Gesu' Bambin XaghraNhar it-Tlieta 22 ta’ Dicembru 2009, il-Knisja Kolleggjata u Bazilika tat-Twelid ta’ Marija Bambina ospitat il-hdax-il edizzjoni tal-Kuncert annwali tal-Milied li din is-sena gab l-isem “…Et Incarnatus Est…” (U sar bniedem). Din is-sena, dan l-avveniment muzikali kien ipprezentat mis-Sur John Demanuele, prezentatur regolari fuq diversi stazzjonijiet televizivi lokali, u wera lill-udjenza li attendiet it-talenti kbar li bihom huwa moghni l-Kor Laudate Pueri.

Dan il-Kor twaqqaf fis-sena 1976 minn Mons. Guzeppi Farrugia, illum Arcipriet Emeritu tal-Parrocca ta’ San Gorg tal-Belt Victoria. L-ghan principali tal-Kor kien li jikkultiva u jippromwovi l-muzika sagra fil-kuntest liturgiku taghha, b’enfasi partikolari fuq il-Kant Gregorjan u l-polifonija sagra (Bil-kelma ‘polifonija’ nifhmu ‘kant bil-vucijiet’). F’dan ir-rigward, il-Kor Laudate Pueri stabbilixxa ruhu bhala wiehed mill-korijiet ewlenin li jinterpreta muzika polifonika taz-zmien klassiku u kontemporanju. Huwa kien mistieden jippartecipa f’avvenimenti nazzjonali ta’ sinifikat kbir, fosthom ic-celebrazzjonijiet tal-hamsin anniversarju mill-ghoti tal-George Cross lill-gzejjer Maltin, u kif ukoll il-Pellegrinagg Penitenzjali Nazzjonali u celebrazzjoni ta’ Fidi fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann fl-1992. Il-Kor kompla kabbar it-tradizzjoni muzikali fil-Bazilika ta’ San Gorg u kanta fl-Italja, Franza, l-Ingilterra u New York. Fost inizjattivi ohra, il-Kor kien il-mohh wara x-xoghlijiet ta’ restawr li saru fuq l-orgni prestiggjuz Santucci li nsibu fil-Bazilika ta’ San Gorg. Huwa ospita diversi korijiet ta’ fama internazzjonali u sa mill-1997, beda jorganizza l-Victoria International Arts Festival li issa sab postu fil-kalendarju ta’ attivitajiet kulturali tal-gzira taghna – dan il-festival isir bejn nofs Gunju u nofs Lulju ta’ kull sena. Il-Kor Laudate Pueri kien strumentali fl-esekuzzjoni ta’ xoghlijiet muzikali kbar bhal per ezempju r-Requiem ta’ Giuseppe Verdi (1988, 2002), il-Carmina Burana ta’ Orff (1989, 2005), in-Ninth Symphony kompozizzjoni ta’ Ludwig Van Beethoven (1990) u r-Requiem ta’ Andrew Lloyd Webber (2005). F’Gunju 2007, dan il-Kor gie mistieden mid-Direttur tal-Kor tal-Kappella Sistina, Mons. Giuseppe Liberto, biex jippartecipa fil-Quddiesa tal-Kanonizzazzjoni tas-sacerdot Malti Dun Gorg Preca li saret fil-Pjazza ta’ quddiem il-Bazilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Tul dan iz-zmien li ilu mwaqqaf, il-Kor hareg ghaxar CDs u bhalissa qed jahdem fuq progett ambizzjuz li jinvolvi r-recording ta’ CD li tinkludi fiha l-aqwa muzika sagra u sekulari miktuba minn kompozituri Maltin – hafna minn din il-muzika tinsab fl-arkivji tal-Katidral ta’ l-Imdina. F’Novembru 2008, il-Kor Laudate Pueri kien mistieden mill-Ambaxxata Maltija fi Franza biex jaghti kuncert prestiggjuz fil-Les Invalides (Parigi) biex jimmarka l-Presidenza Franciza lill-Unjoni Ewropea. Dan il-Kuncert kien segwit minn Quddiesa kantata il-Bazilika tal-Qalb ta’ Gesu’. Fil-prezent, id-Direttur ta’ dan il-Kor huwa l-W.R. Dun Gorg Frendo filwaqt li l-leader tal-Kor hija Dr. Maria Frendo M.A., M.A. (Dunelm), Ph.D.(Dunelm), F.L.C.M., F.T.C.L., L.R.S.M. Flimkien mal-Kor hadu sehem is-solisti Dr. Maria Frendo (sopran) u Rev. Joseph Mercieca (tenur), l-organista Xaghri Dr. Joseph Camilleri LLD ATCL DipABRSM u l-arpista Jacob Portelli.

Il-kongregazzjoni li attendiet ghall-Kuncert kienet immexxija mill-Onorevoli Dr. Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex. Prezenti wkoll kien hemm membri distinti ohra flimkien mas-Sindku s-Sur Joseph Cordina u l-Kunsill Lokali Xaghra li kien l-organizzatur ta’ din l-attivita’. Il-Kuncert fetah b’zewg messaggi ta’ l-okkazjoni – wiehed mis-Sindku s-Sur Joseph Cordina li fih elenka l-hidma tal-Kunsill u s-sinifikat ta’ din l-attivita’ u iehor ta’ xejra spiritwali mill-Arcipriet tal-Parrocca, Mons. Carmelo Refalo. Il-bicciet li gew esegwiti kienu dawn li gejjin (fl-ordni ta’ kif indaqqu):

 

  1. Rorare Coeli opus 84 (SSAA) kompozizzjoni tal-Professur Joseph Vella;
  2. Et Incarnatus Est (SATTBB) mill-Missa Papae Marcelli mmuzikata minn Pierluigi da Palestrina;
  3. Adeste Fideles (Tenor solo / SATB) – din il-carol natalizja hija attribwita lil John Wade b’arrangement muzikali ta’ David Wilcocks;
  4. A la venue de Noël (organ solo) – din hija silta mehud mill-volum ta’ Noëls (varjazzjonijiet fuq carols Francizi ta’ zmien il-Milied), kompozizzjoni ta’ Louis Claude Daquin;
  5. In the bleak midwinter (harp solo) – Gustav Holst;
  6. A Great and Mighty Wonder (SSAA) – kompozizzjoni ta’ Michael Preatorius b’arrangament muzikali tal-Professur Joseph Vella;
  7. Silent Night (SSAA) – muzika ta’ Franz Gruber b’arrangament tal-Profs. Joseph Vella;
  8. God rest ye merry gentleman (SSAA) – arrangement ta’ David Wilcocks;
  9. The Holy Boy (A carol of the Nativity) (organ solo) – kompozizzjoni ta’ John Ireland;
  10.  Once in Royal David’s City (SSAA) – Henry Gauntlett fuq arrangement muzikali ta’ David Wilcocks;
  11.  Agnus Dei (Soprano solo / SSAA) – din hija silta muzikali mehuda mill-Missa Brevis opus 40 tal-Profs. Joseph Vella;
  12. Puer Natus Est opus 108 (SATB / Viola solo and Organ) – kompozizzjoni tal-Profs. Joseph Vella (world premiere); u
  13. Hark the herald Angels sing (SATB) – muzika ta’ Felix Mendelssohn b’arrangament muzikali ta’ David Wilcocks.

Waqt l-intervall tal-Kuncert, saret is-solita gabra annwali ghall-Community Chest Fund. Din hija amministrata mill-President ta’ Malta biex tghin kawzi gusti. Bhala Kunsill Lokali Xaghra, nixtiequ nroddu hajr lil dawn id-ditti u stabbilimenti kummercjali li taw l-ghajnuna finanzjarja taghhom biex din l-attivita’ setghet tittella’ u tkun success minn kull lat. Dawn huma:

Il-Ministeru ghal Ghawdex; il-Bank of Valletta (BOV); Richard Cauchi Mechanical & Electrical Conductor; Joseph Mercieca (tal-Guz); Vella Brothers Ready Mix Limited; Ta’ Frenc Restaurant; Discount Crossroad Ironmongery; TGFF Galea Frozen Foods; Victor’s; Marpo Hardware Store; Mario Mallia Street Furniture, Road Safety & Playground Equipment; Trophies and Medals; Dolceria Ropa; Raymond Bonello (Marbler); Rapa Hi-Fi & Satellite Systems; Qinga VRT; Stephen’s Snack Bar & Confectionery; Eucharist Agius; M & L Refalo Limited; Gatt Group of Companies; AutoClin Services; Galea Curmi Engineering Consultants; Porto Vecchio Ristorante e Vinoteca; Gozo Business Systems Limited; JCR Limited; InfoTech Supplies & Services; Julian Sultana Company Limited; Abraham’s Supplies; Captured Memories (Benny Sultana); Compass Group Limited; Joe Cordina (certified accountant & public auditor); VSS Limited, Bartolo Catering u Domenic Department Stores. 

Aktar materjal ta’ l-okkazjoni, inkluz ritratti, diskorsi li saru ecc jittellghu fuq dan is-sit fil-jiem/gimghat li gejjin.

Intant, wara li ntemmet din is-serata muzikali, il-Kunsill Lokali Xaghra organizza r-riceviment annwali tal-Milied ghar-residenti barranin. Dan sar fic-Cirklu taz-Zghazagh li jinsab fi Triq 28 ta’ April 1688. Kienet okkazjoni verament sabiha li matulha kellna l-opportunita’ li naqsmu flimkien l-awguri taghna ghal dan l-istagun tal-festi.

Minn qalbna, nawguraw lil kulhadd Milied hieni u qaddis mimli bil-paci li jaf jaghti biss Gesu’ Bambin!

 

Related posts:

  1. Tittella’ b’success kbir l-ghaxar edizzjoni tal-Kuncert tal-Milied
  2. Eku tal-Kuncert tal-Milied 2009
  3. Kuncert tal-Milied 2009 “…ET INCARNATUS EST…” – Video
  4. Puer Natus Est – Kuncert kbir tal-Milied fil-Bazilika tax-Xaghra
  5. Diskors tas-Sindku waqt il-Kuncert tal-Milied 2008
  6. Aktar kliem ta’ tifhir u apprezzament ghall-Kuncert tal-Milied 2008
  7. Kuncert tal-Gimgha Mqaddsa 2009
  8. Kuncert tal-Milied

Comments

No one has said anything yet.

Leave a Comment

*
To prove you're a person (not a spam script), type the security word shown in the picture. Click on the picture to hear an audio file of the word.
Click to hear an audio file of the anti-spam word

© Copyright Xaghra.com. All Rights Reserved.