Il-Ggantija u Niesha


Minn Aaron Attard Hili

Il-wita’ ta’ l-gholja tax-xaghra tisfida kull arkeologu. Il-firxa wiesgha u l fdalijiet preistorici huma bizzejjed sabiex ihawwdu l imhuh dwar ic civilta li ghammret fuq l gholja tax-Xaghra.

Diga nkieteb hafna dwar il-fdalijiet ta l istrutturi preistoric. Min jinterpreta mod u min jispjega mod iehor. Pero ftit inkiteb dwar ic-civilta u l poplu taghha li bnew dawn l istrutturi. Dan hu dovut ghax forsi ma nstabux fdalijiet bizzejjed jew jekk hemm fdalijiet inqerdu darba ghal dejjem. Pero li hu fic cert hu li dawn il fdalijiet darb kienu taht il bini tad djar li nbnew fl inhawi tat tempji tal Ggantija. Xhieda ta dan hu n numru kbir ta fuhhar li nkixef meta saru l pedamenti ta whud mid djar.

Il-Fdalijiet tat-tempji jmorru lura madwar sitt elef sene ilu fil bidu tar-raba millenju qabel il migja ta Kristu. Dan ifisser li l ewlenin abitanti tal-Ggantija diga kienu qed jibnu strutturi ta gebel kbir mijiet ta snin qabel ma l gens Egizzjan bena l piramidi fl-Egittu. Infatti l istruttura tal Ggantija hija ikkunsidrata bhala l eqdem struttura ta bini wieqfa fid dinja kollha. U ghageb ta l ghegubijiet baqghet wieqfa matul dawn il eluf ta snin kollha.

Minn manuskritti qodma ta fdalijiet ta gebel kbir imexerred l hawn u l hinn il gholja tax Xaghra kien hawn izjed minn Tempju wiehed. Hafna minnhom intilfu u ohrajn forsi ghad jigu skavati u skoperti. Jidher li l gholja tax-Xaghra kienet belt jew centru ta attivita neolitika f’Ghawdex. Pero’ mistoqsija kurjuza u persistenti hija: Min bena t-tempji? Ghaliex inbnew dawn it-tempji? U kif f’salt wiehed waqfet kull hidma u ghaliex? Dawn huma mistoqsijiet li hafna studjuzi ta l istorja u l bniedem komuni ilhom jistaqsu u jhokku rashom ghal tant snin.

Aktarx li l ewwel nies waslu Malta minn Sqallija madwar is sena 5200 qabel Kristu. L ewwel li ma rifsu kien fuq il gzira ta Ghawdex wara li qasmu madwar sittin mil tal bahar Mediterran.

L art li sabu meta waslu hawn zgur li ma kienx Ghawdex kif wiehed jafu illum. Minn indikazzjonijiet u ricerki li saru jidher li l gzejjer Malini kienu art wahda li flimkien kienu jaghmlu parti minn art wahda u li maz-zmien intilfet taht l ibhra tal bahar Mediterran. Il forma tal wicc ta Ghawdex kien differenti u ma kellux dawk il gholjiet li wiehed ghadu jara illum. Ghawdex kellu aktar pjanuri, boskijiet, widien u xmajjar.

Il-Gens Preistoriku.

Dawn l-abitanti gabu diversi zrieragh ta qamh, xghir u ghads kif jixhdu fdalijiet minn oqbra. Huma gabu wkoll maghhom ukoll annimali domestici bhalma huma n nghag, moghoz, hniezer u baqar. Donnhom huma kienu aktar jahdmu sabiex ikampaw minn jum ghall-iehor. Huma kienu konxji mic ciklu tar riproduzzjoni f dak li hu tkabbir tal wicc ta l art u ta l annimali u anke ta wliedhom. Ghalhekk jidher li huma zviluppaw twemmin lejn il fertilita fi sforz sabiex jheggu u jinkoraggixxu c-ciklu riproduttiv. Fdalijiet ta dan it twemmin wiehed isibu fir raprezentazzjonijiet figurattivi li jinsabu madwar postijiet li fihom kienu jsiru r riti ta qima lejn il kult tal fertilita. Dawn jinkludu statwetti zghar li d dehra taghhom taghti emfasi lill karakteristici sesswali femminili.

Id-drawwiet tad-dfin ta dawn il bdiema ghadhom ma humiex stabiliti. Pero minn fdalijiet umani skavati minn oqbra specjalment fix-Xaghra jaghtu diversi stampi ta x kienu jikkonsistu. Meta saru l iskavi ta Santa Verna fis-sena 1911 u liema fdalijiet imorru lura madwar 5000 u 4500 qabel il migja ta Kristu wiehed isib zewg skeletri shah mirdumin taht munzell ta ghadam uman. Dawn kienu ta mill inqas tlieta minn nies midfuna fl art b ghabra ta lewn ahmar imferrex fuqhom. L iskeletri shah jinkludu wkoll dak ta tifel li kellu t tieni sinna ghadha ma telghetx, filwaqt li t tieni skeletru shih kien ta individwu twil u mibni sew li aktarx kien ta tul ta sitt piedi.

Ghal izjed minn elf sena huma ghexu hajja semlici: jikkaccjaw ghac cerv u jkabbru l qamh u ghads ghal ikel. Fdalijiet umani ta zmien il perijodu tal Ggantija jindikaw li lewwel abitanti kienu nies f sahhithom u ghexu ghal numru kbir ta snin. Minn fdalijiet ta oggetti li nstabu fl oqbra taghhom jidher li ken hemm kummerc bejn Malta u Sqallija u ma artijiet ohra. Pero c civilta generalment kient kwieta tghix fl gherien u fl gherejjex mibnija mit tajn bi ftit ghodda ghal skop ta difiza.

L-Istatura tal Gisem tal-Bniedem Preistoriku.

Il-qies tal gisem ta l ewlenin abitanti gie studjat fuq rapprezentazzjonijiet ta statwetti kif ukoll naturalment mill fdalijiet ta skeletri. Bla dubju karatteristika li tispikka fl istatwetti hija l hxuna kbira kemm ta l irgiel kif ukoll tan nisa. Dawn l istatwetti ghandhom zaqq kbira u anke fuq uhud minnhom tikmix ta xaham li jibqa niezel sal koxox. Il warrani huwa kbira u jaqbez il barra; u whud mill istatwetti ghandhom warrani catt. Is sider huwa generalment catt. Huma ghandhom dirghajhom, koxtejhom u riglejhom ta hxuna mhix normali, pero l idejn huma zghar u bla proporzjon b paragon mal bqija ta gisimhom. Ir ras ghalkemm turi wicc shih, ma jistghax jinghad li kien imfaqqa.

Il-karatteristici tal wicc jippartjenu lill razza bajda pura. Il-wicc huwa tond, ovali u forma ta qalb bi gbin baxx. L-ghajnejn huma zghar ghamla ta’ lewza. L-imnieher ghandu prominenza, wieqaf, irqiq u twil, u xi drabi wiesgha u triangulari. Il-halq huwa zghir b xofftejn hoxnin.

Mill-fdalijiet umani li nstabi fic-Cirku tal Gebel ta Ghawdex, gewwa x-Xaghra, wiehed jista jissuggerixxi li kien hawn komunita ta’ individwi li l qies ta’ l-istatura kienet tixbah lill-bniedem Ewropew ta’ zmienna. Huma kienu nies robusti u b’gisem mibni sew ta’ tul ta’ ftit izjed minn hames piedi (1.59 metri).

Ikel ta’ Kuljum

Il-Poplu preistoriku kellu varjeta’ ta’ ikel li jikkonsisti fi prodotti agrikoli u prodotti minn annimali domestici b mod partikolari l-barri u/jew il baqra, in-nghag, il-moghoz u l hniezer. Meta l-ewlenin nies waslu minn Sqallija, huma gabu maghhom zrieragh ta’ xghir u qamh kif ukoll annimali domestici fost l ohrajn l kelb u l fekruna ta l art. Dawn setghu servew bhala ikel, flimkien ma tajr selvagg u annimali ohra bhalma huma l qanfud u l fenek.

Generalment il bidwi preistoriku kien dejjem ikabbar l istess prodotti. Pero kien ikun hemm tibdil minn zmien ghal zmien. Kultant kienet issir insistenza fuq it tkabbir tas sigar taz zebbug u tad dwieli. Flimkien ma dan it tip ta ikel wiehed jista jzid l iktel tal bahar bhalma jixhed mill fdalijiet ta mharr. Wiehed jista jinkludi wkoll l ikel mit tajr.

L-Organizazzjoni tal Komunita’ Preistorika.

L introduzzjoni u l izvilupp ta’ l agrikoltura kien ifisser li numru ta nies saru jiddependu minn bicciet zghar ta art kultivabbli. L-izvilupp f’dan il-qasam maghdud ma’ komunitajiet stabbli waslu sabiex ikun hemm zieda fil popolazzjoni.

Kwistjonijiet dwar is-sors ta’ l-ilma huma fost l-eqdem kawzi ta argumenti fis-socjetajiet preistorici. L-ekonomija ta’ l-ewlenin bdiewa kienet tiddependi fuq kemm il bidwi ghandu merhliet ta’ nghag u hxejjex li kienu ikkunsidrati bhala oggetti ta valur.

Din iz zieda twassal li jinholoq korp ta regolamenti sabiex ikunu evitati kunflitti fost il popolazzjoni. Fost dawn il kunflitti kien hem mil konfini tal propjeta’ ta’ l art. Il-kap tal-kommunita’ holoq alla li semmiegh Terminus (konfini). Dan kien jikkonsisti f’hajt tal gebel li jservi ta’ marka. Terminus ma setax jigi mharrek jew imnehhi minghajr il kunsens tas sidien ta’ lart rispettiva taghhom. Il-kap kien jirrisolvi kwistjonijiet kull meta kien ikun hemm dubji dwar qsim ta’ raba’.

Dawn il komunitajiet holqu numru ta regoli sabiex imexxu r-relazzjonijiet ta bejnithom minghajr xkiel. Dawn ir regoli bdew iservu bhala ligijiet li kull membru ta din il komunita’ kien obbligat li josserva. B’rizultat ta dan il-holqien ta’ dawn ir regoli wassal sabiex ikun hemm tip ta’ korp gudizzjarju li jkun anke responsabbli ghall implimentazzjoni tal-ligi.

Il-kap tal-komunita’ preistorika kien ikkunsidrat bhala persuna integra u gharef. Wahda mill funzjonijiet tieghu kienet li jirrisolvi diffikultajiet u kunflitti li jqumu fost il poplu tieghu.

Kull aspett tal-hajja komunitarja kellha bzonn ir regolamenti fosthom sabiex jigi kkontrollat il garr ta’ l ilma mill-ghejjum. Peress li l-ghejjun kienu limitati fin numru allura kien jehtieg regoli sabiex jistabilixxu kemm kien permess ghal bidwi li juza l ilma ghat tisqija tar raba’ jew jimla’ il bjar tieghu kif ukoll ghall-uzu personali u tal-familja tieghu..

Min-naha l ohra flus kif nafuhom ahna illum ma kienux jezistu. Dawn il komunitajiet kienu jinnegozjaw billi jpartu l prodotti. Il-parti l-kbira tan-negozju kien isir fil ftuh ta’ l ispazju quddiem ta’ l-entratura tat-tempji. In-negozju kien isir fil-prezenza tal kapijiet tat-tempju.

Il-kultura tal-bniedem preistoriku.

Minn studju xjentifiku li sar, jirrizulta li hija probabilita’ kbira li fost il-komunita’ preistorika kienet tezista relazzjoni personali qawwija. Dan ifisser li nies kienu jissiehbu flimkien sabiex ikollhom ghaqda bejniethom irrispettivament mic-cokon tal komunita’.

B’rizultat ta’ dan tfaccaw minn fosthom individwi prominenti li madwarhom jingabru dawn il-gruppi ta’ nies. Kull komunita’ kellha numru ta’ postijiet li minnhom jidhru u jharsu lejn komunitajiet ohra. Bazikament ir-relazzjoni bejn dawn il komunitajiet kienet wahda rivali. Dan johrog bic car li l-poplu preistoriku aktar kien jaghmel pressjoni fuq ir-rivalita milli jinvesti fi sforz sabiex johloq monumenti ta’ sbuhija jew valur gholi. Huwa mifhum li s socjeta’ preistorika ma kinitx taghti importanza li l-kontroll ikun iccentralizzat imam aktar fuq kompetizzjoni, u ghalhekk rivalita’, fost il-gruppi ta’ komunitajiet li kienet tilhaq il final sal-bini tat-tempji.

It-Tempji

Fil-bidu tar-raba’ millenju qabel il-migja ta’ Kristu, il-popolazzjoni ta’ bejn il-erba’ t’elef u ghaxar t’elef ruh maghmula minn bdiewa bdew jibnu tempji mill gebel b’hafna elaborazzjonijiet fuqhom. Mhux car ghaliex gara dan f’salt wiehed. Jista’ jkun li parti mill-ispjegazzjoni hija li l-kummerc bejn Malta u Sqallija naqas. Minflok, dawn il bdiewa iddedikaw l-isforzi taghhom ghall-bini tat-tempji u mhux li jkomplu jaghmlu l-kummerc bejn iz-zewg gzejjer.

Skond il-arkeologu Germaniz Sybille von Cles-Reden
“ Jidher li l-energija kreattiva taghhom giet ikkoncentrata u iddedikata ghall-esperjenza tal-qima religjuza li tant kienet kbira li tat lok ghall-bini tat-tempji preistorici.”

Anke jekk jigi kkunsidrat dan kollu, wiehed irid jimmagina li l-bini ta’ dawn it-tempji kien jehtieg organizzazjoni u control kbir fuq poplazzjoni zghira sabiex dawn ikunu jistghu jahdmu u jikkoordinaw il hidma taghhom sabiex jibnu strutturi kumplessi ghal perijodi twil ta zmien.

Il-kagun ghaliex it tempji ma nqerdux huwa dovut ghall geologija u l formazzjoni ta’ l-art. Dawn il bennejja preistorici skoprew zewg tipi ta hagar taht il qoxra tal hamrija: faxx tal-qawwi ta’ fuq u faxx tal-gebla ratba aktar l isfel li jinqata’ facilment u li mbaghad jibbies meta jkun mikxuf ghax-xemx.

Dawn it-tempji ghandhom numru ta’ karatteristici komuni bejniethom. Generalment dawn jikkonsistu filli:
1. it-tempji megalitici ta’ Ghawdex huma mibnija fuq art zonqrija, tal-qawwi jew blat tas-samm, aktarx fuq il-gholjiet jew it-truf ta’ l-gholjiet, u jharsu fuq l-oqsma tar-raba’;
2. dawn it-tempji aktarx huma mibnija b’gebel taz-zonqor jew tal-qawwi, migbur mill inhawi tal-qrib ghalkemm blatiet tal franka gew uzati ghall-bibien u dhul iehor tat-Tempju, bhalma huma l-kuriduri ta’ bejn l-aspidi u c-cangar ta’ l-art;
3. it-tempji megalitici m’humiex mibnija fuq l-oghla parti ta’ l-gholja, imam f’sit pjuttost baxx u lejn it-tarf ta’ l-gholja dejjem in-naha tan-nofs inhar;
4. il-bieb tat-tempju jaghti lejn in-nofs inhar jew lejn ix-xlokk u jhares fuq l-oqsma tar-raba’;
5. l-imkejjen imghammra kienu jkoll mibnija fuq art zonqrija;
6. it-tempji li kienu mibnija b’tali mod li kien ikun hemm kuntatt vizwali minn tempju ghall-iehor.

Twemmin u Religjon.

Mill-iskavi tac-Cirku tal-Gebel ta’ Ghawdex gewwa x-Xaghra, wiehed jista jhares lejn iz-zmien preistoriku b’lenti differenti minn kif kien imdorri sa issa. Dan ic-Cirku jikkonsisti f’Ipogew kollettiv jigifieri cimiterju li fih hemm gzuz ta’ igsma mejta. Ic-Cirku huwa maghmul minn diversi kmamar li originarjament kienu gherien jew mhaffra that l-art b’dahla komuni pero’ pompusa. Go fih kien wieqaf gebel kbir (megalitici) u fatturi ta’ riti religjuzi li kienu jsiru taht l-art. Kull kamra setghet intuzat sabiex fiha jindifnu membri ta familja wahda jew dixxendenti ta’ l-istess familja.

Minn dak li gie skavat u studjat jidher li r-riti tad-dfin kienu jitolbu t-tnehhija ta’ ghadam minn dfin li jkun sar qabel sabiex wiehed jaghmel wiesa’ ghal dfin gdid. F’dawn l-oqbra nstabu oggetti ta’ rigali ta’ natura diversi fosthom: fuhhar, mnanar tal-gebel, mharr, u gizirajjen u pendenti ohra maghmula mill-ghadam jew tal-gebel. Dawn l-oggetti kif ukoll l-ghadam tal-mejtin kienu miksija b’mod abbundanti bi trab ta’ lewn ahmar.

Mill-oggetti kollha li nstabu fic-Cirku tal-Gebel ta’ Ghawdex l-aktar li spikkaw kienu disa’ bicciet tal-gebel skolpiti f’forom ta’ idoli. Milli jidher originarjament dawn l-iskulturi kienu mgerwrin go borza jew kaxxa. Tmienja minn dawn id-disa’ jirraprezentaw figure umani, waqt li d-disa’ wahda ghandha ras forma ta’ hanzir. Meta wiehed jikkunsidra l kuntest li fihom instabu dawn l-oggetti jikkonkludi li jaghmlu parti mir-riti kif ipprattikati mix-Xamani.

Lil min jew lil xhiex dawn l-abitanti kienu jaduraw jibqa misteru. Li wiehed jikxef il misteru tat-tempji huwa difficli, peress li l-antenati hallew ftit li xejn tifkiriet hlief ghal xi tinqix fuq il-hagar tat-tempji. Uhud mill-arkelogisti spekulaw illi t-tempji inbnew ghaliex il-gzejjer kienu centru ta’ pellegrinaggi religjuzi jew ta’ kummerc, Ohrajn ippruvaw jaghtu prova mill-lokal ta’ fejn huma mibnija t-tempji.

Ma hemmx xejn x’juri li c-civilta’ kienet wahda li tivvjagga hafna fuq il-bahar. Jidher li l-Ghawdxin u l-Maltin bnew it-tempji nfushom sabiex jaduraw lil alla deskritta bhala il-Mara l-Hoxna. Uhud jiddeskrivuha bhala r-raprezentanta ta’ l-Art Omm jew l-Alla l-Kbira.

Jidher li dawn l-abitanti kienu jissagrifikaw il baqra, in naghga u annimali zghar lil din l-alla. Xbieha ta’ din l-alla mara nstabu gewwa u madwar it-tempji. Hija stramba li x-xbiehat ta’ din l-alla mara huma minghajr ras. Flokha hemm toqba f’ghonqhom li fiha jistghu joqghodu tipi u qisi differenti ta’ rjus. Uhud mill-ispjegazzjonijiet li nghataw ghal dan kien li r-ras setghet kienet ticcaqlaq sabiex titbaxxa bhala twegiba ghal mistoqsija jew jista jkun li whud minn nisa ta’ l-abitanti kienu jpoggu rashom fuq ghonq ix-xbieha tirraprezenta il-qasis mara kbira.

X’wassal ghat-tmiem ta’ din ic-civilta’?

Pero’ lil min jew lil xhiex dawn 1-abitanti kienu jaduraw, waqaf f salt ghal habta tas-sena elfejn u names mija qabel il-migja ta Kristu. Madwar dan iz-zmien dawn 1-abitanti donnhom sparixxew minn fuq wicc il-gzejjer Maltin. Uhud mill-arkeologisti jissuggerixxu li dan kien dovut ghal-leggenda tal-gzira Atlantis. Fatturi setghu kienu 1-mard, invazjoni, guh u inkwiet Inkella seta’ gara ukoll li 1-abitanti ta’ dawn il-gzejjer gew maqtula jew mehuda fl-iskjavitu’ minn invazuri bhalma gralu 1-poplu Ghawdxi fl-1551.

Hafna mill-istudjuzi jindikaw li n-numru kbir tat tempji fil-gzejjer Maltin juru li 1-gzejjer Maltin kienu hafna akbar milli kif wiehed jafhom ilium, Il-kwantitajiet kbar ta’ ilma li c-civilta’ preistorika kien ikollha bzonn ghal htigijiet taghha ta’ kuljum zgur li kienu jigu minn xmajjar u ghadajjar kbar. Il-gzejjer Maltin ghad ghandhom xhieda fl-artijiet taghhom li juru li xi darba kienu jghaddu x-xmajjar minn fuqhom. Ezempju ta’ dan wiehed isibu Wied il-Ghasri u Wied ix-Xlendi. Il-gzejjer Maltin ghaddew ukoll minn zmien fejn parti mill-art cediet u nizlet taht il-bahar. Wiehed facilment jista’ jara dan fil-formazzjoni tas-sisien tal-Qawra tad-Dwejra limiti San Lawrenz kif ukoll fil-katina ta’ sisien li jibdew minn Mgarr ix-Xini, jghaddu minn Ta1 Cenc u jispiccaw fil-port ta’ hdejn il-Gebla tal-General, fid-Dwejra ta’ San Lawrenz.

Il-qarrej ghandu jkun jaf li minn ricerki li saru dawn 1-ahhar jirrizulta li f nofs il-bahar Mediterran darba kien hemm gzira hafna akbar mill-gzejjer Maltin. Din kienet tinsab fin-nofsinhar tal-gzira ta’ Sqallija u fit-tramuntana tal-kontinent Afrikan, Formanti parti minn din il-gzira kien hemm 1-artijiet tal-gzejjer Maltin u 1-gzejjer 1-ohra mxerrda lejn il-punent ta’ l-istess gzejjer Maltin bhalma hija Pantellerija u ohrajn. Din il-gzira kienet impengija minn Ptolemy; studjuz Grieg, li ha 1-informazzjoni dwar il-pozizzjoni taghha mil-librerija ta’ Lixandra, il-belt ta’ 1-Imperu tal-Farawni Egizzjan.Din il-gzira kienet iggib 1-isem ta’ Atlantis.

Pero’ minhabba d-dizastri naturali kbar li ghaddiet minnhom din il-gzira, fosthom 1-gharar u d-dilluvji ta’ 1-ilmijiet, attivita’ vulkanika kontinwa kif ukoll terrimoti, intilfet 1-art ghal taht il-bahar b’mod u manjiera li kulma ghad fadal huma 1-gzejjer Maltin kif narawhom illum kif ukoll il-gzejjer ta’ Pantellerija u ohrajn madwarha.

Aktarx li kienu dawn il-fatturi u c-cirkustanzi li 1-hajja preistorika ma setghetx tiqa’ sostinibbli minkejji 1-izvilupp li ghaddiet minnu sabiex stabilit ruhha sal-bini tat-tempji maestuzi. B’rizultat ta’ dan ic-civilta’ iddghajfet u iddizorganizzat ruhha.
Li jidher cert hu li dan il-poplu kien sostitwit minn tliet kurrenti separati ta’ immigranti min-naha ta’ fuq tal-Mediterran. Li wiehed ighid li dawn il-kurrenti ta’ immigranti kienux responsabbli ghall-qirda tal-poplu preistoriku jew sabux il-gzejjer dezerti wiehed qatt ma jista’ jghid.

Xhieda ta’ dan inqerdet ghaliex it-tempji qatt ma kienu protetti kemm mill-elementi naturali kif ukoll min-nuqqas ta’ apprezzament mill-poplu Malti matul dawn is-sekli shah

© Copyright Xaghra.com – News - Theme by Pexeto