Ic-Centru tal-Anzjani fix-Xaghra


Ic-Centru tal-Anzjani nfetah ghall-ewwel darba fix-Xaghra nhar it-13 ta’ April 1999 fi zmien it-tielet legislatura tal-Kunsill immexxija mis-Sindku Anthony Attard. L-ghan ta’ dan ic-Centru huwa li joffri spazju lill-anzjani Xaghrin biex darba fil-gimgha, jiltaqghu flimkien f’ambjent informali u jiddevertu flimkien waqt attivita’ socjali. Din l-attivita’ tibda dejjem bic-celebrazzjoni tal-Quddiesa (qabel ikun hemm anke hin ghall-Qrar) segwita mil-loghob tat-tombla.

Matul is-sena, jigu organizzati wkoll diversi hargiet kulturali ghall-anzjani. Dawn jinkludu harga ghall-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati f’Jannar, Quddiesa f’xi Knisja ddedikata lil San Pawl fi Frar, Pellegrinagg ghall-Parrocca tal-Qala fl-okkazjoni tal-festa liturgika ta’ San Guzepp f’Marzu, harga Malta ghall-festa tradizzjonali ta’ San Girgor il-Kbir li tigi ccelebrata nhar l-Erbgha fost l-Ottava tal-Ghid, harga Malta ghat-trade fair, Quddiesa fil-Knisja ta’ Gesu’ Nazzarenu fl-okkazjoni tal-festa li tigi ccelebrata f’Ottubru, pellegrinagg lejn is-Santwarju Nazzjonali tal-Immakulata Kuncizzjoni fil-Qala f’Dicembru u ohrajn.

Minbarra dan, kull l-ewwel Erbgha tax-xahar, il-Kunsill jorganizza Quddiesa specjali ghal dawk ir-residenti Xaghrin minn 60 sena ‘l fuq li jkunu qed jiccelebraw gheluq sninhom. Il-Kunsill jiehu hsieb jibghat kartolina bl-awguri tal-birthday lil kull resident waqt li jaghmillu stedina biex jippartecipa f’din l-attivita’ li tintemm bil-qsim tal-kejk.

Dawk l-anzjani Xaghrin li jixtiequ jibdew jippartecipaw f’dawn l-attivitajiet organizzati fic-centru taghhom u amministrat mill-Kunsill Lokali tax-Xaghra ghandhom jikkuntattjaw l-ufficcju amministrattiv fuq in-numru 21 563737 ghal aktar informazzjoni.

© Copyright Xaghra.com – News - Theme by Pexeto