiehed jisma’ dwar it-trunciera, hafna jistaqsu: izda fil-bajja tar-Ramla l-Hamra, wiehed isib xi tip ta’ fortifikazzjonijiet? Zgur li kulhadd jassocja din il-bajja mal-ghum u l-mistrieh fuq ir-ramel dehbi taghha matul il-jiem tax-xhur tas-Sajf. F’artiklu iehor tieghi li kien deher fuq din ir-rivista ‘Ix-Xaghra’ f’volum 9 fil-harga tal-Milied 1997, jien kont ktibt fit-tul dwar postijiet storici u numru ta’ fortifikazzjonijiet godda li kien hemm fir-Ramla. F’dan l-artiklu ser nikteb izjed fid-dettal dwar l-ewwel minn sensiela ta’ fortifikazzjonijiet li kien hemm fil-bajja tar-Ramla u l-importanza taghhom matul is-seklu, l-aktar matul l-invazjoni Franciza li sehhet f’Ghawdex fl-10 ta’ Gunju 1798.

L-Ewwel Forma ta’ Difiza fir-Ramla.

Sa qabel gew il-Kavallieri ta’ San Gwann f’Malta f’Ottubru tal-1530, l-uniku zewg postijiet ta’ difiza kienu l-Forti Sant’Anglu fil-Birgu, is-swar li jdawwru Citta Notabile (l-Imdina) u l-Gran Kastell fir-Rabat t’Ghawdex. Mir-rapport tal-Kummissjoni li baghtu l-Kavallieri, intqal li hemm belt iffortifikata izda l-iswar kienu kwazi imgarrfa b’referenza ghall-Imdina. Ghalhekk l-ewwel Granmastru ta’ Malta, Villiers de l’Isle Adam (1530-1534), kien konxju minn din il-problema, u fil-waqt li beda jsewwi s-swar ezistenti, ta ordni biex minnufih jinbnew zewg truncieri godda, wahda fil-bajja tar-Ramla u l-ohra f’Marsalforn. Fil-fatt dawn inbnew izda ftit li xejn nafu dwarhom. Ghalhekk din kienet l-ewwel forma ta’ difiza fir-Ramla mal-migja tal-kavallieri f’Malta.

Rapport u Studju ta’ Difizi Godda

Minhabba li fil-gzejjer Maltin, hawn bosta bajjiet miftuha bhar-Ramla kien iktar facli li dawk li riedu jinvadu l-gzira jizbarkaw fix-xtajtiet taghna. Izda kellhom ighaddu 200 sena biex jizdiedu xi forma ta’ difiza kostali gdida, ghajr ghat-Torrijiet kostali bhal dak tat-Torri Garzes fl-Imgarr (1607), ta’ Ghajn Damma (1616, 1720), tax-Xlendi (1649-1650), tad-Dwejra (1651), Imgarr ix-Xini (1661) u Dahlet Qorrot jew Ta’ Isopu (1671). Wara l-bini ta’ dawn it-torrijiet, nhar it-28 ta’ Settembru 1714, il-Granmastru Raymondo Perellos y Roccaful (1697-1720), flimkien mal-kunsill tal-ordni kkummissjonaw rapport ghal difiza ahjar tal-bajjiet Ghawdxin, minghand il-kavallieri D’Argeny, Fontet u l-Inginier Bachelieu. Dan ir-rapport gie pprezentat lil Granmastru Perellos fl-10 ta’ Jannar 1715. F’dan ir-rapport dawn it-tlett kavallieri diga msemmija, issuggerew li tinbena batterija (trunciera) gdida fil-port ta’ l-Imgarr, tissewwa mill-gdid it-trunciera diga’ ezistenti fil-bajja tar-Ramla, jigifieri dik li kienet inbniet mill-ewwel Granmastru l’Isle Adam meta gie Malta ghall-ewwel darba fl-1530 u li fl-istess bajja tar-Ramla jinbnew fit-truf taghha zewg truncieri godda, wahda minnhom hi dik li qieghed nikteb dan l-artiklu fuqha. Barra dan huma ssuggerew li tissewwa t-trunciera ta’ Marsalforn u jinbnew zewg batteriji wahda magenb il-Kappella ta’ San Pawl u l-ohra fil-ponta ta’ Santa Marija, u fuq kollox li jinbnew truncieri godda fil-bajjiet kollha tat-Tramuntana tal-gzira.

Il-Batterija Gironda fir-Ramla l-Hamra

Zgur li min jaqra dan l-artiklu tigieh f’mohhu min bnieha, f’liema sena u min hallas ghaliha, ghax zgur mitejn sena ilu, tibni xi forma ta’ struttura ta’ certu daqs propju f’bajja, kien mehtieg attenzjoni u spiza kbira. Mir-rapport tal-1714 jirrizulta wkoll li dawk it-truncieri mibnija fil-bidu tal-wasla tal-kavallieri fl-1530, kienu fi stat hazin hafna, u mhux ippreservati sewwa minhabba li ghadda zmien sewwa minn fuqhom, u li kienu neqsin mill-manutenzjoni mehtiega. Ghalkemm skond ir-rapport gew approvati l-bini ta’ hames batteriji-truncieri godda diga msemmija, xorta x-xoghol ma setax jinbeda minhabba nuqqas ta’ fondi. Waqt zjara li ghamel f’Ghawdex fi Frar tal-1715, il-Balliju Tradano Gironda offra li jhallas minn butu tlieta minn hames batteriji godda, fosthom dik li ggib ismu fil-bajja tar-Ramla l-Hamra.

Il-Pjanta u t-Taqsim Taghha

Bhal kull binja u struttura ohra, dawn it-truncieri kellhom bzonn xi forma ta’ pjanta. Fil-fatt dawn it-truncieri godda li dahlu fis-sehh fis-seklu 18, kienu jinbnew forma jew cirkulari, semi-cirkulari, rettangulari jew ukoll forma ta’ stilla. Din l-invenzjoni gdida ta’ difiza hija pjattaforma mhux gholja aktar minn 25 filata, li kienu jinbnew fuq xi peninsula jew xi parti ohra tal-kosta, minn fejn kienu jkunu jistghu, permezz tal-kanuni, jikkontrollaw partijiet sostanzjali tal-kosta Ghawdxija. Fuq struzzjonijiet tal-Gran Prijur ta’ Franza, Philippe de Vendsome, apparti l-pjattaforma b’madwar 6 sa 8 lamberjuni (li kienu fethiet ghall-kanuni), foss protettiv mad-dawra taghhom, kif ukoll zewgt ikmamar b’sahhithom fuq in-naha ta’ l-art. L-access ghalihom kien permezz ta’ pont li kien jitla’ u jinzel. Iz-zewgt ikmamar minbarra li kienu joffru protezzjoni ghal kull hbit minn naha tal-art, kienu jintuzaw bhala mhazen u kenn ghas-suldati stazzjonati fihom.

Kif u b’kemm kienet mghammra t-Trunciera?

Minbarra li din it-trunciera gdida kienet tissejjah Gironda ghal Balliju li hallas ghaliha, kienet tissejjah ukoll bhala t-trunciera tal-Lvant tar-Ramla l-Hamra. Kienet inbniet in-naha tan-Nadur u fil-parti tal-bajja hekk imsejjha tal-Marbat. Inbniet fejn l-1715 u l-1716 u swiet b’kollox 260 skud. Din il-batterija nbniet semi-cirkulari, fuq pjattaforma dejqa u b’parapoett b’6 lamberjuni. Fl-1770 kienet mghammra bi 8 kanuni. Fl-1785 jigifieri 15-il sena wara, forsi minhabba l-importanza strategika taghha, zidulha 6 kanuni ohra. Maz-zmien l-importanza taghha ma baqghetx izjed mehtiega, u peress li ma baqax ikollha aktar ghassa, il-porvli u materjal iehor ghal kaz ta’ xi attakk gie mehud fil-porvlista fil-Gran Kastell t’Ghawdex.

Gie li serviet f’xi attakk?

Dan kien l-iskop mhux ta’ din it-trunciera biss, izda ta’ kollha kemm huma. Din tibqa’ maghrufa ghar-rezistenza kif ukoll ma’ numru iehor ta’ difiza ohra fil-Bajja tar-Ramla, meta l-Francizi taht il-General Reynier fl-10 ta’ Gunju 1798, ippruvaw jinzlu fil-bajja tar-Ramla, u minhabba li dawn il-fortifikazzjonijiet kienu mghammra sewwa, minflok zbarkaw fl-Irdum ta’ Vnuta, li jigi fuq ir-rih kemm tar-Ramla l-Hamra kif ukoll fil-Bajja ta’ San Blas. Ma nafx kif il-kanuni ta’ din it-trunciera gdida tar-Ramla, setghu jlahhqu mal-Armada kbira Franciza, li meta l-igfna tal-gwerra Francizi dehru fuq ix-xefaq t’Ghawdex, tant kienu kbar dawn il-vapuri tal-gwerra u bcejjec ohra, li kienu jlahhqu minn Kap San Mitri fil-limiti tal-Gharb, ghall-Port il-Kbir u ‘l hinn minnu. Hija hasra li mhux talli ma baqa’ xejn minn din it-trunciera izda l-anqas sinjal ta’ fejn kienet inbniet. Zgur li kieku din it-trunciera ghadha tezisti, kienet tkun attrazzjoni turistika u ta’ valur storiku kbir ghal rahalna.

Raymond Mifsud

Biblijografija: The Coastline Fortifications of Gozo and Comino, minn Sammut-Tagliaferro.

© Copyright Xaghra.com – News