Is-Socjeta’ tal-MUSEUM


Nhar is-7 ta’ Marzu 1907, fil-Hamrun, is-sacerdot Dun Gorg Preca ghamel l-ewwel laqgha tas-Socjeta’ tad-Duttrina Nisranija. Kienet ghaqda li tigbor fiha tfal u zghazagh bil-ghan li jitghallmu sewwa l-katekizmu. Maz-zmien, din l-ghaqda b’origini Maltija, infirxet mhux biss fil-gzira taghna imma anke madwar id-dinja, fosthom fl-Awstralja. Fix-Xaghra, ghandna zewg ferghat tal-Muzew, wiehed tas-Subien u l-iehor tal-bniet. Il-qasam tal-Muzew tas-Subien jinsab fi Triq Dun Gorg Preca filwaqt li l-qasam tal-Muzew tal-Bniet jinsab fi Triq Jannar. Is-Socjeta’ tal-MUSEUM torganizza diversi attivitajiet ghat-tfal u studenti Xaghrin bil-ghan li jingibdu dejjem izjed lejn it-taghlim nisrani. Fuq parir tal-fundatur San Gorg Preca (kanonizzat fit-3 ta’ Gunju 2007), is-Socjeta’ ghandha esklussivament f’idejha l-organizazzjoni tal-purcissjoni tal-Bambin nhar il-Milied filghaxija u l-programm li jsegwi.

Superjur Attwali (Subien): Is-Sur Joseph Attard

Superjura Attwali (Bniet): Is-Sinjorina Rita Sacco

© Copyright Xaghra.com – News - Theme by Pexeto