Archive for February 17th, 2010

March 27, 2010

Arma tal-Gvern ta' MaltaPermezz tal-emendi li saru fil-Liġi b’riżultat tal-proċess tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali, fis-27 ta’ Marzu se jsiru l-ewwel elezzjonijiet biex jinħatru l-membri tal-kumitati amministrattivi fi 8 lokalitajiet. Dawn se jsiru fil-komunitajiet ta’ Fleur-de-Lys fil-lokalità ta’ Birkirkara, Bubaqra fil-lokalità taż-Żurrieq, Kappara fil-lokalità ta’ San Ġwann, Madliena fil-lokalità tas-Swieqi, Santa Luċija fil-lokalità ta’ Kerċem, Xlendi fil-lokalità tal-Munxar, Marsalforn fil-lokalità taż-Żebbuġ, Għawdex, u Paceville fil-lokalità ta’ San Ġiljan.

Il-ħolqien tal-kumitati amministrattivi se jseħħ grazzi għall-proċess ta’ tiġdid tal-Kunsilli Lokali, u wara konsultazzjoni wiesgħa mal-pubbliku u l-partijiet konċernati s-sena li għaddiet. Waħda mix-xewqat tar-residenti f’numru ta’ lokalitajiet kienet li ċerti żoni li huma meqjusa kbar jew li huma maqtugħin mill-Kunsill tingħatalhom aktar attenzjoni, inkluż li jkollhom ir-riżorsi biex iwettqu xogħlijiet u proġetti fil-komunità tagħhom.

Permezz tal-elezzjoni fis-27 ta’ Marzu, ir-residenti tat-8 lokalitajiet imsemmija se jkunu jistgħu jeleġġu ħames membri, b’setgħa li jamministraw dawn iż-żoni b’ċertu livell ta’ awtonomija.

L-elezzjoni tat-8 komunitajiet oħra li se kollhom kumitat amministrattiv, jiġifieri dawk ta’ Gwardamanġa (Pietà), Swatar (fil-lokalitajiet ta’ Birkirkara u l-Imsida), Baħrija (Rabat), Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar), St Peter’s (Ħaż-Żabbar), Tal-Virtu’ (Rabat), Burmarrad (San Pawl il-Baħar), u Ħal Farruġ (Ħal Luqa) għandhom isiru fit-tieni kwart ta’ din is-sena.

B’rabta mal-elezzjonijiet tal-Kumitati Amministrattivi, illum ġie pubblikat l-avviż legali li jemenda r-Regolamenti dwar Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet. Dawn l-emendi jinkludu li l-membri tal-Kumitat Amministrattiv għandhom jiġu eletti mir-residenti reġistrati fit-toroq tal-Komunità li għaliha tkun qed issir l-elezzjoni. Permezz ta’ dawn l-emendi għal dawn l-elezzjonijiet, għall-ewwel darba d-dokument tal-votazzjoni se jintbagħat mill-Kummissjoni Elettorali permezz tal-posta ordinarja lil kull persuna li jkollha jedd li tivvota. L-avviż legali jsemmi wkoll li huma dawk biss li jkunu reġistrati fir-Reġistru Elettorali u li jkunu joqogħdu fit-toroq f’dik il-Komunità li huma eliġibbli biex jivvotaw u jikkontestaw l-elezzjoni tal-kumitati amministrattivi.


March 19, 2010

San Guzepp XaghraIllum il-Gimgha 19 ta’ Marzu 2010, il-Knisja Universali ticcelebra s-Solennita’ liturgika ta’ San Guzepp, ir-ragel gust ta’ Marija Vergni. F’dan il-jum, il-Knisja tfakkar il-mewt qaddisa tal-missier putattiv ta’ Gesu’ Kristu. Ghan-nazzjon taghna, din hija gurnata ta’ btala pubblika.

Programm tal-Festa fil-Bazilika:

Il-Hamis 18 ta’ Marzu 2010: Lejliet is-Solennita’.

6.00pm: Kant Solenni tal-Ewwel Ghasar bil-Malti bis-sehem tal-poplu. Tinghata l-Barka Sagramentali.

6.30pm: Quddiesa.

Il-Gimgha 19 ta’ Marzu 2010: Jum is-Solennita’ ta’ San Guzepp.

Quddies bl-omelija fil-Bazilika: 5.00am, 6.00am, 7.00am, 8.30am, 9.45am, 11.00am u 4.30pm.

3.00pm – 4.00pm: Is-Sitt Gimgha tad-Duluri. Siegha ta’ talb ma’ Marija Addolorata.

6.00pm: Talba tar-Ruzarju Mqaddes u Barka Sagramentali.

6.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni bl-Ghasar Integrat.

March 26, 2010

Id-DuluriIllum ikollna gurnata Gesu’ Espost fil-Knisja Bazilika. Huwa rakkomandat is-sawn f’dan il-jum ta’ devozzjoni fil-gzejjer taghna.

5.00am, 5.30am, 6.00am, 6.30am, 7.45am u 8.30am: Quddies bi hsieb qasir fil-Bazilika.

9.00am: Quddiesa ghat-tfal tal-Iskola Primarja tar-rahal taghna.

10.00am: Quddiesa ghall-istudenti tal-MCAST Xaghra u Xewkija.

3.00pm – 4.00pm: L-Ahhar Gimgha tad-Duluri. Siegha ta’ talb ma’ Marija Addolorata.

5.00pm: Quddiesa letta fil-Bazilika.

5.30pm: Talba tar-Ruzarju Mqaddes b’tislima lill-Madonna.

6.00pm: Purcissjoni Solenni bix-xbieha devota ta’ Marija Addolorata (xoghol tad-ditta Luigi Guacci ta’ Lecce, l-Italja) bis-sehem tal-W.R. Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata taghna u mmexxija mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo. Il-purcissjoni tghaddi minn Vjal it-8 ta’ Settembru, Triq Marija Bambina, Triq il-Mithna, Triq l-Imqades, Triq Frangisk Camilleri u lura ghal Misrah il-Vitorja fejn tintemm fil-Bazilika. Il-purcissjoni devota tkun akkumpanjata mill-Banda Victory li ddoqq marci funebri. Din is-sena, is-Socjeta’ Filarmonika Victory tfakkar il-45 Anniversarju minn meta bdiet tippartecipa fil-Purcissjoni tad-Duluri u l-75 Sena minn meta hadet sehem ghall-ewwel darba fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira li tohrog kull sena mill-Bazilika ta’ Marija Bambina (Xaghra).

7.00pm: Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo flimkien mal-Kapitlu u l-Kleru tal-Kolleggjata. Janima l-Kor Voci Angeliche tal-parrocca taghna.

Il-poplu Xaghri huwa mheggeg sabiex jippartecipa f’dan il-pellegrinagg wara x-xbieha tad-Duluri f’jum il-festa devozzjonali taghha.

© Copyright Xaghra.com. All Rights Reserved.