
Illum l-Erbgha 31 ta’ Marzu 2010, pajjizna jfakkar il-31 anniversarju mill-helsien shih tieghu. Dan l-avveniment sehh ezattament fil-31 ta’ Marzu 1979 – hmistax-il sena wara l-kisba tal-Indipendenza politika fl-1964 u hames snin wara li Malta saret Repubblika fl-1974.
Dawn kienu tliet tappi importanti fl-istorja ta’ pajjizna li wasslu biex gensna sawwar l-istorja glorjuza tieghu. Dan l-avveniment seħħ meta l-bażi militari Ingliża ingħalqet wara li r-Renju Unit irrifjuta li jħallas iċ-ċens dovut lil Malta fl-1979, u peress li l-kuntratt kien jagħlaq fl-1 ta’ April, il-forzi ingliżi telqu minn Malta ġurnata qabel.
Monument kbir fil-Birgu ifakkar dan l-avveniment fl-istorja tal-pajjiż.
Posted in: Events
Nhar is-Sibt 20 ta’ Marzu, fil-lokalita’ taghna, ser isiru it-tigrijiet bir-roti fil-lokalita’ taghna. Aktar dettalji dwar hinijiet ecc jinghataw fil-gimghat li gejjin.
Posted in: Events
Fil-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati:
5.30pm: Quddiesa Koncelebrata mmexxija mill-Arcipriet Mons. Carmelo Refalo flimkien mar-Rettur il-Kan. Dun Gwann Sultana u rapprezentanza tal-Kapitlu u l-Kleru tal-Kolleggjata taghna.
Dritt wara, isir pellegrinagg penitenzjali bl-istatwa ta’ Kristu Inkurunat bix-xewk mill-Knisja ta’ Sant’Anton ghall-Knisja Bazilika. Matul dan il-pellegrinagg, jigu meditati l-erbatax-il stazzjon tal-Via Sagra u jsir kant marbut ma’ Zmien ir-Randan.
Il-poplu huwa mheggeg jattendi ghal din ic-celebrazzjoni.
Posted in: Events