Il-Muzew tal-Gugarelli fix-Xaghra


Dan il-mużew privat fix-Xagħra oriġinarjament ġie mwaqqaf minn Susan Lowe f’ Devon l-Ingilterra fis-sebgħinijiet. Il-mużew beda b’pupa waħda u llum fih nistgħu naraw ġugarelli minn madwar id-dinja kollha. L-isem Pomzkizillious ġej mill-kelma li vvinta u uża Edward Lear biex jiddeskrivi x-xenarju tal-kosta Għawdxija meta kien żar il-Gżira fl-1866. (Edward Lear kien disnjatur ta’ kotba tal-istorja naturali u kif ukoll disnjatur ta’ kotba tat-tfal u pittur ta’ xeni naturali. Huwa żar Malta f’diversi okkażjonijiet)

L-aktar oġġetti bikrin huma pupa Maltija b’ ras imnaqqxa fl-injam mis-seklu 18 u xi presepji w figurini Taljani li jmorru lura sal-1790. Fost esebiti oħra hemm Arka ta Noe tat-tletinijiet, set tal-ferrovija ta’ Hornby, vetturi Dinky, xeni tal-kaċċa u zoo magħmula mill-karta pressata li għandhom aktar minn 100 sena u sett tas-suldati magħmul fis-sebgħinijiet iżda b’ uniformijiet tal-Armata Svediża tal-1700. Attrazzjonijiet oħra huma ġugarelli taċ-ċomb, fosthom settijiet tal-players tal-cricket, annimali taz-zoo u tar-razzett, cowboys u indjani, ajruplani, vapuri, suldati u sett tal-ambulanza mill-1890.

Fil-Mużew tal-Ġugarelli wieħed jista jara ġugarelli ottiċi, pupi tal-1790, soft toys ta’ Steiff, Lenci u Kathe Kruse, u ġugarelli bil-ħabel tal-għoxrinijiet u tletinijiet ta’ Schumo & Lehmann.

© Copyright Xaghra.com – News - Theme by Pexeto