Archive for February 4th, 2010

IMG_0540Illum il-Hamis 4 ta’ Frar 2010, fil-bini tal-ufficcju amministrattiv tal-Kunsill Lokali Xaghra, saret ic-cerimonja tal-iffirmar tad-devoluzzjoni tal-istess ufficini bil-ghan li jinghata bidu ghall-progett ambizzjuz tac-Centru Civiku fil-lokalita’ taghna. Prezenti ghal din ic-cerimonja importanti fl-istorja tal-Kunsill kien hemm l-Onor. Dr. Chris Said, Segretarju Parlamentari ghad-Djalogu u Informazzjoni Pubblika, l-Onor. Dr. Jason Azzopardi, Segretarju Parlamentari ghall-Erarji Pubblici u Artijiet, il-Kummissarju tal-Artijiet is-Sur Albert Mamo, is-Sindku Joseph Cordina, il-kunsilliera Mary Carmen Bajada u Joseph Bartolo flimkien mas-Segretarju Ezekuttiv is-Sur Joseph Azzopardi.

Ic-cerimonja bdiet ghall-habta tas-1.00pm bil-wasla taz-zewg Segretarji Parlamentari mistiedna u nzammet fis-sala fejn isiru s-seduti tal-Kunsill. Is-Sindku Joseph Cordina wera x’inhu l-pjanijiet tal-Kunsill fir-rigward ta’ dan il-progett. Dan ix-xoghol, li huwa stmat li ser jigi jiswa madwar € 400,000, jikkonsisti fi process ta’ twaqqiegh tal-bini ezistenti biex minfloku jinbena Centru Civiku li jinkorpora fih l-ufficcji amministrattivi tal-Kunsill, l-ghassa tal-pulizija, il-poliklinika tal-Gvern u l-latrini pubblici. Il-pjanti tax-xoghol tistghu tarawhom online ma’ dan l-artiklu. Ghall-beneficcju taghkom, dawn il-pjanti ser ikunu wkoll esebiti fis-sala tal-laqghat tal-Kunsill fl-ufficini taghna mil-lum il-Hamis 4 sa nhar it-Tlieta 9 ta’ Frar 2010 fil-hinijiet normali tax-xoghol.

Il-progett kif inhu mfassal jinkwadra tajjeb hafna mal-mizuri mhabbra ftit tal-gimghat ilu bhala parti mir-riforma tal-Kunsilli Lokali. Fost dawn insemmu l-htiega li l-Kunsill iservi bhala one stop shop fejn ir-residenti Xaghrin ikunu jistghu jinghataw servizz pubbliku adekwat u efficjenti. Il-progett jissodisfa wkoll il-kuncett ta’ l-accessibilita’ peress li l-bini l-gdid ser jinkludi wkoll lift bil-ghan li jiffacilita l-bzonnijiet tal-persuni anzjani u l-persuni b’dizabilita’. Ix-xoghol mistenni jibda fix-xhur li gejjin u ahna nawguraw li dan il-progett ikun jista’ jitwettaq sal-ahhar ghall-beneficcju tal-komunita’ taghna.

Aktar dettalji jinghataw fix-xhur li gejjin.


February 27, 2010
09:00to15:00

Bejn il-Gimgha 26 u s-Sibt 27 ta’ Frar 2010, l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ser torganizza l-ewwel laqgha tas-sena ghas-Sindki kollha ta’ Malta u Ghawdex. Din il-konferenza ser tinzamm f’lukanda ewlenija f’Malta. Il-programm jinsab anness ma’ dan l-avviz.

Agenda Laqgha Sindki Frar 2010 (pdf aghfas biex tnizzel).

February 26, 2010
17:00to20:30

Between Friday 26th and Saturday 27th February 2010, the Local Councils’ Association organises the first meeting for all the elected Mayors of the Maltese and Gozitan Local Councils. This conference will he held in a major hotel in Malta. The programme, in the Maltese language, is available by clicking the following lin

Agenda Laqgha Sindki Frar 2010 (pdf click to download).

© Copyright Xaghra.com. All Rights Reserved.