Is-servizz tal-Customer Care mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali


Minn Mejju 2012 ‘il quddiem, id-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali beda joffri servizz ta’ customer care ghar-residenti tax-Xaghra u r-residenti Ghawdxin mill-ufficcju amministrattiv tal-Kunsill Lokali tax-Xaghra. Permezz ta’ dan is-servizz li qed jigi moghti b’xejn lil dawk li jitolbuh, ir-residenti jistghu:

(i)                          japplikaw ghal, jew igeddu, il-karta r-roza;

(ii)                       jissottomettu certifikati tal-mard;

(iii)                    jitolbu taghrif dwar beneficcji socjali offruti mill-Istat ecc.

Dan is-servizz qed jinghata kull nhar ta’ Erbgha bejn it-8.00am u nofsinhar.

© Copyright Xaghra.com – News - Theme by Pexeto