Ser issir Laqgha tal-Kunsill Lokali Xaghra nhar l-Erbgha 25 ta’ Awwissu 2010 fit-3.00pm fl-ufficcju amministrattiv tal-Kunsill Lokali fi Vjal it-8 ta’ Settembru. L-agenda ghal din il-laqgha hija kif gej:
1. Talba tal-Bidu;
2. Qari, Konsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-Minuti tal-laqgha precedenti li saret nhar it-Tlieta 27 ta’ Lulju 2010;
3. Kommunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom il-Festival tat-Tin u z-Zjara taghna fl-Italja f’Awwissu; materji konnessi mal-festa titulari tar-rahal; progetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea u materji ohra;
4. Qari tal-korrispondenza u lmenti mir-residenti;
5. Approvazzjoni tal-pagamenti u
6. Data ghal laqgha ohra.
Bhal kull seduta tal-Kunsill, kulhadd huwa mistieden biex jattendi.
Posted in: Council Announcements, News
Nhar is-Sibt 21 ta’ Awwissu, l-Ahhar Sibt tal-Bambina bi thejjija ghall-festa titulari tal-parrocca taghna, il-Kunsill Lokali Xaghra organizza serata ta’ talent ghat-tfal u adoloxxenti Xaghrin. Din is-serata kellha l-ghan li tesponi aktar it-talenti lokali tal-kant u z-zfin.
L-attivita’ bdiet ghall-habta tat-8.30pm hekk kif intemmet il-Koncelebrazzjoni tal-ahhar Sibt tal-Bambina. Il-prezentatur u l-ko-ordinatur tas-serata kien is-Sur Joe Louis Sciberras mghejjun minn numru ta’ voluntiera li minn qalbna nixtiequ nirringrazzjawhom tas-sehem indispensabbli taghhom fl-attivitajiet tal-Kunsill. Ir-residenti li attendew ghal din is-serata divertenti kellhom l-opportunita’ li jsegwu diversi siltiet muzikali kantati minn tfal u adoloxxenti Xaghrin. Sar ukoll zfin minn diversi gruppi Ghawdxin u loghob tal-karoeke. Is-serata ntemmet b’Kuncert muzikali mill-Mistaken Identity Band li pprezentaw repertorju tajjeb lill-udjenza prezenti.
Ritratti jittellghu aktar tard.
Posted in: Council Announcements
Il-Parrocca tax-Xaghra ser ticcelebra bl-akbar solennita’ l-2025 Anniversarju mit-Twelid tal-Vergni Marija permezz ta’ Pellegrinagg storiku li ser isir bl-istatwa titulari ta’ Marija Bambina Inkurunata mat-toroq ewlenin tar-rahal.
Il-festi specjali ta’ din is-sena fethu nhar it-Tnejn 7 ta’ Gunju 2010 b’Velja ta’ Talb f’Misrah il-Vitorja li matulha l-Kwadru Titulari tat-Twelid tal-Bambina (li fix-xhur li ghaddew gie restawrat) tmexxa f’Purcissjoni mill-Iskola Primarja tar-rahal ghal Misrah il-Vitorja bis-sehem tal-ghaqdiet kollha tal-parrocca. Din is-sena, it-tnax-il Sibt ta’ thejjija ghall-festa titulari hadu zvolta differenti hekk kif matulhom, sar l-Att tal-Konsagrazzjoni tal-familji Xaghrin lil Marija Bambina. Kull nhar ta’ Sibt, gew mistiedna numru ta’ sacerdoti minn diversi parrocci Maltin u Ghawdxin biex iwasslu meditazzjoni dwar il-virtujiet tal-Vergni Marija.
Nhar il-Hamis 26 ta’ Awwissu 2010, il-parrocca tax-Xaghra ser torganizza Pellegrinagg Kbir bl-istatwa titulari ta’ Marija Bambina li fih ser jippartecipaw il-Parrocci tal-Mellieha, Naxxar u Senglea (Malta) li kollha jgibu l-harsien tal-Omm qaddisa ta’ Alla fit-Twelid taghha. Fis-7.30pm ser isir il-Kant Solenni tal-Ghasar b’erba’ vucijiet. Fit-8.00pm nilqghu l-istatwa inkurunata ta’ Marija Bambina fil-hrug taghha min-nicca u wara nakkumpanjawha f’Purcissjoni solenni li ser tghaddi minn Vjal it-8 ta’ Settembru, Triq Frangisk Camilleri, Triq l-Imqades u lura lejn il-Bazilika Santwarju taghha. Il-purcissjoni tkun immexxija mill-W.R. Mons. Carmelo Refalo STL, Protonotario Apostolico. Il-Banda Victory tax-Xaghra ser issellem lill-istatwa titulari fil-hrug u d-dhul taghha fil-Bazilika. Matul il-purcissjoni, jinghad ir-Ruzarju u jsir il-Kant. Frott l-affiljazzjoni tal-Bazilika ta’ Marija Bambina mal-Bazilika Liberjana ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma, dawk il-pellegrini li jippartecipaw b’devozzjoni f’din il-purcissjoni u jaghmlu zjara lill-Bazilika taghna ghandhom il-possibilita’ li jirbhu l-Indulgenza Plenarja skont il-kundizzjonijiet tas-soltu. Mad-dhul tal-istatwa inkurunata ta’ Marija Bambina fil-Bazilika, isir il-Kant tal-Antifona Nativitas Tua tas-Surmast Bugeja u tinghata l-Barka Sagramentali li taghlaq dan il-jum storiku ghax-Xaghrin kollha.
Il-festa titulari ta’ Marija Bambina tkompli tigi ccelebrata bl-akbar solennita’ fic-celebrazzjonijiet liturgici li jsiru fil-Bazilika tax-Xaghra armata ghall-okkazjoni u fil-manifestazzjonijiet esterni fit-toroq ewlenin tar-rahal taghna fost briju uniku li jsir f’dan iz-zmien tas-sena. Il-festi jilhqu l-qofol taghhom nhar l-Erbgha 8 ta’ Settembru, jum is-Solennita’ Liturgika tat-Twelid ta’ Marija Bambina, Omm u Sultana taghna bil-Koncelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxi mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech fid-9.00am u l-Purcissjoni Solenni bl-Istatwa Inkurunata ta’ Marija Bambina fis-7.00pm bis-sehem tal-W.R. Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata taghna u l-Banda Victory tax-Xaghra.
Mons. Arcipriet Carmelo Refalo u l-komunita’ parrokkjali tax-Xaghra qed jistiednu lil kulhadd biex jinghaqdu maghhom f’dawn il-festi solenni u specjali adunur Marija Bambina Inkurunata!!
Ghal aktar informazzjoni, wiehed jista’ jcempel l-Ufficcju Parrokkjali Xaghra fuq in-numru 21 551042 jew e-mail address bambina8@go.net.mt.
Posted in: Council Announcements, News, Press Releases