| February 10, 2010 |
Illum l-Erbgha 10 ta’ Frar 2010, il-Knisja f’Malta ticcelebra s-Solennita’ tan-Nawfragju tal-Appostlu Missierna San Pawl. Din hija festa importanti hafna ghall-Knisja tant li hija FESTA KMANDATA bl-obbligu tas-smiegh tal-Quddies. Din is-sena, din il-festa qed tiehu dimensjoni akbar peress li jahbat l-1950 Anniversarju minn il-grajja li mmarkat il-wasla tal-Fidi Nisranija f’Malta. F’pajjizna, dan huwa jum ta’ btala pubblika.
Fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina, ikollna dan il-programm:
Quddies bl-omelija: 5am, 6am, 7am, 8.30am, 9.45am, 11.00am u 4.30pm.
6.00pm: Kant tat-Tieni Ghasar mill-W.R. Kapitlu tal-Kolleggjata.
6.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni.
F’Ghawdex, il-festa ta’ San Pawl tigi ccelebrata bhala titular f’zewg knejjes: il-Knisja Parrokkjali tal-Munxar u l-Knisja ta’ Marsalforn.
Fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn jigu fi tmiemhom il-festi specjali li saru biex ifakkru l-1950 Anniversarju mill-Wasla ta’ San Pawl f’Malta. Il-programm ta’ attivitajiet liturgici jkun kif gej:
It-Tlieta 9 ta’ Frar 2010: Lejliet is-Solennita’ tan-Nawfragju.
9.00am: Quddiesa ghall-anzjani li jattendu d-Day Care Centre organizzat mill-Kunsill Lokali Xaghra. Il-Quddiesa titmexxa mill-W.R. Kan. Guzepp Sultana.
5.30pm: Translazzjoni qasira bir-Relikwija ta’ San Pawl segwita mill-Kant Solenni tal-Ewwel Ghasar tan-Nawfragju mmexxi mill-W.R. Dun Guzepp Cini.
6.00pm: Quddiesa kantata bil-prietka tal-okkazjoni u animata mill-organista Ivan Attard. Wara, Kurunella, Barka Sagramentali u Kant tal-Innu popolari.
L-Erbgha 10 ta’ Frar 2010: Jum is-Solennita’ tan-Nawfragju ta’ San Pawl.
Peress li din hija FESTA KMANDATA, il-Quddies fil-Knisja jkun fl-istess hiniijet tal-Hdud.
8.00am, 10.00am u 11.00am: Quddies bl-omelija.
5.30pm: Kant Solenni tat-Tieni Ghasar.
6.00pm: Koncelebrazzjoni Solenni ta’ gheluq il-festi mmexxija mill-W.R. Kappillan Dun Mikiel Borg, Rettur tal-Knisja ta’ Marsalforn, bis-sehem tal-Chorus Unda Maris tal-komunita’ ta’ Marsalforn.
Naghlqu dawn ic-celebrazzjonijiet Pawlini bit-talb tal-Kurunella, Kant tal-Innu u Barka Sagramentali.
Related posts:
- Solennita’ ta’ Santa Marija (Festa Kmandata u Btala Pubblika)
- Festa Santa Marija (Btala pubblika)
- Solennita’ ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni (btala pubblika)
- Harga ghall-anzjani Xaghrin fl-okkazjoni tal-Festa ta’ San Pawl
- Solennita’ tal-Qaddisin Kollha
- Iccelebrata bl-akbar solennita’ l-Festa tal-Konverzjoni ta’ San Pawl f’Marsalforn
- Jum il-Milied (Btala pubblika)
- Festa tal-Konverzjoni ta’ San Pawl f’Marsalforn
- Festa San Pawl Marsalforn – Lejliet il-Festa Titulari
Comments
No one has said anything yet.
Leave a Comment