Offida


Offida hija lokalita’ fil-provincja ta’ Ascoli Piceno fir-Regjun tal-Marche. Bhala popolazzjoni hemm madwar 5,400 pero’ ghandhom territorju kbir. Territorju li fiha ma’ tara imkien raba’ li ma jinhadmix. L-aktar li jkabbru huma dwieli fejn mill-gheneb jaghmlu inbid tajjeb hafna, u sigar taz-zebbug. Offida maghrufa wkoll ghal-bizzilla. Il-mod kif jahdmu l-bizzilla huwa diffrenti minn taghna imma ta’ min ighid li ghandhom bizzilla fina hafna.

Dan il-ftehim ta’ hbiberija inbeda fis-sena 2001 permezz ta’ kuntatti bejn l-ex Sindku s-Sur Anthony Attard u s-Sinjorina Franca Falcioni li dak iz-zmien kienet kunsilliera fil-Kunsill Lokali ta’ Offida. Nhar l-1 ta’ Settembru, 2003 saret cerimonja biex saret l-ewwel firma fir-rahal tax-Xaghra. Ghal dik l-okkazjoni, kien ingab fix-Xaghra ir-Relikwarju tal-Miraklu Ewkaristiku ta’ Offida li qatt ma kien hareg minn dik il-Belt. Nhar l-1 ta’ Settembru, tifkira tal-125 Sena mill-Konsagrazzjoni tal-Bazilika ta’ Marija Bambina, sar Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons. Silvano Montevecchi, Isqof ta’ Ascoli-Piceno, flimkien mal-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi u l-W.R. Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata Bazilika ta’ Marija Bambina bis-sehem tal-Orkestra u l-Kor ‘Marija Bambina’ taht id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Nazzareno Refalo. Ir-Relikwarju zar ukoll il-Knisja ta’ Gesu’ Nazzarenu u l-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati. Kien imiss imbaghad li ssir it-tieni firma fil-lokalita’ ta’ Offida. F’Mejju ta’ l-2004 kienet ser titla’ delegazzjoni sabiex jigi ffirmat ghat-tieni darba pero’ minhabba xi ragunijiet dan l-avveniment gie mhassar.

Fl-elezzjoni tat-12 ta’ Gunju 2004, ix-Xaghrin eleggew Kunsill gdid. Bhala Sindku gie mahtur is-Sur Joseph Spiteri. Dan beda mill-ewwel tal-hidma tieghu jerga’ jikkuntattja lill-Kunsill Lokali ta’ Offida sabiex dan il-gemellagg jitkompla. Wara hafna diskussjonijiet u anke’ s-Sindku flimkien mal-kunsillier is-Sur Joseph Cordina telghu Offida biex hekk dan il-gemellagg seta’ jitkompla.

Ic-cerimonja tat-tieni firma tal-gemellagg saret nhar il-21 ta’ Settembru, 2005 fil-bini tal-Kunsill Lokali ta’ Offida stess. Prezenti ghal dan l-iffirmar kien hemm delegazzjoni ta’ tletin ruh mix-Xaghra fosthom is-Sindku s-Sur Joseph Spiteri, il-Vici Sindku s-Sur Carmelino Refalo u l-kunsilliera s-Sur Joseph Cordina u s-Sinjura Mary Carmen Bajada. Kien hemm ukoll persuni li jahdmu l-bizzilla u ohrajn bdiewa, rapprezentant mill-klabb tal-futbal u tas-Socjeta’ Filarmonika Victory, rapprezentanti taz-zghazagh kif ukoll rapprezentant mill-komunita’ tan-Nazzarenu. F’xi mumenti kien prezenti wkoll l-Arcipriet Mons. Karm Refalo pero’ kellu jhallina minhabba l-mewt ta’ missieru Mikieli Refalo.

© Copyright Xaghra.com – News - Theme by Pexeto