Il-Fugass


Kitba tas-Sur Raymond Mifsud

Il-Kavallieri u l-Gzejjer Maltin

Il-Kavallieri ta l-Ordni ta’ San Gwann ta’ Gerusalem, Rhodi u Malta, kienu maghrufa mhux biss bhala hospitallieri, ghax kienu jduru bil-morda fl-isptarijiet f Gerusalem, kif ukoll bil-pellegrini fi zmien il-Krucjati fis-Sekli XI u XII, izda wkoll bhala gellieda qalbiena kontra l-Mislem. Kienu maghrufa ukoll bhala nginiera mill-aqwa, u dan jixhdu 1-bini kollu kbir, sabih u arkitettoniku bhall-bereg, palazzi, knejjes, sptarijiet, akwadotti ghall-garr tal-ilma, kif ukoll gibjuni ghall-hazna tal-ilma. Izda huma kienu 1-aktar maghrufa, ghall-bini ta’ wirt storiku ta’ valur kbir, fosthom is-swar li l-gzejjer taghna huma maghrufa ghalihom mal-barranin li jzuruna. Dawn generalment inbnew bhala difiza fis-seklu 16. Fil-bidu tas-seklu 18, bdew jibnu diversi batteriji, truncieri, ridotti u fugassi. Li nafu hu li mit-28 Gran Mastru li kellha Malta, kollha b’min xi mod u iehor, hallew xi struttura-binja li tfakkar isimhom. Anke il-Gran Mastru ta’ Malta, Raymond Perellos (1697-1720) li dam ghal 23 sena jmexxi dan l-ordni militari hekk kbir, jibqa’ maghruf fost l-ohrajn ghall-arazzi li gab mill-Belgju u li sal-gurnata tallum ghadhom izejjnu 1-Konkatidral ta’ San Gwann, kif ukoll is-Sala tal-Arazzi fil-Palazz il-Belt. Dan il-Gran Mastru fl-1715 ikkummissjona rapport fejn l-ordni ddecieda u accetta u implimenta pjan gdid ta’ difiza ghall-kosta, u li l-fugass gie inkluz bhala arma gdida u moderna ta’ difiza ghal dak iz-zmien. Hawnhekk wiehed jigbed konkluzzjoni li sa dik is-sena 1715 il-fugass ma kienx biss inventat, imma fuq kollox implimentat, ghall-anqas kien gie eskavat, maqtugh fil-blat, ittestjat u fuq kollox approvat biex jibda jintuza. Hekk il-Kavallieri kienu vvintaw xi haga gdida u straordinarja, li kienet taghhom kompletament, xi haga li d-dinja kollha kienet ghadha ma tafx bihom.

X’inhu l-Fugass?

Bazikament 48 fugass kien mahsub li jigu mhaffra fil-blat matul il-kosta ta’ Malta, f post li l-gebel tal-fugass jaqa’ fid-dahliet tal-bajjiet. Wiehed ma jridx jimmagina li l-fugass ma kienx ser ihalli li jsir xi zbark fil-bajjiet, izda certament b’dawk id-dghajjes tal-ghadu f numru kbir mhaxxkna ma’ xulxin, fid-dhul tal-bajjiet Ramlin, il-gebel li kien jinzel mill-gholi b’sahha kbira, kien johloq feriment u dizordni kbira lill-ghadu. Il-Fugass kien speci ta’ kanun maqtugh fil-blat. Hija nvenzjoni tremenda, tant li sahansitra 1-istoriku Ghawdxi, Gian Piet Aguis de Soldanis, jistqarr li dawn il-fugassi gew inventati mill-Inginier Taljan, Marandon fl-1740. Frangisk Marandon gie Malta f Jannar tal-1727, bhala t-tieni inginier tal-Ordni, flok Charles Francois de Montdion, u mal-mewt ta’ De Montdion f Dicembru tal-1743, lahaq l-ingenier ewlieni u residenti tal-Ordni. Izda kif diga rajna, sas-sena 1715, il-Fugass kien diga nventat, snin qabel ma gie f’Malta.

X’forma kien mibni l-Fugass?

Dan il-fugass kien kanun kbir madwar 6 piedi wiesgha u 15-il pied fond, maqtugh fil-blat. Kien ikun forma ta’ lenbut. Kien ivarja fid-daqs. Dan kien jimtela bil-gebel kbir fil-qiegh tieghu, u bil-gebel zghir fil-wicc tieghu. Qabel ma kien jintuza l-fugass kien jitnaddaf, kien jitnizzel fih oggett mimli porvli fil-post riservat fil-fugass, li kienet ta’ dijametru ta’ 30 pulzier u 15-il pulzier fonda, li wara kienet tigi ssiggillata’ b’ghatu tqil ta’ 1-injam, ta’ 8 pulzieri hxuna. Imhaffra mill-genb tax-xellug kien ikun fiha kanal, biex titpogga nicca li kienet tkun qisha ‘pipe’ twil u rqiq, maghmul minn craret mimlijin bil-porvli. Din kienet testendi minn fejn ikun hemm il-porvli, fil-bazi tieghu ghal halq tal-fugass, fejn hemmhekk bhal kienet titpogga wkoll sulfarina, halli s-suldat li jqabbad in-nicca, ikollu zmien bizzejjed li jirtira minn fuq il-post, qabel man-nar jasal fejn hemm il-porvli fil-fugass.

Kif diga ktibt il-fugassi kienu jithaffru qrib hafna u possibilment fix-xtajta, u xi drabi f’pari, jippuntaw lejn id-direzzjoni tar-rotta jew f territorju fejn ser isir l-izbark. L-ghan taghhom kif diga spjegajt, kien li jitfghu xita ta’ gebel fl-gholi, ghal fuq id-dghajjes tal-ghadu, bl-intenzjoni li joqtlu u jeqirdu d-dghajjes, b’ tali mod li l-gebel jinzlu preciz fuq l-objettiv. Meta ma kienx jirnexxilhom, kien mehtieg siegha ohra biex jerga’ jimtela mill-gdid. Ghalhekk ghall-Kavallieri l-ottimizmu taghhom ma kellux fruntieri, “anke jekk forsi mmissjaw l-ghan taghhom”, kiteb Boisgelin, “ghax dawn il-fugassi holqu biza’ kbir, u t-tieni attentat seta’ kellu izjed success.”

Kemm-il Fugass inbnew f Ghawdex?

Hawn Ghawdex inbnew 12-il fugass b’ kollox. Thaffer wiehed fix-Xatt l-Ahmar taht it-Tom Garzes. Dan it-torri nbena mill-flus tal-Granmastru Martin Garzes, li dam Granmastru bejn 1-1595-1601, u nbena jhares ghal fuq il-port tal-Imgarr. Dan it-torri nhatt fi zmien l-Inglizi fis-sena 1858, meta 1-Gvernatur ta’ Malta, kien Sir John Gaspart Le Marchand. Dan hattu gebla gebla u permezz tal-gebel tieghu bena triq gdida li twasslek mill-Imgarr ghall-Qala u n-Nadur, jew kif inhi msemmija Triq Sant’ Antnin, Ghajnsielem. Thaffer iehor hdejn il-blata l-bajda ukoll fil-port tal-Imgarr qrib hafna taz-Zewwieqa. Kien hemm tnejn ohra fuq ir-Rih ta’ Hondoq ir-Rummien fuq is-sies li jissejjah bhala “Tal-Ghassa”. Imhaffra u mqatta’ fi blat zonqor dawk iz-zewg fugassi kieku l-aqwa tnejn li wiehed isib f Malta u f Ghawdex. Ta’ min ighid li dawn sfaw imfarrka meta fl-1972, l-arja kollha tal-blat kienet qed tigi maqtugha f barriera ghall-gebel sabih tas-samm taghhom li kien mehtieg ghall-progett tal-breakwater tal-Imgarr. Fugass iehor kien imhaffer fuq il-blat mkisser tal-Gebel tal-Halfa fil-Qala. Tlett fugassi ohra kienu fil-Qala, fil-Ponta tat-Torri.

Eventwalment ghandna dak fil-Bajja tar-Ramla l-Hamra li dwaru qeghdin niktbu. Dan gie mhaffer fi blata kbira li tinsab fit-tarf tax-xtajta, madwar 70 yarda boghod fil-Lvant tal-bajja. Hemm iehor fil-bajja ta’ Marsalforn, li nstab mill-gdid fl-1989, madwar 70 yarda boghod mill-bajja fil-Punent tal-bajja. Il-halq tieghu tal-fugass illum jinsab mirdum taht it-triq li ggib l-isem Triq Santa Marija, waqt li l-bqija tieghu jinsab mohbi wara stabiliment tan-negozju li nbena ricentement. Ta interess f dan il-fugass hu, li wiehed isib cirkijiet mizbughin bl-ahmar li forsi kienu jindikaw kemm jitpogga gebel u maskal, skond it-target tad-distanza.

Intuza xi darba l-Fugass?

L-ebda fugass minn dawk imferrxa mal-kosta Ghawdxija ma ntuza kontra l-invazjoni Franciza, li sehhet fl-10 ta’ Gunju 1798. Forsi minhabba li 1-flotta kienet kbira hafna. Difatti 1-flotta Franciza kienet maghmula minn 13-il bastiment, 18-il frejgata u 400 bastiment zghir. Jirrakonta Felice Cutajar fid-djarju tieghu, li tant il-flotta Franciza kienet kbira, li x-xwieni taghha mlew il-bahar kollu minn Ghawdex sal-port ta’ Marsaxlokk.

Imbaghad mal-migja ta’ l-Inglizi f Malta, ntuza wiehed bi prova, u bhala esperiment. Il-fugassi li ntuzaw kienu dawk fil-bajjiet ta’ San Giljan u San Gorg. Dan sehh fl-24 ta’ Frar 1802. Dan intuza b’kurzita wara li l-Inglizi semmghu b’ din 1-ispeci gdida ta’ artillerija. Dan hu rrakkontat minn artiklu li deher fl-“Artillery…Egypt”, fl-1801, u miktub mill-General Hawson.

Min jaf kemm il-darba morna nghumu fil-bajja tar-Ramla, ghaddejna minn quddiem il-fugass bla ma biss intbahna bil-valur storiku ta’ dan il-post. Hekk issa sirna nafu li dan kien mezz iehor ta’ difiza fil-bajja tar-Ramla biex missirijietna jiddefendu lilhom infushom mill-furbani, mill-kursari, mit-Torok u mill-pirati tal-bahar, li kull tant zmien kienu jizbarkaw fil-bajja tar-Ramla, jfarrku, jisirqu, jaharqu u fuq kollox, jiehdu lill-eghziez missirijietna fit-tbatija tal-ezilju.

© Copyright Xaghra.com – News