Il-parrocca tax-Xaghra hija maghrufa, fost l-ohrajn, ghan-numru ta’ vokazzjonijiet sacerdotali, religjuzi u missjunarji li hargu minn hdanha. Huwa ta’ unur ghalina lkoll li fis-Seminarju Magguri, il-parrocca taghna dejjem ghandha prezenza qawwija u dan huwa dovut lil hafna fatturi, fosthom l-imhabba li l-poplu Xaghri ghandu lejn is-sacerdot, il-hidma ma taqta’ xejn ta’ hafna presbiteri fil-kamp tal-vokazzjonijiet ecc.

Wiehed mill-missjunarji Xaghrin huwa Patri George Camilleri, hu l-mibki Patri Gigi, li jinsab barra minn xtutna fejn jaghmel esperjenza ta’ evangelizzazzjoni fost il-poplu ta’ l-Indja. Patri George ihaddan il-karizma tas-Socjeta’ imwaqqfa minn Sant’Injazju ta’ Loyola – is-Socjeta’ tal-Kumpannija ta’ Gesu, maghrufa b’mod aktar popolari bhala ‘tal-Gizwiti’. F’Ghawdex, ghad baqaghlna numru limitat ta’ patrijiet Gizwiti li jghixu flimkien f’Dar Manresa, fl-inhawi tal-Fontana. Patri George issa ilu ghal snin twal f’din l-art imbieghda jwassal id-dawl ta’ Kristu lill-poplu Indjan u ma jkunux hafna dawk id-drabi li jigi fostna sabiex, l-ewwelnett izur lill-familjari tieghu li joqoghdu x-Xaghra, u anke jgedded il-memorji ta’ tfulitu u zghozitu fil-qalba ta’ rahalna. Inzerta li dan huna qieghed maghna ghal dawn il-festi sbieh tal-Milied u kien hsieb ghaqli hafna li nhar l-Erbgha li ghadda, 16 ta’ Dicembru, Patri George zar lill-anzjani Xaghrin li iltaqghu (bhalma jaghmlu kull nhar ta’ Erbgha) ghall-attivita’ socjali taghhom fic-Cirklu taz-Zghazagh. Huwa ccelebra l-Ewkaristija f’dan iz-zmien ta’ l-Avvent u ghamel ukoll omelija qasira fejn fiha ma naqasx li jitkellem dwar l-esperjenza missjunarja tieghu. Wara li ntemmet il-Quddiesa, Patri George kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ ma’ l-anzjani li kienu migbura ghall-okkazjoni u qasam kelma ta’ kuragg maghhom. Kienet esperjenza tassew pozittiva!

Hawn taht, qeghdin intellghu xi ritratti ta’ din l-attivita’ ghall-beneficcju taghkom. Hajr lis-Sur Lawrence Camilleri talli gentilment ghaddielna dan il-materjal. Is-Sur Camilleri jigi hu Patri George u huwa l-webmaster tal-website tal-parrocca taghna, www.xaghraparish.org.

Related posts:

  1. Jum il-Librerija Pubblika Patri Gigi Camilleri S.J.
  2. Attivita’ ghall-anzjani fil-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati
  3. Jinzamm Jum il-Librerija Patri Gigi Camilleri SJ
  4. Attivita’ ghall-anzjani fl-okkazjoni tal-festa ta’ Gesu’ Nazzarenu
  5. Investiment fil-Librerija Pubblika ‘Patri Gigi Camilleri SJ’
  6. Celebrazzjoni tal-Milied ghall-anzjani Xaghrin
  7. Il-Kunsill Lokali Xaghra jifrah u jawgura lis-sacerdot novell Dun Anthony George Caruana
  8. Harga ghall-anzjani Xaghrin fl-okkazjoni tal-Festa ta’ San Pawl

Comments

No one has said anything yet.

Leave a Comment

*
To prove you're a person (not a spam script), type the security word shown in the picture. Click on the picture to hear an audio file of the word.
Click to hear an audio file of the anti-spam word

© Copyright Xaghra.com. All Rights Reserved.