Bhal ma ghamel ghal dawn l-ahhar snin, il-Kunsill Lokali Xaghra ser jerga’ jorganizza l-Karnival fix-Xaghra bejn il-Gimgha 12 u l-Hadd 14 ta’ Frar 2010. Din is-sena, ic-celebrazzjonijiet marbuta mal-Karnival fix-Xaghra ser ikollhom tliet temi partikolari: il-Karnival folkloristiku, il-Karnival tat-tfal u l-Karnival bis-sehem tal-familja kollha.
Il-jum tal-Gimgha 12 ta’ Frar ser ikun marbut mal-Karnival folkloristiku. Mis-7.00pm ‘il quddiem, f’Misrah il-Vitorja, ser jittella’ programm varjat li jinkludi l-partecipazzjoni ta’ diversi folk groups GHawdxin, fosthom Ta’ Sinat Folk Group (Sannat), Ta’ Ciangura Folk Group (San Lawrenz), Menhir Folk Group (Qala) u x-Xaghra Folk Group. Jiehdu sehem ukoll numru ta’ daqqaqa tradizzjonali li permezz tal-muzika taghhom jallegraw lil dawk prezenti u jfakkruhom fi zmien il-Karnival ta’ l-imghoddi. Issir ukoll il-kukkanja.
Il-Kumittiva ser terga’ tkun l-attrazzjoni principali ta’ dan il-programm. Ta’ min ifakkar li din iz-zifna ghandha rabta specjali mar-rahal taghna u ilha tinzifen f’Ghawdex biss mis-sena 1890. Fil-fatt kien ir-rahal tax-Xaghra li zamm hajja din it-tradizzjoni u mat-twaqqif tal-Kunsill regghet inghatat spinta, specjalment minn meta l-istess Kunsill beda jorganizza l-Karnival fir-rahal taghna. Il-prezentaturi tas-serata ser ikunu s-Sur Tony Grech u s-Sinjura Orietta Gatt.
Nhar is-Sibt 13 ta’ Frar, il-Kunsill ser jiddedika c-celebrazzjonijiet tal-Karnival ghat-tfal. Il-programm jibda fis-7.30pm u jinzamm fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ Gesu’ Nazzarenu. Waqt din is-serata, jiehdu sehem tfal minn xi skejjel primarji GHawdxin. Isiru l-kompetizzjonijiet tal-Karnival, fosthom il-kompetizzjoni ghall-Isbah Kostum Imzejjen (imqassmin f’erba’ kategoriji), il-kompetizzjoni ghall-isbah Karettun imzejjen u l-kompetizzjoni ghall-isbah Kostum spontanju. Tinzifen ukoll il-Kumittiva. Waqt dan il-programm, ser ikollna wkoll numru sabih ta’ animation teams li jallegraw lit-tfal prezenti. Isir ukoll xi loghob karnivalesk li jghin lil dawk prezenti jidhlu f’din l-atmosfera tant sabiha. Il-prezentaturi ser ikunu s-Sur Joe Louis Sciberras u s-Sinjorina Amanda Sultana.
Il-programm principali u l-gheluq tal-Karnival fix-Xaghra ser isir nhar il-Hadd 14 ta’ Frar 2010. Fl-10.00am tibda sfilata Karnivaleska mill-pjazza ta’ quddiem il-Mithna ta’ Kola li tinkludi z-zifna tradizzjonali tal-Kumittiva. Jindaqqu wkoll diversi marci mill-Banda Victory tax-Xaghra matul Triq Marija Bambina, Vjal it-8 ta’ Settembru u Pjazza l-Vitorja. Bejn il-11.30am u s-2.30pm isir il-programm principali tal-Karnival fil-Pjazza li jkun jinkludi zifniet minn diversi kumpaniji Ghawdxin, sfilati bil-karrijiet trijonfali, maskeruni ecc. Jipprezentaw Renato u Roderick Azzopardi. Waqt dan il-programm, ser tinghata wkoll b’xejn il-prinjolata li hija l-helu tradizzjonali assocjat ma’ dan iz-zmien tas-sena.
Il-Kunsill Lokali Xaghra qieghed jistieden lil kulhadd sabiex jattendi ghal dan il-programm ta’ celebrazzjonijiet relatati mal-Karnival 2010. Id-divertiment huwa garantit!
Infakkru li l-formoli ta’ l-applikazzjoni ghall-kompetizzjonijiet tal-Karnival jistghu jinkisbu mill-ufficcju tal-Kunsill Lokali Xaghra mit-Tnejn sal-Gimgha bejn it-8.00am u l-4.30pm u nhar ta’ Sibt bejn it-8.00am u l-11.30am. L-applikazzjonijiet jaghlqu nhar il-Hamis 11 ta’ Frar f’nofsinhar. Ghall-beneficcju taghkom, hawn taht tistghu wkoll issibu din il-formola. Grazzi tal-kooperazzjoni taghkom.
Kompetizzjoni Karnival – applikazzjoni 2010 (pdf aghfas biex tnizzel).
Related posts:
- Isiru l-Festi tal-Karnival fix-Xaghra b’tibdil zghir fil-programm originali
- Gheluq tal-Festi tal-Karnival fix-Xaghra
- Ir-Renju tal-Karnival 2010 jibda llum: Tliet attivitajiet fil-lokalita’ taghna
- Jithabbar il-Programm tal-Karnival 2009
- Konferenza tas-Sindki Frar 2010
- Ir-Renju tal-Karnival 2009 jigi fi tmiemu llum
- Illum jinghata bidu ghar-Renju tal-Karnival – Programm fix-Xaghra
- Laqgha tal-Kunsill Lokali Xaghra – Frar 2010
Comments
No one has said anything yet.
Leave a Comment