Postijiet Storici


Ic-Cirku ta’ Brocktorrf

Dan il-post jinsab fl-oghla parti tar-rahal tax-Xaghra. Kien uzat bhala cimiterju madwar is-sena 4000 QK minn dawk in-nies li gew f’Malta u Ghawdex ghal dik il-habta u li ghall-habta tas-sena 3600 QK fasslu t-tempji megalitici (binjiet maghmula minn gebel kbir) bhalma huma dawk tal-Ggantija.

Dawk in-nies kienu l-ewwel fil-gzejjer Maltin li bdew jidfnu f’oqbra migbura hdejn xulxin bhal dawk li nstabu fuq ix-xaqliba tal-Mithna ta’ Kola fl-1972. Ghall-bidu kien hemm ghar naturali fil-post li llum jissejjah “Ix-Xaghra l-Kbira” u meta dawn l-istess nies bnew il-Ggantija, bdew juzaw dan il-ghar bhala cimiterju. Minhabba li l-blat ma kienx tant iebes, huwa seta’ jitkabbar skond il-htigijiet tan-nies. Ghalhekk, ghall-habta ta’ bejn is-sena 3000 u l-2500 QK, l-ghar kiber mhux hazin. Kien jintuza b’cimiterju taht l-art u ghalhekk saru fih dekorazzjonijiet b’gebel kbir tal-franka bhal speci ta’ artali u kellhom jingarru fuq rombli tal-gebel (dakinhar ir-roti kienu ghadhom ma jafux bihom) minn xi seba’ kilometri ‘l boghod, aktarx mix-Xewkija.

Dan il-post kienu jafu bih fis-seklu tmintax u hafna vizitaturi barranin li kienu jigu jaraw il-Ggantija kienu jmorru jaraw ukoll dan il-post li kien imdawwar b’gebel kbir. Ghall-habta tas-sena 1820, il-gvern f’Ghawdex kien immexxi mill-Kurunell John Otto Bayer. Wara li bejn l-1920 u l-1929 naddaf il-Ggantija minn materjal u gebel li kien ingabar fiha matul sekli shah, dan dar ghac-cirku u beda jhaffer f’nofsu. Meta sid il-ghalqa ntebah b’dan, haseb li kien hemm xi tezor u ghalhekk waqqaf lil Otto Bayer mix-xoghol ta’ thaffir biex ikompli hu. Izda meta sab li ma kien hemm xejn, ghatta t-toqba, kisser il-gebel kbir tac-cirku u bih bena maqjel fil-qrib, u l-ghalqa wittiha u hawwilha bis-sigar. Minhabba f’hekk, ma kien ghad fadal l-ebda hjiel li xi darba kien jezisti dan ic-cimiterju mdawwar b’cirku ta’ gebel kbir. Madankollu, il-pittur Charles Frederick Brocktorrf hallielna akwarelli (pittura bil-watercolours) ta’ dan il-post meta kien qed jigi skavat minn John Otto Bayer. Ghal din ir-raguni, ic-Cirku baqa’ jissejjah bhala “Ta’ Brocktorrf”. F’Ottubru 1965, waqt lecture fil-Belt Valletta, is-Sur Guze’ Attard Tabone (mix-Xaghra) indika li wara l-istudju li kien ghamel hu, sab il-post ezatt fejn kien jinsab dan ic-cirku.

Meta bejn l-1987 u l-1995 saru l-iskavi f’dan il-post, instabu hafna bicciet ta’ ghadam tan-nies li migburin flimkien jaghmlu madwar elf persuna. Maghhom instabu wkoll kwantita’ kbira ta’ fuhhar u numru ta’ statwetti, l-isbah wahda fosthom kienet tirraprezenta zewg figuri lebsin dublett bil-piegi.

It-Tempji ta’ Santa Verna

Minn Ghajn Lukin, jekk wiehed jimxi ma’ passagg fir-raba’, jasal f’post li jismu Santa Verna. Santa Verna huwa wkoll tempju neolitiku li nstab fl-1911 u gie mikxuf sewwa fl-1912. Illum kull ma jidher minnu hu xi blokki kbar tal-gebel ghax biz-zmien rega’ gie mghotti bit-terrapien. L-isem Santa Verna gej minn kappella antika li kien hemm wieqfa f’dak il-post. L-isem propja tal-qaddisa huwa Santa Venera, vergni u martri. F’Malta, hemm parrocca iddedikata lilha u l-festa liturgika taghha tigi ccelebrata kull sena nhar is-27 ta’ Lulju.

Fost l-oggetti li nstabu f’dan il-post u li huma sbieh hafna nsibu znied, zibeg, skieken u borom li huma tas-sena 3400 QK u li fl-ebda post iehor f’Malta u Ghawdex ma nstabu bhalhom. Meta dan il-post gie mikxuf, dehru hames partijiet li kien fihom speci ta’ kwiener, fdal ta’ l-ikel, irmied u borom li kollha juru li kienu ta’ Zmien il-Hagar. Instab ukoll xi ghadam ta’ nies u skeletri li regghu gew midfuna f’post li jidher li kien speci ta’ cimiterju. Milli jidher, niesna tal-qedem ghazlu dan il-post minhabba li minn hemm wiehed kien jista’ jara parti kbira tal-gzira ta’ Ghawdex u anke l-bahar Mediterran li jdawwarha.

L-Ghar ta’ Calypso

L-Ghar ta’ Calypso jigi fuq ir-rih tal-bajja tar-Ramla l-Hamra, f’gholi ta’ madwar 120 metru ‘l fuq minn wicc il-bahar. Skond kif tghidilna t-tradizzjoni popolari, dan il-ghar huwa msemmi fil-poema Odissea miktuba mill-poeta celebri Grieg Omeru, li kien jghix bejn is-sena 1200 u 1800 QK. Hu jghid li f’dan l-ghar kienet tghix ninfa li kien jisimha Calypso u li minnha mhux biss dan l-ghar ha ismu, izda anke l-gzira kollha ta’ Ghawdex stess bdiet tissejjah il-Gzira ta’ Calypso. Jinghad li din in-ninfa kienet tidher liebsa l-abjad b’mant abjad bhas-silg. Kellha ghajnejha zoroq sbieh u xuxitha kienet tinzel sa fuq spallejha. Maghha, kellha xi tfajliet lebsin l-abjad b’kuruni tar-rand fuq rashom. In-ninfa, bil-lejl kienet tixghel fjamma qawwija tan-nar li l-post taghha ghadu jidher sal-lum. Dan kien cirku mhaffer fil-blat zonqri. Dik il-fjamma tixghel kienet ta’ kenn u wens ghall-bahhâra maqbuda mill-halel tal-mewg. It-tfajliet kienu jizfnu u jduru mal-fjamma waqt li n-ninfa kienet tkun bilqieghda fuq siggu tad-deheb u titghaxxaq biz-zfin.

L-Ghar ta’ Calypso huwa fil-veru sens bhal katakombi, numru kbir ta’ gherien li jinfdu ghal xulxin u jghidu li m’ghandhomx tmiem. Ohrajn jghidu li dan jasal sa taht it-trunciera tar-Ramla. Ftit snin ilu, id-dahla tieghu giet maghluqa bi blat kbir li waqa’ mis-saqaf ta’ l-Ghar, izda qabel gara dan, xi haddiema li dahlu fih kienu sabu kwantita’ kbira ta’ fuhhar antik go fih.

Barra minn dan kollu, dan il-ghar jixbah lill-Ghar ta’ Ninu u l-Grotta ta’ Xerri – fil-fatt fih hafna stalaktiti u stalagmiti. Ghalkemm wiehed ma jistax jidhol fih, hu bizzejjed li jasal sal-bokka tieghu ghax tahtu jilmah dehra ta’ l-ghageb – dik tal-bajja tar-Ramla u tal-bahar kahlani li jinfirex ‘il boghod u li jdawwar il-gzira sabiha taghna.

Il-Mithna ta’ Kola

Din il-mithna nbniet fl-1725 mill-GranMastru Manoel de Vilhena. Kien fiha post fejn toqghod il-familja tat-tahhân, gibjun ghall-hazna ta’ l-ilma, hanut ta’ l-ghodda u torri. Fis-sena 1731 tlesta l-makkinarju ta’ gewwa u fis-17 ta’ Gunju ta’ l-istess sena nkriet lil Paolo Refalo.

Erbghin sena wara, saret spezzjoni fuq din il-mithna u nstab li minhabba li kienet inbniet bi kwalita’ hazina ta’ gebel u tajn, dehru diversi hsarat fil-hitan taghha u kien deciz li din il-mithna flimkien ma’ dik ta’ l-Gharb jigu zarmati u mibnija mill-gdid. Fix-Xaghra, il-Baruni Francesco Gauci, ghan-nom tal-Fondazzjoni Manoel, innegozja x-xiri ta’ bicca art ghal 400 skud, halli tkun tista’ tinbena mithna gdida fuq post ahjar mill-qadima.

Meta l-mithna kienet lesta, hija giet moghtija lil Marcello Scicluna. Dan gara fl-1 ta’ Frar 1787 b’kera ta’ 400 skud fis-sena. Barra minn hekk, Marcello kellu obbligazzjoni mposta fil-kuntratt tal-kera. L-ewwel u qabel kollox, it-tahhân kellu jaghti seba’ wardiet fl-1 ta’ Mejju lil tliet ufficjali tal-Fondazzjoni, waqt li lit-Tezor ta’ l-Ordni, kellu jaghtih zewg sriedek fil-Milied u zewg tigigiet fil-festa ta’ l-Ghid.

Nhar is-26 ta’ Marzu 1807, il-mithna tax-Xaghra nkriet lil Liberato Scicluna ghas-somma ta’ 710 skudi u sitt tigigiet fis-sena. Meta fl-1814 faqqghet il-pesta fix-Xaghra u halliet 104 mejta (fosthom il-mahbub Kappillan Dun Vincenz Cachia), Liberat kien suspettat li kien infettat minn din il-marda u kellu jittiehed fl-isptar tal-pesta f’Ghajn Lukin. Sadanittant, f’tempesta qalila li hakmet il-gzejjer Maltin, il-mithna garrbet diversi hsarat fil-makkinarju tat-thin. Dan kompla zied il-mizerja tal-poplu tax-Xaghra, ghax kien mifni mill-marda qerrieda u bla kura tal-pesta li hakmet lir-rahal taghna biss fil-Gzira Ghawdxija. It-tieni tempesta li ghamlet hsara ohra fil-mithna kienet dik ta’ l-1958.

Kif u mnejn din il-mithna hadet l-isem ta’ Il-Mithna ta’ Kola? Il-familja Grech kienet toqghod ix-Xaghra u ghal xi zmien fl-1850, Pietru Grech haddem il-mithna flimkien m’ohrajn f’Malta. Fl-1853 infethet kawza fil-qorti bejn Paolo Grech u ibnu Mikiel fuq il-kera tal-mithna. Mikiel tilef il-kawza bl-ispejjez b’kollox. Fl-1857, huwa bena mithna ohra mhux imbieghda minn dik ta’ missieru fi Triq Gnien Xibla, li ghadha wieqfa sal-lum, izda bit-torri biss u minghajr il-makkinarju. Mal-medda taz-zmien, il-mithna ghaddiet ghand bosta sidien sakemm giet ghand Nikola Grech. Dan kien fil-bidu tas-seklu ghoxrin. L-ahhar tahhân li ghamel uzu minn din il-mithna kien iben Nikola Grech, jigifieri Guzeppi Grech. Guzeppi, kburi bil-mithna, ha hsiebha mill-ahjar li seta’ u ma hallihiex taqa’ u tispicca. Kien minhabba fih li l-mithna ghadha wieqfa sal-gurnata tal-lum. Minhabba isem missieru Nikola, din il-mithna baqghet maghrufa fost ix-Xaghrin bhala IL-MITHNA TA’ KOLA.

Guzeppi Grech miet fis-27 ta’ Frar 1987 fl-ghomor ta’ 87 sena. Minhabba li kien ghazeb u ma kellux tfal u lanqas neputijiet fil-qrib mir-razza tal-familja tieghu, huwa ma setax jittrasferixxi l-kera tal-mithna; ghalhekk il-mithna ghaddiet f’idejn il-Gvern. Il-mithna giet restawrata u mibdula f’muzew mill-isbah. Il-progett kien inawgurat fis-6 ta’ Settembru 1996. Fil-prezent, il-Mithna qed tkun restawrata minn Heritage Malta fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali Xaghra.

L-Isptar tal-Pesta

Fuq l-gholja tax-Xaghra, kif wiehed ikun tiela’ mit-triq wieqfa tas-Sellum, wiehed jista’ jilmah cimiterju mkennen gol-blat fejn hemm jistriehu madwar mitt persuna li mietu bil-pesta fis-sena 1814.

Anglu Galea (minn Hal Qormi) gab il-pesta fix-Xaghra u hu, bintu Rozarja u d-deffien Kazimiru Rapa kienu l-ewwel vittmi ta’ din il-marda krudila. Sabiex l-imxija ma tinxteridx max-Xaghra, hadd ma’ seta’ jinzel minn hemm u gewwa x-Xaghra stess, hadd ma jithallat ma’ xulxin. L-izolament totali kien wiehed mill-effetti negattivi ta’ din l-imxija fatali.
Fit-18 ta’ Marzu 1816 gie maghzul il-lok ta’ Menzja, razzett kbir bi 48 travu fin-naha ta’ Ghajn Lukin. Dan ir-razzett kellu jintuza bhala sptar ghax barra li kien kbir u maqtugh min-nies, l-isptar kien ukoll qrib u fuq ir-rih tac-cimiterju. Dawk l-imsejkna morda sofrew hafna billi l-isptar kien mudlam u s-saqaf baxx u bla ventilazzjoni. Kien fih ukoll zewg kmamar ohra terran imma anke dawn kienu minghajr ventilazzjoni.

Fil-pjanura ta’ Ghajn Lukin gew imwaqqfa tined biex jilqghu n-nies li kienu ghadhom f’sahhithom. Hdejn it-tined saret dawra fejn kienu jinzammu l-bhejjem tax-Xaghrin. B’kollox mal-104 mietu matul din l-imxija tal-pesta li minnhom 91 mietu f’dan l-isptar. Fost il-vittmi, insibu lis-Sindku Guzeppi Formosa u l-kirurgu Mikelang Pace li gie nfettat bil-marda fil-qadi ta’ dmirijietu.

Kaz eccezzjonali kien dak ta’ Guzeppi Said li ma rnexxielux jidhol l-isptar ghax l-imsejken mahkum mid-delirju tad-deni li ggib maghha din il-marda, hareg jigri mat-toroq tax-Xaghra u kif lemhu l-Ajjutant tal-Pulizija, Bartolomeo Mallia, immiralu tir ta’ pistola u hallieh mejjet ma’ l-art ghax hekk kienu jitolbu r-regolamenti iebsa ta’ dawk iz-zminijiet tal-wahx. Il-bini ta’ l-isptar illum ghadu jidher qawwi u shih kif kien darba jaqdi l-iskop li ghalih gie mibni filwaqt li jirrakonta wahda l-istorja kiefra ta’ dawk il-granet ta’ swied il-qalb li minnhom ghaddiet din il-gholja tax-Xaghra.

L-Ghar ta’ Ninu

Ix-Xaghra hija moghnija b’diversi gherien u attrezzi naturali li jsahhru lil kulhadd, sew jekk residenti u anke vizitaturi.

L-Ghar ta’ Ninu jinsab fi Triq Jannar. Gie mikxuf fis-sena 1888 minn certu Guzeppi Rapa f’ghalqa li f’dak iz-zmien kienet tissejjah ta’ Ninu. Ninu kien dak ir-ragel, li qabel Guzeppi Rapa, kellu l-ghalqa f’idejh. Minbarra l-isem L-Ghar ta’ Ninu, hemm min isejjah dan l-ghar bhala l-Ghar ta’ Carrat. Dan hu l-laqam ta’ Guzeppi Rapa nnifsu li sab l-ghar.
Fit-18 ta’ Marzu 1888, Guzeppi Rapa kien qieghed ihaffer spiera fl-ghalqa imsemmija, izda sab hafna blat iebes u qata’ qalbu. Billi kien bla xoghol, huwa emigra lejn Bona u rega’ lura wara sitt xhur. Mill-gdid, huwa rega’ beda jhaffer, sab toqba, kabbarha izjed li seta’ jghaddi minnha u hemmhekk ra ghall-ewwel darba l-gmiel li taf taghmel in-natura. Dak li ra Guzeppi Rapa ghadu jidher sal-lum.

Dan il-ghar huwa twil 24 metru u wiesa 18-il metru. F’nofs il-ghar hemm kolonna li fiha dijametru ta’ zewg piedi u li qisha giet pogguta apposta biex is-saqaf ta’ l-ghar ikun jista’ jistrieh fuqha. F’dan il-ghar bhal fl-ghar l-iehor, wiehed jista’ jara stalaktiti u stalagmiti ta’ ghamliet differenti, bicca forma ta’ labar irqaq u ohrajn ta’ annimali jew bnedmin.

L-Ghar ta’ Xerri

Il-grotta ta’ Xerri giet misjuba fl-1923 minn Guzeppi Xerri iben Toni Xerri meta kien qieghed ihaffer spiera ghall-ilma fl-istess dar fejn kienu joqoghdu. Dak iz-zmien, id-dar kienet fi sqaq dejjaq li kien jghaqqad Triq Bullara ma’ Triq Gnien Imrik, izda din id-dar kienet taghmel ma’ Triq Gnien Imrik. Illum, dan is-sqaq sar triq gdida li hadet l-isem mill-istess grotta jigifieri Triq il-Grotta ta’ Xerri.

Wara li nstab l-ghar, Toni Xerri u wliedu hasbu biex ikomplu jhaffru ‘l isfel u jwessghu izjed. Dan il-ghar fih fond ta’ sitta u tletin targa u fih eluf ta’ stalagmiti u stalaktiti. Ghall-ewwel, l-ghar kien jigi mixghul b’hafna xema’ pogguti gol-blat izda llum huwa mghammar b’dawl elettriku biex min imur jarah, ikun jista’ jammira b’ghageb kbir kif ifforma ruhu dak it-taqtir ta’ l-ilma rqiq li jinzel mis-saqaf.

Il-gebel ta’ l-ghar huwa solidu izda bid-dawl warajh jaghti dehra li d-dawl jghaddi minn go fih. Fih tara hafna forom bhal kolonni, ljunfant, fekruna, giraffa u ghamliet ohra. Skond geologisti, biex stalaktita tikber 0.01 ta’ centimetru, trid sena u biex tigi ffurmata kolonna ta’ gholi ta’ 210 centimetru jridu jghaddu 4000 sena!
Kien biss ftit granet wara li nkixef li eluf ta’ nies mhux biss Maltin u Ghawdxin izda wkoll barranin li jigu jzuru Malta marru jaraw dan l-ghar u jaraw il-gmiel li taf taghmel in-natura. U kull sena, il-vizitaturi jizdiedu biex b’ghajnejhom stess jaraw il-gmiel tal-Grotta ta’ Xerri.

© Copyright Xaghra.com – News - Theme by Pexeto