L-Isptar tal-Pesta


Fuq l-gholja tax-Xaghra, kif ikun tiela mit-triq wieqfa tas-Sellum, wiehed jilmah hajt il gewwa mic-Cimiterju tar-rahal. Dan il-hajt idawwar cimiterju iehor, cimiterju li fih hemm jistriehu madwar mitt persuna li mietu bil-pesta fis-sena 1814.

Wara li suppost kienet spiccat il-mewga tal-pesta f Malta, Anglu Galea minn Hal Qormi, gab lil bintu Rosaria ghonnella ta xi hadd li kien miet bil-pesta Malta. Ma kien jaf xejn Anglu li barra ghonnella kien qed igorr mieghu ukoll il-marda qerrieda. U l-ewwel vittmi taghha kienu hu, bintu Rosaria u d-deffien Kazimiru. Imbaghad miet il-Kappillan Dun Vincenz Cauchi. Kif deher li dawk kollha li mietu fi zmien hekk qasir kienu hadu sehem fil-funeral ta l-ewwel vittma Rosaria, inghata l-allarm li l-pesta kienet waslet gewwa x-Xaghra.

Mill-ewwel ittiehdu l-passi necessarji u drastici biex l-imxija ma tinxteridx max-Xaghra kollha u ghal dan il-ghan, kurdun ta suldati qasmu x-Xaghra fi tnejn, hadd ma seta jinzel minn naha ta fuq, in-nahat ta Sant Anton Abbati ghan-naha t isfel u gewwa x-Xaghra stess hadd ma kien jithallat ma xulxin.

Gie maghzul lok ta Menzja, razzett kbir bi tmienja u erbghin travu fin-naha ta Ghajn Lukin fuq ir-rih fejn illum hemm ic-Cimiterju tar-rahal. Dan ir-razzett kellu jintuza bhala sptar ghax barra li kien kbir u maqtugh min-nies, kien ukoll qrib l-inhawi u tahtu setghu jidfnu billi jibnu c-cimiterju. Dawk l-imsejkna morda sofrew hafna billi l-isptar kien mudlam u s-saqaf baxx u bla ventilazzjoni. Kien fih ukoll zewgt ikmamar ohra terrani, imma anki dawn kienu minghajr ventilazzjoni.

Fil-pjanura ta Ghajn Lukin gew imwaqqfa tined biex jilqghu n-nies li kienu ghadhom f sahhithom. Hdejn it-tined saret dawra fejn kienu jinzammu l-bhejjem tax-Xaghrin. B kollox mal-mija u erbgha persuni mietu matul din l-imxija tal-pesta li minnhom, wiehed u disghin mietu waqt li kienu ghall-kura gewwa dan l-isptar. Fost il-vittmi, insibu s-Sindku Guzeppi Formosa u l-Kirurgu Mikelanglu Pace li gie nfettat bil-marda fil-qadi ta dmirijietu. Triq Mikelang Pace li qeghda f dawn l-inhawi hija proprju msemmija ghalih

Kaz eccezzjonali kien dak ta Guzepp Said li laaqat il-marda tal-pesta pero ma mietx biha! Dan ma rnexxilux jidhol l-isptar ghax l-imsejken, mahkum mid-delirju tad-deni u l-biza li ggib maghha din il-marda, hareg jigri mat-toroq tax-Xaghra. Izda ma lahaqx gera wisq ghax kif lemhu l-Ajjutant tal-Pulizija, Bartolomeo Mallia, immiralu l-pistola u fajjarlu tir li hallieh mejjet ma l-art, kif kienu jitolbu r-regolamenti iebsa ta dawk iz-zminijiet koroh.

Il-bini ta dan l-isptar illum ghadu jidher bla ebda tibdil kif kien darba, jaqdi l-iskop li ghalih kien gie originarjament mibni.

© Copyright Xaghra.com – News