L-Ewwel Legislatura


Il-Kunsill Lokali Xagħra ġie mwaqqaf permezz ta’ Att tal-Parlament f’Ġunju 1993.

L-ewwel elezzjoni tal-Kunsill Lokali saret nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru 1994. Ir-ritratt li nsibu hawn fuq huwa tal-Kunsill ta’ l-ewwel leġislatura.

Mix-xellug għal-lemin: Saviour Bonello (Indipendenti), Anthony Attard (PN), Joseph Grima (PN), Mario Xerri (PN), Maria Stella Buttigieg (Indipendenti) u Joseph Azzopardi (Segretarju Eżekuttiv). Is-Sur Mario Xerri kien l-ewwel Sindku tal-lokalita’ tagħna. Nhar it-18 ta’ April 1996, is-Sur Xerri irriżenja minn kariga ta’ Sindku imma baqa’ jokkupa l-kariga ta’ kunsillier fi hdan il-Kunsill. F’elezzjoni każwali li saret fis-26 ta’ April 1996, is-Sur Joseph Grima kien elett biex ikun Sindku għall-bqija ta’ dik il-leġislatura. F’Awwissu 1996, is-Sinjura Maria Stella Buttigieg irriżenjat mill-Kunsill. F’elezzjoni każwali li saret ftit jiem wara, is-Sur Raymond Mifsud kien elett kunsillier ġdid biex jieħu postha għall-bqija tal-leġislatura.

© Copyright Xaghra.com – News - Theme by Pexeto