Diskors mis-Sindku Joe Cordina fl-okkażjoni ta’ Jum ix-Xagħra
Ħuti Xagħrin:
F’din l-ewwel attivita’ kulturali organizzata mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra wara l-elezzjoni tal-10 ta’ Marzu li għadda, nixtieq pubblikament nirringrazzja lill-poplu tax-Xagħra għall-fiduċja li reġa’ tani biex għal darb’oħra ser inkun qed inservikom fil-kariga ta’ Sindku għat-tliet snin li ġejjin. Din il-fiduċja espressa b’mod demokratiku mill-poplu Xagħri hija xhieda tal-apprezzament għall-ħidma li wettaqna flimkien fil-leġislatura preċedenti. [...]
Recent Comments