Il-Bajja tar-Ramla


Meta wiehed isemmi r-Ramla l-Hamra generalment ikun qed jirreferi ghal dik il-bajja bir-ramel kulur id-deheb. Izda zgur ftit jafu, l-aktar il-poplu tax-Xaghra, li dan hu l-uniku post fil-gzejjer Maltin fejn wiehed isib postijiet u affarijiet ambjentali, postijiet arkeologici, u sahansitra postijiet storici proprju fil-hajja u fix-xtajta taghha.

Hekk kif wiehed jibda jaqra dan l-artiklu, bla dubju tigih il-mistoqsija, fejn u x’tip ta’ postijiet hemm fir-Ramla minbarra r-ramel dehbi li bih ir-Ramla l-Hamra hija maghrufa mhux biss min-nies taghna tal-lokal izda anke mit-turisti li jzuruna fis-sajf.

Hlejjaq Ambjentali

Qrib il-bajja, wiehed jiitaqa’ ma’ sigar tal-bruk. Dawn is-sigar jissaportu n-nixfa u I-imluha. L-gheruq taghhom jixorbu l-melh u biex is-sigra tehles minnu, tarmieh mill-weraq fejn jinfhall fin-nida ta’ bil-lejl u jqattar ghal ma’ l-art. Ir-Ramla hi wahda mill-aktar postijiet importanti f’pajjizna ghax insibu fiha ambjent uniku, dak ta’ l-Gharam Ramel, li bl-Ingliz jissejjah Sand Dunes. Dan it-tip ta’ ambjent prattikament gheb minn fuq wicc il-gzejjer taghna, minhabba l-izvilupp tax-xtajtiet ramlin. Dawn kienu l-Ghadira, l-Armier, ir-Ramla tat-Torri u r-Ramla tal-Bir, li nqerdu ghal kollox.

Dawn il-bajjiet jinsabu f’Malta. L-gharam tar-ramel jikkonsisti f’gholjiet zghar tar-ramel li huma mizmumin milli jtiru bir-rih jew jingarru bix-xita permezz ta’ l-gheruq ta’ pjanti specjalment li mhux talli kapaci jitkattru fir-ramel, izda jissaportu l-imluha wkoll. Dawn l-gholjiet zghar tar-ramel jinstabu wara l-istatwa f’nofs il-bajja.

Insibu pjanti tipici bhall-Pankrazju, li jaghmel ward kbir abjad u jiftah matul is-sajf. ll-weraq tieghu huma tawwalin, qishom zigarella u jitghawgu bhal trabuxu. Bosta pjanti li nqerdu f’Malta illum jinsabu f’din il-bajja biss, fosthom it-Tenghud tar-Ramel, il-Busbies Xewwieki tar-Ramel u z-Zunnarija tar-Ramel. Niltaqghu wkoll ma’ l-ahjar popolazzjoni tal-bardi tar-Ramel u l-Kubrita Nana. Mill-annimali rari, il-post m’huwiex nieqes. B’hekk insibu bl-iktar numru lill-Bebbuxu tar-Ramel, hlejqa li kwazi ghebet ghal kollox. Erba’ speci ta’ znazan, hames speci ta’ hanfus, speci ta’ nemel u speci ta’ bahrija (li tiekol il-Pankrazju) jghammru biss f’dan il-lok.

FI-Gharam jaghmel il-bejta tieghu I-Grillu tar-Ramel li wkoll jinstab hawn biss fl-Ewropa kollha. Xorti hazina messet lill-Qassab tar-Ramel, li nqered kompletament mill-gzejjer Maltin. Tfixkil fl-ambjent tar-Ramla matul is-snin wassal biex il-fekruna tal-bahar ma tbidx aktar hemm. Sal-biduta’dan is-seklu, ir-Ramla l-Hamra kienet darba lokal fejn kienet tbid il-Fekruna tal-Mediterran. Hija hasra li m’ghandna ebda pjanijet biex nergghu nintroducu ghal darba ohra dawn il-fkieren. M’hemm l-ebda dubju li t-telfa ta’ dan il-lokal ta’ trawwim tal-fkieren hija telfa mhux ghalina biss, izda ghall-Mediterran kollu.

Karatteristika ohra hi li r-Ramla l-Hamra hija wahda mill-ftit xtajtiet fil-Mediterran fejn it-tafal ma jibqax niezel sa xifer l-ilma. Wiehed jista’ jinnota li l-irdum tat-tafal jibqa’ niezel sa xifer l-ilma. Wiehed jista’ jinnota l-irdum tat-tfal in-naha tax-Xaghra. Raguni ohra morfologika ‘I ghaliex ghandha tigi mharsa din il-bajja.

Postijiet arkeologici fir-Ramla

Zgur li hadd ma jimmagina li ser isib xi post forma ta’ abitazzjoni fir-Ramla l-Hamra. Din ma kinitx semplici kamra izda Villa lussuza. Izda qabel ma nikteb dwar il-Villa Rumana, nixtieq insemmi li fuq l-lrdum in-naha tan-Nadur, wiehed jara fetha kbira u spazjuza ta’ ghar imhaffer fil-blat, li jissemma bnala l-Mixta, li minn studju u oggetti li nstabu, jindikaw li f’dak l-ghar ghexet komunita li kienet tissejjah (Troglodithic), bil-Malti Trogloditi li ghiexet 6,000 sena qabel Kristu.

In-naha tax-Xaghra qrib hafna tax-xtajta, ir-Rumani li hakmu IiI dawn il-gzejjer bnew villa kbira ta’ 19-il kamra b’kollox. Giet eskavata u mikxufa mill-arkeologu maghruf Malti ta’ dan is-seklu, Sir Temi Zammit, li kixifha bejn l-1910-1911. Minhabba s-serq ta’ oggetti ta’ l-irham u tal-fuhhar, u minhabba l-poplu li ma kienx japprezza dan it-tezor arkeologiku u storiku, l-istess Temi Zammit rega’ radam kollox mill-gdid taht ir-ramel fejn ghadha hemm sal-lum, tiftakar mhux Ghawdxin, izda r-Rumani sinjuri li ghexu fiha f’dan is-seher naturali kbir.
Postijiet Storici fir-Ramla

FI-1715 gie Ghawdex il-Balliju Fra Sradano Gerundi u l-Gran Prijur ta’ Franza, il-Princep ta’ Vendosme biex isahhu l-fortifikazzjoni, u jinbnew ohrajn godda madwar ix-xtut t’Ghawdex, fosthom ir-Ramla l-Hamra. Minhabba li t-Torok u l-furbani u l-pirati (hallelin tal-bahar) kienu ta’ spiss jizbarkaw fix-xtut taghna bix-Xambetti taghhom biex jisirqu u jiehdu lin-nies taghna fl-ezilju, il-Kavallieri ta’ San Gwann, li hakmu dawn il-gzejjer mill-1530 sa I-1798 (286 sena b’kollox), fl-1723 bnew hajt tal-gebel fil-bajja min-naha tax-Xaghra ghax xaqliba I-ohra tan-Nadur, halli malli x-xwieni kienu joqorbu biex jizbarkaw, kienu jhokku mal-hajt li kien taht I-ilma. Bnew Fougasse li kien kanun imhaffer fil-blat, li qieghed in-naha tan-Nadur.

Dan kien jimla l-ajru bil-gebel u jkisser ix-xwieni ta’ l-ghadu. Bejn 1-1720-1750, il-Kavallieri kienu bnew hajt ta’ difiza halli s-suldati jisparaw minn fuq ir-ramel, kien hemm Ridott li kien fortin zghir fejn kien ikun hemm is-suldati ghassa. Ma’ dawn, il-Kavallieri bnew ukoll zewg batteriji, wahda n-naha tan-Nadur f l-1750, li kienet mghammra b’6 kanuni, u li ma baqa’ xejn minnha, u ohra n-naha tax-Xaghra mibnija fl-1733, u kien fiha 5 kanuni, u kienet tissejjah il-Batterija Belancourt.

Kull ma baqa’ minn din it-trunciera hu erba’ filati fuq dik I-gholja zghira n-nahata x-Xaghra, li sfortunatament il-kavallieri bnew-ha parti fuq il-Villa Rumana. Zgur li nbniet mhux bi skandlu, izda l-kelma arkeologija dak iz-zmien kienet ghadha mhix fil-Vokabolarju Malti.

L-lstatwa fil-Bajja

L-istatwa li hemm fil-bajja fuq pedestall gholi, hi ddedi-katalill-Madonna ta’ l-lsperanza. Waqqafha Ganni Gauci mix-Xaghra. Dan kien fis-sena 1881. Ganni Gauci kien l-ahhar “Polizia Marinare”; dan kien jaghmel ghassa proprja mit-Trunciera Belancourt, li kienet in-naha tax-Xaghra. It-trunciera serviet ta’ ghassa fi zmien l-lnglizi. zgur li l-lstatwa li Ganni Gauci waqqaf kienet ta’ tama mhux biss ghalih, f’dak is-seher ta’ fil-ghodu, izda wkoll fil-hemda tal-lejl, li kien jinkiser bil-hsejjes ta’ xi vapur li jghaddi fil-qrib.

Sa 1-1936, jigifieri 55 sena wara li tqieghdet l-istatwa, kien jiehu hsiebha certu Toni Bartolo, imlaqqam tan-Nanas, li staqsa lil Mikiel Ang Apap, ilium Monsinjur, li minn ckunitu wera li l-arti ser tkun il-linja tieghu, accetta biex kull tant zmien jizbogh l-istatwa.

Fis-sena 1965 Mons. Apap sab li l-istatwa kienet fi stat hazin hafna. Huwa kellem lil Cikku Gauci ta’ Pietru, iben Ganni li kien il-polizia tar-Ramla. Cikku, li fl-irvell tal-Maltin kontra l-lnglizija’ 1-1919 kien il-Belt Valletta, fi triqtu lejn l-Amerika, gie mistoqsi jekk riedx jaghmel statwa ohra halli I-opra ta’ missieru ma tinqeridx. Hu accetta u Mons.Apap ghamel abbozz u l-istatwa nhadmet fil-konkrit mill-istatwarju Ghawdxi Wistin Camilleri, u giet imbierka mill-lsqof t’Ghawdex Mons. Guzeppi Pace. L-istatwa qamet £40 u tpoggiet nhar il-Hadd 24 ta’ April 1966, bl-ghajnuna ta’ bosta, specjalment tal-Familja Liberal Zammit. Xi haga interessanti dwar din l-istatwa li l-poplu tax-Xaghra ma jafx biha hi li l-gebel tal-pedestall gholi tagha hu fdalijiet tar-Ridott, li kien fortin zghir, li minn go fih kienu jisparaw is-suldati, li kien ezatt fejn hemm l-istatwa illum. Tghid min hattu? Tghid kien jaf x’valur storiku kien fih?

Folklor u Tradlzzjoni

Generalment meta wiehed isemmi bajja, f’mohhu jahseb ghawm, jew sport assocjat mal-bahar. Anke dan issibu fil-hajja tar-Ramla, izda minbarra dan, fl-istess bajja wiehed seta’ jinnota li l-folklor u t-tradizzjonijiet taghna l-Ghawdxin, li tant ahna maghrufa ghalih, li sfortunatament qed jispiccaw bil-mod il-mod fid-dinja mghaggla tal-lum.
Niftakar meta kont zghir, ommi kienet tehodna l-bahar u waqt li konna nghumu kienet tahsel ix-xkejjer tas-suf tan-naghag fl-ilma baxx tal-bajja. Drawwa ohra folkloristika li nqatghet maz-zmien hi li l-irgiel kienu jinzlu bil-btiehi vojta ta’ l-inbid, jimlewhom bl-ilma bahar, ihallu l-btieti fuq ir-ramel, sabiex l-injam taghhom jismen.

Post ta’ Refugju

Izda wiehed jistaqsi kif il-bajja tista’ sservi bhala refugju, iktar milli wiehed jista’ jimtedd fuq ir-ramel sabiex jixxemmex. Metal-lnglizi hadu l-gzejjer Maltin, wara l-hakma qasira tal-Francizi, li damu biss sentejn (1798 -1800), b’talba tal-Maltin l-lnglizi gew fl-1800. Izda ufficjalment hadu l-gzejjer Maltin taht il-Kuruna Brittanika fl-20 ta’ Mejju 1814 permezz ta’ Trattat ta’ Parigi.

FI-1813 hakmet il-pesta b’mod ahrax hafna lil Malta, fejn halliet mijiet ta’ vittmi. Il-pesta hakmet f ‘Ghawdex lir-rahal tax-Xaghra biss. Hakmet b’mod . ahrax bejn is-17 ta’ Marzu u s-26 ta’ Lulju 1814, u halliet 104 vittmi, fosthom il-Kappillan Dun Vincenz Cauchi, li dan serva lill-Parrocca tax-Xaghra ghal 54 sena, l-iktar kappillan li dam iservi. Dun Vincenz miet fis-27 ta’April 1814.

Bejn Lulju u Settembru ta’ l-istess sena, meta l-pesta bdiett batti xi flit mir-rahal, il-vittmi (l-infettati) li kienu jorqdu fit-tined taht is-sies ta’ Ghajn Lukin, l-lnglizi taw ordni biex l-istess infettati jittiehdu f ‘kampijiet imferrxa fuq ir-ramei tal-bajja tar-Ramla halli jkunu jistghu jinzlu ta’ spiss fl-ilma bahar. Li kieku l-lnglizi ma hadux il-prekawzjonijiet mehtiega
u ccirkondaw lir-rahal tax-Xaghra taht kura kontinwa, zgur li l-pesta kienet tinfirex f’zoni ohra f’Gnawdex, fejn kienu jmutu aktar nies.

(Raymond Mifsud)

(1) Ix-Xaghra, Vol. 7 wo 23. 1988.
(2) L-Ghejjun wo 2. Lulju-Settembru 1989.
(3) It-Torca 9 ta’Lulju 1995.
(5) Il-Mument 18 ta’Frar 1996.
(5) Times 15 ta’Gunju 1997.
(6) Orizzont 25 ta’Awissu 1997.

© Copyright Xaghra.com – News - Theme by Pexeto