Il-Mithna ta’ Kola


Il-Mitħna ta’ Kola tinsab qrib it-Tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra. Din inbniet fl-1725 u għadha f’kundizzjoni li taħdem sal-lum. Fil-Mitħna llum hemm ukoll mużew tal-folklor. Il-mitħna hija waħda minn dawk li nbnew mill-Fondazzjoni Manoel fi zmien il-Gran Mastru Manoel De Vilhena. Dak iż-żmien l-Ordni ta’ San Ġwann kienet tiffinanzja l-bini ta’ dawn l-imtieħen u mbagħad tikrihom lil taħħana individwali. It-taħħan kien ikun bniedem tas-sengħa li minbarra li jħaddem u jieħu ħsieb il-mitħna, kien jagħmel ukoll xogħolijiet oħra sekondarji.

Meta l-kundizzjonijiet tar-riħ kienu jkunu tajbin it-taħħan kien idoqq il-bronja bħala sinjal biex in-nies jieħdu l-qamħ biex jiġi proċessat fil-mitħna. Sa kmieni fis-seklu 20 il-mitħna kienet titħaddem mill-familja Grech li l-aħħar membru tagħha kien Nikola (Kola) minn fejn il-mitħna ħadet isimha. Meta miet Kola il-mitħna għaddiet f’idejn ibnu Ġuzeppi li għex fiha sakemm miet fis-27 ta’ Frar 1987. Ġuzeppi kien bniedem tas-sengħa u kreattiv u dan nistgħu narawh mill-għadd kbir ta’ għodda, ħafna minnhom magħmula minnu stess, li illum huma esebiti fis-sular t’isfel tal-mitħna. Huwa mertu ta’ Ġuzeppi li llum għadna nistgħu ingawdu wieħed mill-ftit ezempji ta’ wirt industrijali tas-seklu 18.

F’Novembru 2008, il-Mithna ta’ Kola garrbet hsarat kbar minn maltemp qawwi li hakem il-gzejjer Maltin. Hija hasra li minkejja d-diversi appelli li ghamel il-Kunsill Lokali tax-Xaghra dwar it-tiswija tal-Mithna, Heritage Malta, li hija responsabbli mill-immaniggjar tas-siti storici li ghandna f’Malta, ghadha ma hassitx il-htiega li l-Mithna tigi restawrata. Il-Gvern lanqas laqa’ t-talba tal-Kunsill Lokali tax-Xaghra biex din il-Mithna tigi devoluta lilu halli jkun jista’ jaghmel it-tiswijiet necessarji u jgibha fl-istat li kienet fih qabel grat il-hsara.

© Copyright Xaghra.com – News - Theme by Pexeto