Il-Ggantija
Bosta bhali ma jafux jew jafu ftit li xejn dwar it-tempji tal-Ggantija. Kieku mhux ghax zornihom meta konna l-iskola, zgur li ma konniex imorru fihom. Nies ta’ kull gens mad-dinja kollha u ta’ kull eta’, jigu jzuru dawn it-tempji. Kull min jigi x-Xaghra, u jzur il-Ggantija u x-Xaghra Stone Circle li hu cimiterju preistoriku, li qed jigi skavat fi Triq ta’ Hamet, jigi biex jara kif l-abitanti ta’ dawn il-gzejjer, l-antenati taghna, xi kwalita u xorta ta’ hajja kienu jghixu madwar 7,000 sena ilu.
Dak li kemm ghadu nstab il-Brocktorff Circle, jaghti xhieda u jixhet dawl gdid dwar in-nies tal-qedem. Id-dati maghmula mill-arkeologu Colin Renfrew, gew meqjusa bhala l-eqdem monumenti wieqfa tal-gebel fid-dinja, elf sena eqdem mill-piramidi ta’ l-Egittu li l-bini taghhom inbeda madwar 4,000 sena Q.K. Dawn is-sejbiet instabu mir-riferenzi li ta Tolemew li sejhilhom tempji lil Alla Erkole. Jean Quentin d’Autun kiteb l-ewwel deskrizzjoni ta’ Malta u stampah fl-1536 ezatt mal-migja tal-kavallieri f’Malta. Ghalkemm il-Kavallieri bnew hafna palazzo, bereg, swar u hafna bini iehor b’risq il-Maltin, kellhom jghaddu 290 sena biex seta’ jinbeda l-iskavar tal-Ggantija min John Otto Bayer u bl-ghajnuna ta’ James Somerville fis-snin 1820-1829, ezatt mal-migja ta’ l-Inglizi f’Malta.
L-ewwel storjografu (li kien jikteb l-istorja) tas-seklu sbatax, Gian Francesco Abela, kien diga, fil-kitba tieghu tal-1647 “Della Descrittione di Malta”, jirreferi ghal siti megalitici t’Ghawdex. Ghall-ahhar tas-seklu tmintax, fl-1772 il-Konti Gian Francesco Ciantar, elabora mill-gdid il-kitba ta’ Abela li kienet ippubblikata fl-1647 li kien jiddeskrivi hekk, “Li f’Ghawdex tista’ tara fdalijiet tad-djar tal-Gganti li kienu l-ewwel abitanti ta’ Malta. Wiehed huwa f’El Sceukia, hdejn knisja ddedikata lil San Gwann, fejn wiehed isib gebla kbira hafna. Prova jew sinjal iehor ta’ dan il-bini megalitiku huwa fil-post bl-isem ta’ el Eeyun (il-lum l-Ghejjun) fejn wiehed isib numru kbir ta’ gebel fuq xulxin.” Hawnhekk qed jirreferi ghat-Tempji tal-Ggantija.
Il-pittur franciz ta’ zmien ir-Re Franciz Luigi XVI, Jean Pierre Louis Houel, li ghex bejn (1735-1813), hu mahsub li huwa l-ewwel artist li ndika l-postijiet megalitici tal-gzejjer Maltin. Difatti fl-1775 huwa ndika dan is-sit arkeologiku gdid fix-Xaghra. Imbaghad fl-1778 huwa pitter b’ezattezza kbira is-siti arkoelogici tal-gzejjer Maltin, u fl-1782-1787 hu jippubblikahom f’erba’ volumi bl-isem ta’ “The Voyage Pittoresque”. Il-Kzarina Katerina t-Tieni tar-Russja, xtrat l-original u l-lum jinsabu fil-muzew tal-“Hermitage” fir-Russja stess. Dak li pitter il-pittur Houel, jibqa’ s-sors principali ta’ dokumentazzjoni ta’ struttura (bini megalitici) ta’ Ghawdex, u li jinkludu wkoll “The Xaghra Stone Circle”. Hija hasra li l-artist Antoine de Favray, qatt ma’ ta’ kaz bizzejjed fuq il-linja jew gwida li halla warajh Houel. Izda ghall-kuntrarju l-pittur Favray iddedika lilu nnifsu ghall-pittura ta’ natura religjuza.
Tajjeb li wiehed jaqra l-kitba tal-Princep ta’ Biscari fil-kitba tieghu “Viaggio per tutte le antichita della Sicilia”, li kienet ippubblikata f’Napli fl-1781, li l-fdalijiet mhux eskavati tal-Ggantija kienu mizmuma b’rispett kbir, specjalment mill-propjetarju taghhom, is-Sinjur Gio Battista Cassar. Hu ha hsiebhom b’reqqa kbira, u b’ghaqal ma’ halliex li t-tempji jigu distrutti, u halla f’kuntratt fejn fih esprima kundizzjoni fejn hu halla b’emfitensi perpetwu, li l-ebda gebla ma’ tintmess, u dan taht penali tax-xoljiment ta’ l-istess kuntratt. Fil-fatt ma’ hemm xejn ufficcjali fid-dipartimenti tal-gvern ta’ Malta u taht liema cirkustanzi, li l-Ggantija ghaddiet mill-eredi tal-familja Cassar ghal pubbliku. Sal-1903 kienet ghadha taht il-Markiz Filippo Giacomo Cassar Desain. J.D. Evans jesprimi li s-sit tal-Ggantija gie espropijat fl-1933.
Onorato Bres fil-pubblikazzjoni tieghu tal-1816 bl-isem “Malta Antica Illustrata”, jsemmi ktejjeb ippubblikat fl-1804 minn Robinson li kien ighix Londra, bi stampi tat-tempji tal-Ggantija. Bla dubju din tirreferi ghal kitba Plate VIII ta’ Boisgelin “Ancient Modern Malta”, li gew ippubblikati f’Londra fl-1805.
Awtur u vjaggatur importanti Germaniz, il-Princep Herman Puckler-Muskau, ghamel zjara f’Malta ghall-ahhar tal-1835. Fl-1840 huwa ppubblika d-djarji tieghu dwar dak kollu li ra, u gabarhom f’200 pagna bl-isem ta’ Sudsotlicher Bildersal. Puckler-Muskau li ghex bejn (1785-1871) kellu vera mhabba romantika ghal fdalijiet misterjuzi, u l-vista li hu ghamel f’Ghawdex, habtet fl-istess zmien li John Otto Bayer beda jiskava l-Ggantija u l-Brocktorff Circle, li l-lum dawn flimkien jissejhu Xaghra Stone Circle, u ra taht ghajnejh it-tkissir ta’ dawn il-fdalijiet mill-bdiewa tal-lokal. Matul il-mawra tieghu f’Ghawdex preistoriku, il-gwida ta’ Puckler-Muskau kien il-mahbub Magistrat ghal Ghawdex ta’ dak iz-zmien, James Somerville li kien ukoll responsabbli u ghen fl-iskavar tal-Ggantija flimkien ma’ John Otto Bayer. Somerville ighid li l-Princep Germaniz kien Vici-Konslu fi Tripli u kien kolletur ta’ l-antikitajiet. Kemm dam Ghawdex Puckler-Muskau ghamel xi hbieb, difatti ltaqa’ mal-Kamonku Grech li kellu kollezzjoni ta’ xi fdalijiet arkeologici. Puckler-Muskau apprezza hafna l-ospitalita tal-Magistrat ghal Ghawdex Somerville. Puckler-Muskau jhalli rakkont detaljat tal-Gozo Circle, u l-attentati tieghu bla success biex jikkonvinci l-awtoritajiet biex is-sit jigi esproprijat, hu jibqa’ xhud tat-tkissir tal-megalitici li kien fi stat tajjeb dak iz-zmien. Puckler-Muskau jghid dan fir-rakkont tieghu, “Li hemm post wiehed li jixbah ghall-istess perjodu ta’ zmien, u dan kien taht l-art u kien jintuza ghad-dfin. Hafna oggetti nteressanti nstabu hemm. Is-Sur Somerville ssuggerixxa li l-gvern jixtri l-art li kienet tiswa ftit mijiet ta’ dollari. Huma offrew 100 dollaru nqas lis-sid, il-prezz ma giex accettat, u l-ftehim ma sehhx. Issa kollox sefa mkisser, u l-lum li qeghdin f’dan il-post, numru ta’ nies bdew ikissru l-ahhar zewg kolonni li kienu ghadhom hemm. “Dan mhux vandalizmu?” jistaqsi Puckler-Muskau.
Puckler-Muskau jhalli rakkont dettaljat u fit-tul dwar il-Ggantija u li jifli bir-reqqa il-vjaggi li hu ghamel fis-seklu dsatax. Hu jghid hekk, ”Dak li jissejjah it-Torri tal-Ggant, Tempju Fenicju ta’ mportanza kbira, kienet l-ewwel haga li jien esplorajt. Certament ha dan l-isem min-nies tal-lokal ghal gebel kbir li hu mibni. Minn studju ta’ l-istorja ta’ l-antikitajiet kien tempju lil Astarte, l-alla mara ta’ mhabba Fenicju. Ikompli jghid li l-iskavar sar bejn 1821-1823 li bdieh John Otto Bayer bl-ghajnuna ta’ James Somerville, li serva ta’ magistrat, u anke kien jigbor il-flus specjalment tac-cnus. Sfortunatament wiehed ghandu jaghti tort lil Gvern ta’ dak iz-zmien (li kienu l-Inglizi li kienu ghadhom kif waslu Malta) li minhabba nuqqas ta’ flus, ix-xoghol ta’ skavar ma tkompliex, u dan kellu effetti fatali, ghax dan it-tempju, monument li mhux ser issib imkien, xi ornamenti sfaw misruqa, uhud mill-gebel kolossali tieghu gie mehud min-nies tal-lokal, kissruhom fi bcejjec zghar u bnew id-djar taghhom. Li kieku gara dan f’xi stat fil-Germanja, wiehed forsi jinsa u jahfer, izda fi gzira mmexxija mill-Gran Brittanja u nies civilizzati, hija hasra. Fil-fatt il-Princep ihalli rakkont dettaljat tal-kobor, qisien, kif huma mqassma it-Tempji, l-altari, il-hofor, it-turgien, in-nicec etc. Hu jaghlaq hekk ir-rakkont tieghu dwar il-Ggantija, “Il-fdalijiet huma mibnija fuq gholja u jidhru mponenti. Il-gebel kbir li hu mibni kellu jingieb minn parti ohra tal-Gzira, ghax hawn (fix-Xaghra) gebel bhal dak ma jezistix, ghalhekk wiehed ghandu jassumi, li anke f’dawk iz-zminijiet kien hemm xi mezz ta’ transport mekkaniku, li n-nies tal-lum ma jafux bih. Bini bhal dan ma kienx jinbena l-lum mid-dhul tal-kaxxa ta’ Malta”. Kemm ghandna ghalfejn niehdu hsiebu u nikkonservawh ghal Umanitac dinjija kollha kemm hi. Dan it-tempju mhux tax-Xaghrin, Ghawdxin, Maltin biss, izda tal-umanitac kollha kemm hi.
Studji u notamenti li ghadhom jezistu dwar ix-“Xaghra Stone Circle” u li l-Ggantija huma miktuba minn William H. Smyth, Kaptan, u wara lahaq Ammiral tan-Navy li ghamel xoghol f’Malta fl-1820 u wara sar habib ta’ John Hookham Frere. Huwa kien fuq il-post tax-Xaghra Stone Circle qabel ma safa mkisser u kwazi meqrud, u ppubblika t-tpingijiet u qisien tieghu fl-1829 f’Londra fir-rivista “Archaeologia” li kienet tohrog kull tant zmien. Fi Frar tal-1896, Sotheloy ta’ Londra, irkantat ghaxar tpingijiet tal-kulur tal-fdalijiet t’Ghawdex, li gie imqabbad minn artist mhux maghruf, minn John Hoakhan Frere, ghal kollezzjoni tieghu tal-Melitensia, ftit wara l-iskavar tax-Xaghra Stone Circle. “Fejn hu illum”, jistaqsi Donald Sultana (The Journey of William Frere to Malta fl-1832), ”baqa’ mhux maghruf”, ghax l-Stone Circle safa vandalizzat u s-sit rega’ nghata ghall- agrikoltura. L-artist li ndika dan is-sit li serva bhala cimiterju preistoriku kien il-Germaniz Charles Frederick Von Brochdorff li ssetilja f’Malta, tant li whud iqisuh bhala artist Malti.
L-ewwel Duka ta’ Buckingham, xtara numru ta’ disinni ta’ veduti Maltin minn ta’ l-artist Charles Brochtoff. Dan xtrahom fis-sena 1828. Meta mbaghad fil-1848 id-duka falla, id-disinji ta’ Brochtorff gew irkantai u spiccaw f’idejn il-familja Beaufoy. Il-librerija Nazzjonali taghna akkwistathom fl-1925 minn Ingliz. Kienu dawn it-tpingijiet, xi 17 kollox, kemm tal-Ggantija kif ukoll tax-Xaghra Stone Circle, li ndikaw il-Wirt Preistoriku ta’ pajjizna.
George Frederick Angas (1822-1886), li wara sar maghruf fl-Awstralja ghal kitba tieghu, meta kellu biss 19 il-sena zar Malta, u mid-djarji tieghu halla rakkont dettaljat u ta’ siwi ghal osservazzjonijiet li ghamel. Il-Ggantija mpressjonat hafna lil Angas, u l-arja safja Ghawdxija sawbet spirtu fil-kitba tieghu. Hu jghid li meta zar it-tempju mar armat bil-pistoli, “ghax bzajt minn xi nkwiet mill-abitanti tal-post, izda fortunatament ma’ kellniex bzonn nuzawhom”. Sunnet miktub bit-Taljan lir-Regina Adelaide li kienet l-armla tar-Re William IV, meta zaret it-tempji ghadu jidwi u jittajjar fuq il-megalitiku. L-armla Regina halliet Malta fl-1 ta’ April 1839 u ghexet sentejn ohra. Angas zar il-Ggantija fid-29 ta’ Settembru, 1841. Hu jhalli dan ir-rakkont. “Bil-kaless tlajt nara t-Torri tal-Ggant. Dan il-bini huwa wiehed mill-aktar fdalijiet interessanti tal-Fenici. Jistqarr ukoll li l-bini kien tempju fejn kien isir is-sagrificcju bir-riti tan-nar. Nahseb li kien tal-Fenici li kienu l-ewwel nies li ghammru fil-gzira u li kienu jaduraw lix-xemx. Iltqajt ma’ tifel li dawwarni mal-bini, fejn qal li kellu x-xorti jaghmilha ta’ gwida lir-Regina Adelaide li kienet ghadha kif ghamlet zjara f’Malta.”
Fredrick Lacroix ikkritika bla misthija t-tpingijiet ta’ Houel. Il-kitba tieghu “Histoire et Description de l’Isle de Malte”, li gew ippublikati bl-Ispanjol u bit-Taljan fis-sena 1848. Ma’ Lacroix id-diffikulta’ hija dejjem, kemm li dak li jiddeskrivi ma jirriflettix dak li veru ra, izda billi ghamel uzu minn awturi li gew qablu, hafna snin qabel, specjalment mill-pittur Franciz Houel, ihalli dan ir-rakkont fuq il-Ggantija, “Anke f’Ghawdex hemm xi fdalijiet ta’ xi binja kolossali. F’Casal Caccia hemm hajt kbir li jindika fdal ta xi monument antik”. Ikompli jiddeskrivi hekk, “Li l-bini hu mibni minn gebel kbir xi 150 qasba fin-naha tal-Lvant, qrib ir-rahal tax-Xaghra kemm fdalijiet ta’ xi bini li jixbhu lil dan it-tempju li ghadni kif rajt.” Hawn qed jirreferi ghal Brocktorff Circle li ndikah u li bhalissa qed jigi skavat. Lacroix ikompli jiddeskrivi li, “Il-gebel kif jidher il-lum, ma’ jindika xejn li seta’ thaffer, jew kienx impoggi ma’ xulxin b’xi tajn.” Jekk niehdu din id-deskrizzjoni tax-Xaghra Stone Circle u l-Ggantija minn Houel, Frederick Lacroix izid kumment interessanti li jaghti aktar taghrif dwar xi haga li wiehed ikun ghadu kemm qal. Hu jirreferi ghal qisien tal-Ggantija li saru ftit qabel minn Didot.
Fl-1839 il-Franciz Ambroise-Firmen Didot, li kien vjaggatur u kollettur ha l-qisien kollha tat-tempji tal-Ggantija. Dak li wettaq ghadu ma giex notifikat u lanqas studjat, izda xehet dawl gdid ghal iktar skavar li saru seklu u izjed tard. Incizzjonijiet bil-kulur maghmula bl-idejn juru bic-car ix-xoghol ta’ Lacroix. Wara dawn id-disinji u l-incizzjonijiet dahlet il-fotografija. Il-prigunier Malti f’dan il-qasam Horace Aguis ha l-ewwel ritratt ta’ dawn it-Tempji possibilment fl-1870.
Minn dan ir-rakkont li ghadni kemm tajt, mhux kull Xaghri Ghawdxi u Malti biss, izda l-umanita’ kollha ghandha tapprezza dan il-monument li jixhed ic-civilta’ ta’ niesna tal-qedem, nippreservawh u niehdu hsiebu bhalma hallewh ta’ qabilna li kien jintuza bhala tempju biex fih jitolbu lil allat foloz li kienu jaduraw.
Raymond Mifsud
Referenza mill-ktieb ippubblikat mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti, flimkien mal-Muzew Nazzjonali tal-Arkeologija, fl-okkazzjoni tal-wirja ta’ l-Arti Preistorika. Hajr specjali lil Dr. Giovanni Bonello LL.D. ghax hafna mid-dati hadthom mill-artiklu ferm interessanti tieghu.
Recent Comments