Matul tmiem il-gimgha li ghaddiet, lahqu l-qofol taghhom il-festi adunur l-Appostlu Missierna San Pawl iccelebrati fil-Knisja ddedikata lilu fil-bajja ta’ Marsalforn, Ghawdex. Fl-okkazjoni ta’ din il-festa, saret ukoll manifestazzjoni ‘FIDI, ARTI U KULTURA’ organizzata mill-Kunsill Lokali Zebbug (Ghawdex) f’kollaborazzjoni shiha mal-Kunsill Lokali Xaghra, is-Segretarjat Parlamentari ghad-Djalogu u Informazzjoni Pubblika u d-Dipartiment tal-Kultura fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex.
Nhar il-Gimgha 22 ta’ Jannar, Festa ta’ San Pubbliju, gie ccelebrat l-ahhar Jum tat-Tridu. Filghaxija, il-poplu ta’ Marsalforn ingabar fil-Knisja ghat-talb tas-Salmi li tmexxa mill-W.R. Kan. Kappillan Dun Mikiel Borg, Rettur tal-Knisja. Il-kant kien animat mill-Kor Nativitas tal-Banda Victory. Fis-6.00pm bdiet il-Koncelebrazzjoni bil-prietka tal-ahhar Jum tat-Tridu li tmexxiet mill-W.R. Kan. Dun Mario Borg. Wara li ntemmet il-Quddiesa, saret ic-cerimonja tal-prezentazzjoni tal-muzika tal-Innu l-gdid ‘Lill-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun tal-Komunita’ ta’ Marsalforn’ u l-Antifona ‘Sanctae Paule Apostole’, immuzikati minn Ivan Attard. Kien ta’ sodisfazzjon ghall-komunita’ ta’ Marsalforn li issa anke din il-knisja bdiet tghaqqad l-arkivju muzikali taghha b’innijiet li jkunu esklussivi ghall-komunita’ bhal fil-kaz ta’ dawn iz-zewg bicciet muzikali. Fis-7.15pm infethet il-wirja ta’ ritratti antiki ‘Marsalforn matul iz-zminijiet’ fl-annexe tal-Knisja. Prezenti ghal din ic-cerimonja kien hemm l-Onor. Dr. Chris Said, Segretarju Parlamentari, u s-Sur Carmelo Saliba, Sindku taz-Zebbug. Fis-7.30pm saret wirja ta’ talent minn numru sabih ta’ kantanti Ghawdxin fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Marsalforn.
Is-Sibt 23 ta’ Jannar kien lejliet il-festa Pawlina. Filghaxija, f’temp sabih u fil-prezenza ta’ numru impressjonanti ta’ nies minn Ghawdex u anke minn Malta, saret it-Translazzjoni Solenni bir-Relikwija tad-Driegh tal-Appostlu Missierna San Pawl ivvenerata bl-akbar devozzjoni fil-Knisja Kolleggjata ta’ San Pawl fir-Rabat Malta. Prezenti ghal din it-Translazzjoni kien hemm l-Arcipriet tal-Kolleggjata tar-Rabat, il-Kan. Louis Suban, flimkien mal-Kapitlu u l-Kleru tar-Rabat (Malta). It-translazzjoni kienet segwita minn Koncelebrazzjoni Solenni ta’ lejliet il-festa li tmexxiet mill-Kan. Louis Suban bis-sehem tal-Chorus Unda Maris.Bhala attivita’ esterna, quddiem il-Knisja ta’ Marsalforn, sar Kuncert pop mill-band Ghawdxija Mistaken Identity.
Il-qofol tal-festa ntlahaq nhar il-Hadd 24 ta’ Jannar 2010. Fl-4.00pm sar il-Kant Solenni tat-Tieni Ghasar li tmexxa mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo flimkien mal-Kapitlu u l-Kleru tal-Kolleggjata ta’ Marija Bambina (Xaghra Ghawdex). Fil-4.45pm bdiet hierga l-Purcissjoni Solenni bl-istatwa titulari ta’ San Pawl. Iz-zewg baned mistiedna, jigifieri l-Banda Victory tax-Xaghra u l-Banda Santa Marija taz-Zebbug, sellmu lil San Pawl bl-innu tac-Centinarju (1960), miktub minn Mro. Joseph Abela Scolaro. Il-Baned akkumpanjaw l-istatwa matul it-toroq ewlenin tal-bajja. Sar ukoll xi loghob tan-nar tal-ajru. Il-purcissjoni irritornat lura fil-Knisja ghall-habta tas-6.15pm biex fis-6.30pm bdiet il-Koncelebrazzjoni Pontifikali li tmexxiet mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex, flimkien ma’ numru sabih ta’ sacerdoti. L-animazzjoni liturgika kienet f’idejn l-orkestra taht id-direzzjoni ta’ Mro. Colin Attard.
Dun Mikiel Borg, Rettur tal-Knisja, radd hajr lil dawk kollha li ghenu bl-ahjar mod sabiex din il-festa tkun success. Huwa habbar li ser isiru attivitajiet ohra f’gieh San Pawl bejn il-Gimgha 5 u l-Erbgha 10 ta’ Frar 2010 fl-okkazjoni tas-Solennita’ tan-Nawfragju tal-Appostlu tal-Gnus f’pajjizna, grajja unika li qeghdin infakkru l-1950 sena mir-rikorrenza taghha.
Ir-ritratti jittellghu fuq dan is-sit appena jaslulna. Grazzi.
Related posts:
- Festa tal-Konverzjoni ta’ San Pawl f’Marsalforn
- Tigi ccelebrata l-Festa ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl f’Marsalforn
- Solennita’ tan-Nawfragju ta’ San Pawl f’Malta – Festa Kmandata u Btala Pubblika
- Il-Festa titulari ta’ San Pawl f’Marsalforn 14-25 Jannar 2010
- Festa San Pawl Marsalforn – It-Tielet Jum tan-Novena
- Ikomplu l-attivitajiet marbuta mal-festa ta’ San Pawl f’Marsalforn
- Harga ghall-anzjani Xaghrin fl-okkazjoni tal-Festa ta’ San Pawl
- Festa San Pawl Marsalforn – Lejliet il-Festa Titulari
- Festa San Pawl Marsalforn – It-Tielet Jum tat-Tridu Solenni
Comments
No one has said anything yet.
Leave a Comment