Il-Villa Rumana


Meta l-gzejjer Maltin ma baqghux maghquda ma’ l-Ewropa u mal-kontinent Afrikan, wara li eluf ta’ snin ilu, l-art bdiet tithezzez, infirdu u llum jinsabu f’nofs il-Bahar Mediterran. Minn dak iz-zmien bdew jigu mafikuma minn gnus barranin li hakmu ghal bosta snin, u hallew impatt politiku, socjali, ekonomiku u ambjentali fuq il-gzejjer Maltin, kif jixhed il-bini li hallew warajhom, ibda min-Neolitici bit-Tempji tal-Ggantija, sas-swar u l-bereg u I-palazzi tal-Kavallieri ta’ San Gwann.

Hakkiema Barranin f’Malta

L-ewwel nies li gew jghammru f’Malta, skond il-magfiruf arkeologu Ingliz E.D. Evans li ghamel studju fil-fond tal-fuhhar li nstab f’dawn it-tempji, jghidilna li dawk in-nies taz-zminijiet mudlama x’aktarx li, fil-bidu nett, gew Malta minn Sqallija, u ghammru fl-gherien (Mixta) bhal dik ta’ Ghajn Abdul – Ghar lema, ‘il gewwa minn Santa Lucija, f’Kercem, Ghawdex. Dawn kienu jissejhu n-Neolitici, il-Fenici, il-Kartaginizi, ir-Rumani, il-Bizantini, l-Gharab, in-Normanni, l-lsvevi (Imperaturi Germanizi), l-Angovini, l-Aragonizi, il-Kavallieri Ospedalieri ta’ l-Ordni ta’ San Gwann il-Battista ta’ Gerusalemm, ta’ Rodi u ta’ Malta, il-Francizi u, fl-ahhar, l-lnglizi. Mil-lista li tajt wiehed jintebah kemm kien hemm hakkiema barranin, li hakmu lill-gzejjer taghna.

Dawn damu mijiet ta’ snin bejniethom, u l-inqas li damu kienu l-Francizi, sentejn b’kollox. Dawn bejniethom damu b’kollox madwar 7,000 sena, sakemm il-poplu Malti u Ghawdxi sar stat sovran ghal dejjem, bil-kisba politika li huwa wettaq, l-ewwel bil-kisba ta’ I-indipendenza, it-tieni meta l-istat Malti sar Repubblika, u t-tielet il-Helsien Shih, meta l-forzi kollha barranin telqu mill-gzejjer taghna,sabiexhekk inkunu mexxejja taghna nfusna. Izda mhix l-intenzjoni tieghi li nikteb l-istorja ta’ Malta, ghalkemm inhobbha u nghozzha, izda meta tkun ser tikteb fuq xi wiefied mill-hakkiema barranin li kellna, allura trid ta’ bilfors tikteb xi ftit l-istorja, halli l-qarrej ta’ dan l-artiklu jifhem, ihobb, u jghozz l-istorja ta’ art twelidu, li f’dan il-kaz l-istorja ta’ pajjizna hi rikka hafna.

Kif beda l-lmperu Ruman?

Mill-gwerer Punici li ntrebhu mir-Rumani, is-suldati Rumani wrew li kienu l-aqwa suldati tad-dinja ta’ dak iz-zmien. Wara firxu s-setgha taghhom fl-ltalja kollha, rebhu l-Gallja- Franza tal-lum, il-Germanja u l-lngilterra, li jiffurmaw l-Ewropa tat-Tramuntana, imbaghad rebhu I-pajjizi tal-Lvant, il-Grecja, il-Balkani, l-Asja Minuri, I-Egittu, u rebhu l-peninzula Iberja (Spanja u l-Portugall), biex hekk hadu control ltal-Mediterran kollu, minn Gibilta sa l-Egittu. Hadu anke x-xtajta ta’ l-Afrika ta’ Fuq u hekk saru sid gdid ta’ l-Ewropa, il-Mediterran u l-Afrika ta’ Fuq. Hekk beda l-lmperu Ruman, izda tliet sekli wara (l-Imperu Ruman tal-Punent) u wara erba’ sekli (l-lmperu Ruman tal-Lvant – Bizantini), sfaxxa ghal kollox, u bhala sinjal ta’ dan l-lmperu Kbir Ruman, li dam b’kollox b’kemm ta’ l-lmperu tal-Punent (317 sena), kif ukoll dak tal-Lvant, l-lmperu Bizantin (475 sena), jigifieri 792 sena, baqa’ biss il-bini kbir u sabih fil-pajjizi li hakmu, inkluzi wkoll Malta u Ghawdex.

Ir-Rumani f’Malta 218 q.K. – 535 w.K.

Wara l-gwerer Punici li saru fis-sena 264 qabel Kristu, bejn ir-Rumani u l-Kartaginizi, li l-belt ta’ Kartagni tinsab fit-tramuntana tat-Tunezija, max-xtajta tal-Bahar Mediterran, Malta waqghet f’idejn ir-Rumani wara bosta glied qalil. Dawn il-gwerer kienu tlieta, l-ewwel gwerra Ruma rebhet lil Malta u regghet tilfitha, haditha mill-gdid u kellha terga’ titlaqha. Izda fis-sena 216 qabel Kristu, f it-tieni gwerra Punika, Malta ntrebftet mill-gdid mir-Rumani, u l-Maltin kisbu c-civilta u c-cittadinanza Rumana, taht imperaturi maghrufa Rumani, bhal Gulju Cesri, Cesri Awgustu, Kostantinu, Teodosju u ohrajn. Ta’ interess hu li dawn il-hakkiema godda Rumani gew kemm qabel Kristu kif ukoll baqghu hawn warat-twelid ta’ Kristu, kif hu mnizzel il-perjodu taz-zmien li dawn damu hawn, jigifieri s-snin 218 q.K. u 535 w.K., b’kollox 317-il sena:

Malta taht ir-Rumani

Mal-hakma gdida tar-Rumani f’Malta, Malta kisbet minghand ir-Rumani l-jeddijiet u l privileggi kollha ta’ “Foedorata Civitas”, jigifieri belt alleata fl-imperu Ruman, waqt li l-Maltin kienu “Socii” jew shab u alleati tal-poplu Ruman, u l-Maltin ma kienux meqjusa bhala poplu li kien meghlub u mirbuh fi gwerra. Ghalhekk il-Maltin thallew igawdu l-ligijiet li kellhom qabeb, qalghu d-dritt li jaghmlu l flus taghhom stess, u nghataw il-privileggi li jibghatu ambaxxaturi f’Ruma bhala raprezentanti taghhom.

Mela naraw li,”fis-sena 216 qabel Kristu, missirijietna kienu ga qeghdin igawdu l-indipendenza bhala cittadini hielsa, hbieb u alleati, fi hdan l-lmperu Ruman. L-artijiet li rebhu r-Rumani kienu mqassma fi provincji, u kull wahda minnhom kienet iggvernata jew immexxija, politikament u socjalment, minn “Praetor” u iehor jissejjah “Questor”. Il-Proetor kellu s-setgha li jservi bhala gvernatur u kmandant civili, kif ukoll dak militar. Min-naha l-ohra, kien jiehu hsieb biss tad-dhul u l-infiq kollu tal-flus tal-provincja. Din is-sistema kienet tapplika wkoll ghall-gzejjer Maltin, li taht ir-Rumani kienu jaghmlu parti mill-provincja ta’ Sqallija. Ghalhekk Malta kienet timxi fuq il-politika ta’ Sqallija u flimkien maghha garrbet l-istess tigrib u taqlib. Tul it-317-il sena li damu r-Rumani f’Malta, Malta baqghet art hielsa fl-lmperu Ruman, tghozz u thares il-jeddijiet u l-privileggi taghha.

Fil-fatt mal-mixja taz-zmien, Malta mxiet fil-prosperita ‘I quddiem hafna, tant li bhal provincji ohra Rumani, Malta ghalkemm fic-cokon taghha, kisbet id-dritt ta’ Municipju Ruman, jigifieri l-jeddijiet u l-gieh ta’ Belt Rumana mmexxija minn gvern taghha stess. Taht I-imperu Ruman, Malta akkwistat kultura Ewropeja. Izda c-civilta ta’ Malta hi eqdem minn dik tar-Rumani u tal-Grecja, ghax ic-civilta gabuhielna l-Fenici, li hakmu I-Afrika ta’ Fuq, Sqallija u Spanja, u f dan iz-zmien tefghu ghajnejhom fuq Malta, l-aktar minhabba l-qaghda strategika taghha, u l-portijiet taghha. Dan sehh bejn is-Seklu Sitta u s-Seklu Ghaxra qabel Kristu. L-arkeologu maghruf ta’ zmienna, Dr. L. Ugolin, jghidilna li fi zminijiet imbieghida, sekli u sekli ta’ snin ilu, il-gzejjer Maltin kienu c-centru principali minn fejn tferrxet f’artijiet ohra, ic-civilta tal-qedem, mhux biss il-pajjizi u l-gzejjer li ghandhom ix-xtajta mal-Bahar Mediterran, izda anke pajjizi ohra fl-Ewropa.

Il-Villa Rumana fir-Ramla l-Hamra

Ir-Rumani minbarra li kienu maghrufa bhala gellieda qalbiena, kienu maghrufa wkoll bhala inginiera mill-aqwa. Xhieda ta’ dan huwa l-bini kolossali li bnew fuq kull art li hakmu, inkluz Malta. Mhux ser nikteb dwar il-bini libnew f’pajjizi barranin l-anqas dwar il-bini f’Malta, ghalkemm hemm hafna fuqiex tikteb, izda ser nikteb fuq il-villa lussuza li tinsab mirduma qrib ix-xtajta tal-bajja tar-Ramla l-Hamra, u li tinsab fuq ix-xaqliba tax-Xaghra, li zgur bhala poplu Xaghri ghandna nkunu kburin, ghax mhux biss in-Neolitici ghazlu lix-Xagfira bhala d-dar taghhom, izda anke r-Rumani ghazlu lix-Xaghra, fejn bnew it-Tarag minn hdej Calypso li jwassal sal-Villa, li serviet bhala post ta’ serhan u ta’ viileggjatura. In-naha tax-Xaghra, qrib hafna tax-xtajta, ir-Rumani li hakmu dawn il-gzejjer, bhal f’Malta, bnew villa kbira, 19-il kamra b’kollox. Din kienet tikkonsisti f’dawn il-kmamar kollha, ghax fiha ma kienx joqghod xi wiefied komuni bhalna, izda kien ikun xi gvernatur jew xi sinjur Ruman, u peress li kien bniedem ta’ certa importanza, kien mehtieg li fiha kienu joqoghdu l-qaddejja, is-suldati u ghalhekk il-villa kellha tkun ta’ certu kobor.

Taqsim tal-Villa Rumana

Mill-pjanta riprodotta ma’ dan l-artiklu wiehed mill-ewwel jintebah kemm kienet bicca xoghol ta’ inginerija kbira. Kienet mehtiega sengha kbira. Il-kmamar bin-numri 1 sa 9 kienu l-kmamar ta’ abitazzjoni tal-mistednin u kienu jissejhu Apodutera. Kull kamra kellha dekorazzjoni ta’ l-art differenti mill-ohra. Id-disinn ta’ l-irham u l muzajk kienu differenti minn xulxin, uhud mill-kmamar kienu konnessi u maghquda ma’ xulxin, u ohrajn le. Tant kellhom sengha kbira fil-bini r-Rumani, li l-kisi ta’ dawn il-kmamar kien jizzejjen halli jixbah lill-irham. Kull passagg li kien hemm fil-villa kien ikun iccangjat b’muzajk iddisinjat. Kamra ohra hi dik li qisha banju ta’ l-ilma, fejn jidher ukoll tarag, biex dak li jkun jista’ jinzel minnu. Hu mahsub li dan il-banju kien ikun mimli b’ilma kiesah, u ghalhekk ir-Rumani kienu jirreferu ghalih bhala Frigidarium.

Kamra ohra hija maghrufa bhala Tepidarium, jigifieri l-ilma hawnhekk kien ikun fietel, u fejn wiehed seta’ jiehu banju. Din l-istess kamra hija maghrufa wkoll bhala Sudarium, fejn in-nies kienu joqogfidu fis-sfiana tal-fwawar, xi haga li nafu li anke llum hi popolari hafna, li hi Sauna fejn issibhom f’lukandi lussuzi u kumplessi turistici ewlenin. Kamra ohra importanti f’kull villa Rumana hi l-Calidarium. Din il-kamra kienu jibnuha fuq diversi arkati li kienu jzommu l-art tal-kamra sserrah fuqhom. Dan minhabba li hawnhekk kien ikun hawn in-nar jaghti taht l-art, filwaqt li l-ilma li jkun ghaddej minn hemm ikun qieghed jissahhan. B’hekk wiehed seta’ jiehu banju b’ilma shun.

Zgur li villa ta’ dan il-kobor kien jehtieg li jkollha I-latrina. Kull villa kien ikollha post fejn wiehed jaghmel il-bzonnijiet naturali tieghu. Kien ikun hemm bzonn ta’ hafna ilmau kontinwu biex jitnaddaf il-kumpless kollu tal-villa kif ukoll ghall-uzu domestiku. Dan kien jingieb minn ghejjun ta’ ilma gieri, li hemm bosta minnhom fix-Xaghra, u kien jitwassal permezz ta’ kanali tal-gebel, l-ilma jintefa’ fil-hwat u f’gandotti, u f’sezzjonijiet tal-villa kien hemm pajpijiet tac-comb.

Mln eskavaha mill-gdid?

Izda forsi wiehed jistaqsi jekk qattx inkixxfet, u minn min?
Ghat-tfal u z-zghazagh taghna u ghall-generazzjonijiet li tiela’, tajjeb ikunu jafu li nkixfet mill-maghruf arkeologu Malti tas-snin 20, Sir Temi Zammit bejn 1-1910 -1911. Wara li Sir Temi Zammit naddaf iz-zona mir-ramel u tafal (Blue) dejjem in-nahha tax-Xaghra, deher car li mhux biss hemm il-fdalijiet ta’ bini antik izda li kien hemm bini mdaqqas ta’ certu kobor, u ta’ importanza kbira, kif ukoll uniku ta’ zmien ir-Rumani fil-gzira ta’ Ghawdex.

Bis-sejba ta’ din il-villa, wiehed jinduna li r-Rumani jew forsi xi Malti prominenti fi zmien ir-Rumani, kellhom flus bizzejjed biex jibnu villa proprju f’bajja qrib ix-xtajta, bhal fil-kaz tar-Ramla l-Hamra, li toffri seher naturali kbir, kif holqitha ommna n-natura. Meta nkixfet il-villa ma tantx setghet tara x-xemx shuna ta’ filghodu, u l-anqas il-qamar kwinta f’iljieli sajfin, ghax il-poplu ta’ dak in-nhar, miskin injurant bla skola, ma jafx xi tfisser arkeologija, ghax din il-kelma ma kinitx fil-vokabolarju Malti. Meta n-nies raw dak il-fuhnar, garar kbar l-aktar gnall-hazna taz-zejt u ta’ l-ilma, muzajk, irham u statwi, beda jisraq u jkisser dak li ra u sab.

Meta SirTemi Zammit ra dan it-tkissir u serq.rega’ radam kollox mill-gdid taht ir-ramel fi ftit zmien. Dak ix-xoghol kollu li ha, intradam fi ftit minuti, fejn ghadha hemm sal-lum, tiftakar mhux l-Gnawdxin li garrfuha, izda lir-Rumani sinjuri li ghexu fiha f’dan is-seher naturali kbir. Min jaf, forsi f’gheluq il-mitt sena minn meta Sir Temi Zammit kixef il-Villa Rumana, nergghu narawha mikxufa mill-gdid, mhux biex niehdu jew inkissru dak li nsibu, ghax illum ahna civilizzati, izda biex nitghaxxqu biha, insiru nafu kif kienu jghixu r-Rumani, u biex, fl-ahharnett, isservi ta’ attrazzjoni turistika ohra, mal-bqija tal-postijiet arkeologici u storici, li r-rahal tax-Xaghra hu mzejjen bihom, anzi b’dawk il-postijiet kollha, jaghmlu lix-Xaghra b’distinzjoni mill-bqija ta’ l-irhula Gnawdxin, u jpoggu lix-Xagnra fuq il-mappa dinjija dwar l-arkeologija u l-Wirt Storiku.

RAYMOND MIFSUD.
Biblijografija:
1. 6rajjiet il-Gzejjer Maltin ta’ S. Laspina, 1971.
2. Roman Malta, by Anthony Bonanno, 1992.
3. Rapporti tal-Muzew (1910-1911).

© Copyright Xaghra.com – News