| December 25, 2009 |
Illum il-Gimgha 25 ta’ Dicembru 2009, il-Knisja Universali ticcelebra s-Solennita’ tat-Twelid ta’ Sidna Gesu’ Kristu. Dan huwa jum ta’ festa u btala pubblika ghal pajjizna. Ghall-Knisja Kattolika, dan huwa jum ta’ FESTA KMANDATA li fiha MHUX PERMESS IX-XOGHOL u li hemm L-OBBLIGU TAS-SMIEGH TAL-QUDDIES. Il-Quddies fil-Bazilika ser ikun iccelebrat fl-istess hinijiet tal-Hdud, jigifieri:
5.00am, 6.00am, 7.00am, 8.30am (Konventwali), 9.45am u 11.00am.
8.00am: Kant Solenni tat-Tifhir ta’ Sbieh il-Jum u Talba ta’ Nofs il-Jum mir-Reverendissimu Kapitlu tal-Kolleggjata taghna.
8.30am: Koncelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-Milied immexxija mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo, Protonotarju Apostoliku.
10.30am: Ghanjiet tradizzjonali u popolari tal-Milied mill-Kor ‘Schola Cantorum Jubilate’ akkumpanjat mill-’Jubilate Chamber Orchestra’.
11.00am: Quddiesa tal-Milied ghall-adoloxxenti u z-zghazagh kollha tal-parrocca taghna bis-sehem tal-Kor ‘Schola Cantorum Jubilate’.
4.00pm: Kant Solenni tat-Tieni Ghasar bis-sehem tal-kongregazzjoni nisranija. Ruzarju u Barka Sagramentali.
5.00pm: Quddiesa bl-omelija.
5.00pm: Mill-Kappella tal-Kuncizzjoni fil-Muzew tas-Subien, titlaq il-Purcissjoni annwali u tradizzjonali bix-xbieha ta’ Gesu’ Bambin bis-sehem tal-Banda ‘Victory’ (A.D. 1898) tal-lokalita’ taghna. Din il-purcissjoni tghaddi mit-toroq Parisot, Gnien Xibla, Tigrija, Pjazza l-Vitorja, Knisja, Bullara, Spiera u mill-Pjazza tidhol fil-Bazilika. Kulhadd huwa mistieden u mheggeg sabiex isegwi l-purcissjoni matul it-triq kollha.
6.00pm: Programm tal-Milied imtella’ mis-Socjeta’ tal-Muzew li jinkludi l-prietka tradizzjonali tat-tifel, miktuba minn Dun Guzepp Cini. Nattendu bi hgarna.
8.00pm: Issir l-ahhar Quddiesa bl-omelija fil-Bazilika.
Related posts:
- Lejliet il-Milied
- Festa Santa Marija (Btala pubblika)
- Solennita’ ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni (btala pubblika)
- Il-Gimgha l-Kbira – Btala Pubblika
- Solennita’ tan-Nawfragju ta’ San Pawl f’Malta – Festa Kmandata u Btala Pubblika
- Il-Gimgha l-Kbira (Btala pubblika)
- Solennita’ ta’ Santa Marija (Festa Kmandata u Btala Pubblika)
- Il-Milied tal-Bambina. Solennita’ Liturgika tat-Twelid ta’ Marija, Omm Alla.
- Jinghata bidu ghan-Novena tal-Milied
Comments
No one has said anything yet.
Leave a Comment