Archive for February 9th, 2010

Illum it-Tlieta 9 ta’ Frar, lejliet is-Solennita’ Liturgika tan-Nawfragju ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl, il-Kunsill Lokali Xaghra organizza harga specjali ghall-anzjani li jattendu c-Centru taghhom ta’ matul il-jum.

Kif kien verament jixraq, din il-harga bdiet b’Quddiesa fil-Knisja ta’ Marsalforn – liema Knisja hija dedikata lill-Appostlu tal-Gnus. Il-Quddiesa tmexxiet mill-W.R. Kan. Dun Guzepp Sultana li huwa wiehed mill-Kappillani tal-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Prezenti ghal din il-Quddiesa kien hemm ukoll il-W.R. Kan. Dun Mikiel Borg li fil-prezent huwa r-Rettur tal-komunita’ ta’ Marsalforn. Numru sabih ta’ anzjani ippartecipaw f’din ic-celebrazzjoni. Wara l-Quddiesa, l-anzjani kellhom l-opportunita’ li jghaddu ftit mumenti ta’ talb fis-skiet quddiem l-istatwa titulari ta’ San Pawl li tinsab esposta barra min-nicca taghha fil-korsija tal-knisja. Ta’ min ifakkar li matul ix-xahar li ghadda, f’Marsalforn, il-festa titulari li ssir kull sena fl-eqreb Hadd lejn il-25 ta’ Jannar hadet forma specjali biex tfakkar l-1950 Anniversarju min-Nawfragju ta’ San Pawl fostna. Din saret bis-sehem ukoll tal-Kunsill Lokali Xaghra.

L-attivita’ tal-lum, organizzata mill-Kunsill, intemmet b’attivita’ socjali u bl-ikla ta’ nofsinhar f’lukanda ewlenija fil-bajja ta’ Marsalforn. Din kienet okkazjoni ohra li fiha l-Kunsill wera li japprezza hafna lill-anzjani tal-lokalita’ taghna.

Intant, f’nofsinhar tal-lum, il-Knisja f’Malta bdiet ticcelebra s-Solennita’ tan-Nawfragju ta’ San Pawl. Bhala parti minn din il-festa, fil-Parrocca tal-Munxar, illejla fis-6.00pm, l-E.T. Mons. Isqof Mario Grech ser imexxi Velja Djocesana li tinkludi Koncelebrazzjoni Solenni, Mixeghla tal-Huggiega Tradizzjonali, Tigdid tal-Weghdiet tal-Maghmudija u Translazzjoni Solenni bir-Relikwija Insinji ta’ San Pawl. Ghada l-Erbgha 10 ta’ Frar, Jum is-Solennita’, Mons. Isqof ser imexxi Quddiesa Pontifikali bil-Panigierku fid-9.00am u fl-10.30am issir Purcissjoni Solenni bl-istatwa titulari ta’ San Pawl madwar it-toroq tal-Munxar.

Fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn, illum it-Tlieta, fil-5.00pm jibda r-Ruzarju meditat. Fil-5.30pm jkun hemm l-Kant Solenni tal-Ewwel Ghasar u fis-6.00pm Quddiesa kantata mmexxija minn Dun Guzepp Cini. Ghada l-Erbgha, Festa Kmandata, filghodu jkun hemm Quddies fit-8.00am, 10.00am u 11.00am u filghaxija fis-6.00pm Koncelebrazzjoni Solenni li taghlaq il-festi mmexxija mill-W.R. Dun Mikiel Borg.

Nawguraw il-festa t-tajba lill-Pawlini kollha!!


February 9, 2010
09:00to12:30

Knisja ta' MarsalfornNhar it-Tlieta 9 ta’ Frar 2010, lejliet il-festa solenni tal-Appostlu Missierna San Pawl, il-Kunsill Lokali Xaghra ser jorganizza harga ghall-anzjani li jattendu fic-Centru taghhom ta’ matul il-Jum. Ix-xarabank titlaq minn Misrah il-Vitorja fit-8.30am. Il-programm ta’ din l-attivita’ jikkonsisti f’Quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu f’Marsalforn, loghob tat-tombla u l-ikla ta’ nofsinhar f’ristorant lokali. Inheggu lill-anzjani sabiex jattendu halli jqattghu mumenti socjali flimkien.

Il-Kunsill javza li, peress li l-Erbgha 10 ta’ Frar hija BTALA PUBBLIKA, ic-Centru ta’ Matul il-Jum ma jiftahx.


© Copyright Xaghra.com. All Rights Reserved.