Il-Vici Sindku Aaron Agius (PL)


Isem: Aaron Agius

Indirizz: “Goldfinch”, Triq Għajn Qamar, Xagħra Għawdex

Professjoni: Tekniku fis-Sistema tal-Arja Kundizzjonata u Refriġerazzjoni

Edukazzjoni:

Primarja: Patri Mattew Sultana, Xagħra Għawdex

Sekondarja: Liċeo Ninu Cremona, Belt Victoria

Post Sekondarja: L-Istitut Teniku Sir M’Anġ Sapiano, Paola Malta

Terzjarja: Universita’ ta’ Malta fejn ikkwalifika bħala tekniku fis-Sistema tal-Arja Kundizzjonata u Refriġerazzjoni

Esperjenzi:

Aaron huwa nvolut sew f’diversi għaqdiet soċjali u kulturali fosthom l-Għaqda “Il-Milied fix-Xagħra”. Bħala membru ta’ din l-għaqda, huwa jikkontribwixxi f’laqgħat ta’ tagħrif għat-tfal dwar bini ta’ presepji b’materjali differenti bl-iskop li l-Ispirtu tal-Milied ikompli dejjem jikber fost il-familji tagħna. Għal dawn l-aħħar għaxar snin, Aaron ħa ħsieb jibni presepju privat fejn jiġi esebit għall-pubbliku ta’ kull sena fi Żmien il-Milied. Fl-2010, huwa ġie magħżul biex jesebixxi l-presepju tiegħu fil-Banca Giuratale fil-Belt Victoria.

Aaron Agius iħobb jieħu sehem attiv f’attivitajiet reliġjużi bħal pageants u drammi li jiġu organizzati fir-raħal tax-Xagħra.

Fis-sena 2012, Aaron ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra f’isem il-Partit Laburista u kien elett bħala Viċi Sindku tal-lokalita’ tagħna.

Numru tat-telefon: 21 553159

Numru tal-mobile: 79420486

Indirizz elettroniku: aaronroli@hotmail.com

© Copyright Xaghra.com – News - Theme by Pexeto