Is-Socjeta’ Filarmonika Victory (A.D. 1898)


Fi tmiem is-seklu dsatax, ir-rahal tax-Xaghra kien ghaddej minn attivita’ partikolari, cioe’ l-Casa Pia Industriale. Din twaqqfet fi zmien il-parrokat ta’ l-ewwel Arcipriet, Dun Guzepp Diacono. Il-Banda bl-isem La Vittoria taf il-bidu taghha lil numru sabih ta’ zghazagh li wrew ix-xewqa taghhom lill-Arcipriet Diacono f’Settembru tas-sena 1898 u jidher li dawn iz-zghazagh kellhom lis-Surmast Malti Eduardo Farina li kien jaqla’ l-ghajxien tieghu billi jdur l-irhula ta’ Ghawdex flimkien ma’ wiehed Ghawdxi mlaqqam “Ta’ Garella” jbiegh xi hwejjeg zghar. Darba minnhom, “Ta’ Garella” waqaf jitkellem ma’ certu wiehed Karmnu mix-Xaghra li kien dilettant kbir tal-festa. Bla ebda telf ta’ zmien, Karmnu resaq fuq l-Arcipriet Diacono u wrieh dan il-hsieb li dlonk inghogob. Dawn iz-zghazagh talbu lill-Arcipriet Diacono sabiex ihallihom jaghmlu uzu mid-Dar Industrijali ghall-provi u l-kuncerti tal-banda u b’hekk din id-dar serviet bhala l-lokal tal-Banda “La Vittoria”. Il-Banda tax-Xaghra twaqqfet formalment fil-jum tal-25 t’Ottubru, 1898 u kienet l-ewwel banda mwaqqfa fl-irhula Ghawdxin. Din is-Socjeta’ Filarmonika ghamlet success f’qasir zmien u kellha 120 membru fejn daqqet ghall-ewwel darba fil-purcissjoni ta’ San Guzepp tax-Xaghra fl-1899 u fil-festa titulari ta’ l-istess sena. Madankollu, fil-festa tal-Madonna tar-Ruzarju, f’Ottubru 1906, inqala’ dizgwid fil-kumitat u l-Banda kellha tieqaf hesrem. Fis-sena 1934, twaqqfet ghall-ewwel darba l-ghaqda tal-Boy Scouts fix-Xaghra. Wara numru ta’ diskussjonijiet u hsieb sabiex din l-ghaqda jkollha l-banda taghha, f’dik l-istess sena, regghet ghat-tieni darba twaqqfet il-Banda tar-rahal taghna, din id-darba bl-isem tal-Banda Victory. Matul il-medda taz-zmien, is-Socjeta’ Filarmonika Victory kienet immexxija minn diversi surmastrijiet ta’ hila, fosthom is-Surmast Mikiel Farrugia (1934 – 1960), Joseph Camilleri A.MusLCM (1960 – 1971), Nazzareno Refalo (1971 – 1977), Anton Bonnici (1977 – 1993) u Joseph Galea LCM (1993 – prezent). Is-Socjeta’ Filarmonika Victory torganizza esklussivament zewg kuncerti kbar matul is-sena li huma l-Kuncert ta’ muzika sagra fil-jiem tal-Gimgha Mqaddsa (generalment Lejliet Hadd il-Palm) fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina u l-Programm Vokali u Strumentali li jittella’ fil-jiem tal-festa titulari fuq il-plancier f’Misrah il-Vitorja (generalment isir nhar l-4 ta’ Settembru).

Is-sena 1994 tibqa’ mnizzla b’ittri kbar tad-deheb fl-annali tas-Socjeta’ minhabba l-mawra taghha fil-Kanada u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, liema zjara kienet saret bejn id-19 ta’ Settembru u t-3 t’Ottubru. Fis-sena 1999, twaqqaf il-Kor Nativitas fi hdan l-istess Socjeta’ Filarmonika. Bhala l-ewwel direttur, inhatar iz-zaghzugh Michael Curmi (illum sacerdot) u bhala assistenta direttrici nhatret is-Sinjorina Silvana Bonello. Fil-prezent, il-Kor jitmexxa mid-Direttur Ivan Attard A.MusTCL. Is-Socjeta’ Filarmonika Victory ghadha ghaddejja bil-hidma taghha sabiex tkompli taghmel unur lil rahalna.

President attwali: Is-Sur Eucharist Sultana.

© Copyright Xaghra.com – News