Ic-Cirku ta’ Brocktorff


Il-kelma “Brocktorff” bhalissa qed tissemma ferm fomm in-nies u l- mezzi l-ohra tax-xandir, izda zgur li mhux il-poplu kollu tax-Xaghra, u l-Maltin u l-Ghawdxin fil-maggoranza taghhom, ma jafu xi tfisser u x’konessjoni ghandha dil-kelma mar -rahal tax-Xaghra, li hu ghani fl-arkeologija, li tmur lura eluf ta’ snin.

Il-pittur Franciz ta’ zmien ir-Re franciz Luigi XVI, Jean Pierre Louis Houel, li ghex bejn (1735-1813) hu mahsub li huwa l-ewwel artist li ndika l-postijiet megalitici tal-gzejjer Maltin. Difatti fl-1775 huwa ndika dan is-sit arkeologiku gdid fix-Xaghra. Imbaghad fl-1778 huwa pitter b’ezattezza kbira s-siti arkeologici tal-gzejjer Maltin, u ppubblikahom fl-1782-1787 f’erba’ volumi bl-isem ta’ “The Voyage Pittoresque”. Il-Kzarima Katerina II tar-Russja, xtrat l-original u l-lum jinsabu fil-muzew tal-‘Heritage’ fir-Russja stess.

Dak li pitter u kiteb il-pittur Houel, jibqa’ s-sors principali ta’ dokumentazzjoni ta’ struttura (bini megalitici) ta’ Ghawdex, li jinkludi wkoll ‘The Xaghra Stone Circle’.

Ghal min ma jafx, il-Brocktorff Circle, hu l-isem ta’ Charles Frederick Brocktorff, li kien artist Germaniz, li gie min Schlesurg- Hoestein, u li wara ssetilja Malta, difatti bosta jgharfuh bhala artist Malti, ghamel incizjonijiet bil-water colours, li juru fid-dettal tas-sit arkeologiku kbir li ghadu kif gie skavat, u ser ikun hemm izjed xoghol ta’ skavar fuqu, li jinsab fi Triq ta’ Hamet, Xaghra Ghawdex. Uhud mill-abbozzi ta’ pittura u ncizjonijiet tieghu, l-lum jinsabu fil-librerija Nazzjonali ta’ Malta, u fil-Muzew ta’ l-arkeologija fil-Belt Valletta.

Dan il-pittur pitter is-sit arkeologiku fil-bidu tas-seklu sbatax, ezattament mal-migja ta’ l-Inglizi f’Malta. Ghalhekk is-sit jissejjah ghalih ghax hu ndikah. Huwa ghajb li ma’ hemmx mafkar jew triq imsemmija ghalih fix-Xaghra, ghax bis-sejba tieghu kompla gholla l-isem tax-Xaghra, u permezz t’hekk ix-Xaghra tkun mhux biss fuq il-mappa geografika, izda fuq il-mappa tal-Wirt Dinji bhal Egittu u bosta pajjizi ohra. Is-sit jinsab ma’ genb it-tempju l-iehor megalitiku msejjah ta’ “Ghejzu”, li l-lum jinsab imgarraf minhabba traskuragni u negligenza mill-awtoritajiet kompetenti, u jinsab ukoll tefgha ta’ gebla boghod mit-Tempju tal-Ggantija. Mill-iskavar li sar s’issa sar maghruf li dan is-sit kien cimiterju Preistoriku.

Kien il-Kulunell John Otto Bayer, li kien gvernatur Ingliz ghal Ghawdex, u li bejn l-1820-1829, skava u kixef it-Tempji tal-Ggantija. Wara beda jiskava dan is-sit li jigi ferm qrib il-Ggantija, izda bdiewa li kellhom ir-raba fil-qrib, sfortunatament ma’ kienux japprezzaw il-wirt arkeologiku, u anke l-lum ghad ghandna nies anke mix-Xaghra li ma’ japprezzawx dal-patrimonju dinji, u dawn il-bdiewa fis-semplicita’ taghhom, ma hallewx lill-Kulunell ikompli jiskava, anzi kissru l-gebel kbir li kien jifforma dac-cirku. Difatti l-hofra kbira li Bayer lahaq haffer, l-istess bdiewa regghu mlewha bil-mazmal u gebel iehor, u s-sit gie moghti lura ghall-agrikoltura. L-istess gralu t-tempju ta’ “Ghejzu”, dan safa mkisser mhux min bidwi tas-seklu l-iehor, izda min-nies civilizzati tas-seklu ghoxrin. Kien ukoll f’dan l-istadju li Brocktorff ghamel dawn l-incizjonijiet imprezzabbli li baqghu fuq l-ixkaffa ghal bosta snin u hadd ma’ ta kazhom.

Kellu jkun is-Sur Joe Attard Tabone, iben ix-Xaghra, ex-Spettur tal-Pulizija, li bhali ghandu hafna ghal qalbu l-wirt storiku u arkeologiku tax-Xaghra, li ha inizzjattiva meta ta tahdita pubblika fl-1965, u li t-“Times of Malta” tat-30/11/1965 taghtu mportanza kbira, biex jigi skavat kif fil-fatt gara. Izda ghalfejn kellhom ighaddu 20 sena wara ezattament bejn 1988-1990, biex jibda l-iskavar meta fix-Xaghra kellna bosta politici, tobba, avukati u anke surmastrijiet kemm ta’ l-iskola kif ukoll tal-muzika. Ringrazzjament imur ghad-Dipartiment tal-Muzew li f’Gunju tal-1987, b’team ta’ Maltin u Inglizi li b’direzzjoni ta’ Profs. Anthony Bonanno, Dr Caroline Malone, Dr Simon Stoddart u Dr David Trump, b’kollaborazzjoni mal-Fakulta tal-Arkeologija ta’ l-Universitac ta’ Malta, flimkien ma’ l-universitajiet ta’ Cambridge, Edinburgh u Bristol, baghtu arkeologisti Inglizi, li bil-pacenzja u r-rieda u bit-tfarfir tal-pinzell (u mhux bid-daqqiet tal-gaffa) skavaw sit uniku mhux biss f’Ghawdex, Malta u l-Mediterran, izda fid-dinja.

Ghandna nkunu grati wkoll lejn is-Sur Joe Attard Tabone, ghax hu sab is-sit uniku, li kien cimiterju preistoriku. B’din is-sejba, Joe Attard Tabone se jibqa’ maghruf u jkun benefattur kbir li ghamel gieh lix-Xaghra u jitnizzel mal-lista ta’ nies maghrufa bhal Lawrent Rapa (kittieb) li ghamlu unur lix-Xaghra. Nikkwota silta mill-kitba ta’ Dr Giovanni Bonello LL.D. mill-artiklu tieghu “The Gozo Megalithic Sites” pagna 19 li deher fuq il-ktieb ippublikat mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti, ighid hekk dwar is-Sur Joe Attard Tabone, “I have to thank Mr Joe Attard Tabone whose research contributed so conclusively to the re-discovery of the site of the Xaghra Stone Circle, for his assistance with the illustration and some information.” F’kelma wahda Dr. Giovanni Bonello jistqarr li l-mohh wara s-sejba mill-gdid ta’ dan is-sit mhu hadd hlief is-Sur Joe Attard Tabone.

Napella lid-Dipartiment tal-Muzew biex ikompli jiskava l-ghar ta’ “Ghejzu”, jiskava wkoll it-tempji megalitici f’Santa Verna fix-Xaghra wkoll, kif ukoll il-fdalijiet preistorici fuq l-gholja tan-Nuffara u anke l-Villa Rumana u l-passagg Ruman li jwassal ghaliha u li bhalissa jinsab mirdum,fil-bajja tar-Ramla il-Hamra.

Ringrazzjament imur lil Ministru ghal Ghawdex Anton Tabone, u l-Ministru Michael Refalo, li taw appogg kontinwu biex isir dan l-iskavar. B’hekk inkunu kburin bil-patrimonju li l-gzira taghna hi ghanja hafna fl-istorja u l-arkeologija u kull min izur dan is-sit fi Triq Hamet, ghandu jistqarr l-istess kliem li d-Direttur tal-Unesco Federico Mayor meta qal, “Li Ghawdex ghandu jkun wirt Dinji”.

Raymond Mifsud.

© Copyright Xaghra.com – News - Theme by Pexeto