Archive for January 26th, 2010

February 10, 2010

San PawlIllum l-Erbgha 10 ta’ Frar 2010, il-Knisja f’Malta ticcelebra s-Solennita’ tan-Nawfragju tal-Appostlu Missierna San Pawl. Din hija festa importanti hafna ghall-Knisja tant li hija FESTA KMANDATA bl-obbligu tas-smiegh tal-Quddies. Din is-sena, din il-festa qed tiehu dimensjoni akbar peress li jahbat l-1950 Anniversarju minn il-grajja li mmarkat il-wasla tal-Fidi Nisranija f’Malta. F’pajjizna, dan huwa jum ta’ btala pubblika.

Fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina, ikollna dan il-programm:

Quddies bl-omelija: 5am, 6am, 7am, 8.30am, 9.45am, 11.00am u 4.30pm.

6.00pm: Kant tat-Tieni Ghasar mill-W.R. Kapitlu tal-Kolleggjata.

6.30pm: Koncelebrazzjoni Solenni.

F’Ghawdex, il-festa ta’ San Pawl tigi ccelebrata bhala titular f’zewg knejjes: il-Knisja Parrokkjali tal-Munxar u l-Knisja ta’ Marsalforn.

Fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn jigu fi tmiemhom il-festi specjali li saru biex ifakkru l-1950 Anniversarju mill-Wasla ta’ San Pawl f’Malta. Il-programm ta’ attivitajiet liturgici jkun kif gej:

It-Tlieta 9 ta’ Frar 2010: Lejliet is-Solennita’ tan-Nawfragju.

9.00am: Quddiesa ghall-anzjani li jattendu d-Day Care Centre organizzat mill-Kunsill Lokali Xaghra. Il-Quddiesa titmexxa mill-W.R. Kan. Guzepp Sultana.

5.30pm: Translazzjoni qasira bir-Relikwija ta’ San Pawl segwita mill-Kant Solenni tal-Ewwel Ghasar tan-Nawfragju mmexxi mill-W.R. Dun Guzepp Cini.

6.00pm: Quddiesa kantata bil-prietka tal-okkazjoni u animata mill-organista Ivan Attard. Wara, Kurunella, Barka Sagramentali u Kant tal-Innu popolari.

L-Erbgha 10 ta’ Frar 2010: Jum is-Solennita’ tan-Nawfragju ta’ San Pawl.

Peress li din hija FESTA KMANDATA, il-Quddies fil-Knisja jkun fl-istess hiniijet tal-Hdud.

8.00am, 10.00am u 11.00am: Quddies bl-omelija.

5.30pm: Kant Solenni tat-Tieni Ghasar.

6.00pm: Koncelebrazzjoni Solenni ta’ gheluq il-festi mmexxija mill-W.R. Kappillan Dun Mikiel Borg, Rettur tal-Knisja ta’ Marsalforn, bis-sehem tal-Chorus Unda Maris tal-komunita’ ta’ Marsalforn.

Naghlqu dawn ic-celebrazzjonijiet Pawlini bit-talb tal-Kurunella, Kant tal-Innu u Barka Sagramentali.


© Copyright Xaghra.com. All Rights Reserved.