L-amministrazzjoni


Biex ikun jista’ jaqdi ahjar il-funzjoni tieghu ta’ one stop shop fejn ir-residenti jinqdew mis-servizzi li joffri l-Kunsill, il-Kunsill ghandu ingaggati mieghu tliet impjegati klerikali li huma s-Segretarju Ezekuttiv u zewg Assistant Principals. Dawn jahdmu fuq bazi full time fl-ufficcju amministrattiv u jkunu l-ufficjali nkarigati li jircievu l-ilmenti tar-residenti u jesegwixxi d-decizjonijiet mehuda fil-laqghat tal-Kunsill – decizjonijiet mehuda mill-Kunsilliera li jkunu eletti demokratikament minn fost l-elettorat Xaghri.

Is-Segretarju huwa l-kap ezekuttiv, amministrattiv u finanzjarju tal-Kunsill. Is-Segretarju ghandu johrog l-avvizi kollha, ihejji l-agenda b’konsultazzjoni mas-Sindku u jattendi l-laqghat kollha tal-Kunsill; jirregistra l-minuti tal-laqghat tal-Kunsill; kull sena jissottometti lis-Sindku rapport amministrattiv dettaljat; jiehu hsieb li jinghataw lill-Kunsill estimi tad-dhul u nfiq tal-Kunsill matul is-sena finanzjarja li tkun gejja u jaqdi dawk id-dmirijiet l-ohra li jistghu jinghatawlu jew ikunu delegati lilu mis-Sindku jew mill-Kunsill. Fil-preżent, il-kariga ta’ Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra hija vakanti. B’effett mit-8 ta’ Frar 2012, l-Aġent Segretarju Eżekuttiv huwa s-Sur George Refalo.

L-Assistant Principal tal-Kunsill hija s-Sinjura Josephine Sultana. Hija ilha ngaggata mal-Kunsill tax-Xaghra sa mit-2 ta’ Jannar 1995. Is-Sinjura Sultana hija principalment responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Librerija Pubblika ‘Patri Gigi Camilleri SJ’ fost affarijiet ohra.

L-Assistant Principal Ivan Attard ilu ingaggat mal-Kunsill sa mis-17 ta’ Novembru 2008. Minn Novembru 2008 sa Novembru 2011, huwa kien iservi fil-kariga ta’ Ufficjal Ezekuttiv. Is-Sur Attard jghin lis-Segretarju Ezekuttiv fil-qadi tad-dmirijiet tieghu. Huwa wkoll l-editur tal-pubblikazzjonijiet kollha li johrog il-Kunsill matul is-sena; huwa l-webmaster tas-sit elettroniku www.xaghra.com; jirregistra l-ilmenti tar-residenti Xaghrin; jiehu hsieb l-applikazzjonijiet ghall-fondi mill-Iskemi tal-Gvern Centrali u fondi mill-Unjoni Ewropea u jghin fl-amministrazzjoni tal-Librerija Pubblika fost ohrajn.

© Copyright Xaghra.com – News