Archive for February, 2010

March 31, 2010

Monument Helsien

Illum l-Erbgha 31 ta’ Marzu 2010, pajjizna jfakkar il-31 anniversarju mill-helsien shih tieghu. Dan l-avveniment sehh ezattament fil-31 ta’ Marzu 1979 – hmistax-il sena wara l-kisba tal-Indipendenza politika fl-1964 u hames snin wara li Malta saret Repubblika fl-1974.

Dawn kienu tliet tappi importanti fl-istorja ta’ pajjizna li wasslu biex gensna sawwar l-istorja glorjuza tieghu. Dan l-avveniment seħħ meta l-bażi militari Ingliża ingħalqet wara li r-Renju Unit irrifjuta li jħallas iċ-ċens dovut lil Malta fl-1979, u peress li l-kuntratt kien jagħlaq fl-1 ta’ April, il-forzi ingliżi telqu minn Malta ġurnata qabel.

Monument kbir fil-Birgu ifakkar dan l-avveniment fl-istorja tal-pajjiż.

March 20, 2010

Nhar is-Sibt 20 ta’ Marzu, fil-lokalita’ taghna, ser isiru it-tigrijiet bir-roti fil-lokalita’ taghna. Aktar dettalji dwar hinijiet ecc jinghataw fil-gimghat li gejjin.

Il-Kunsill Lokali Xaghra qed jippubblika r-rizultati tal-kwotazzjoniijiet ghal tliet servizzi:

(a)             Preparazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni ghal Energija Sostennibbli fil-lokalita’ tax-Xaghra;

(b)            Servizz ta’ tindif ta’ toroq fil-lokalità; u

(c)             Servizz ta’ handyman fil-lokalità.

Il-ftuh ta’ dawn il-kwotazzjonijiet issigillati sar nhar it-Tnejn 15 ta’ Frar fil-prezenza tas-Sindku s-Sur Joseph Cordina, il-Vici Sindku Dr. Christian Zammit LLD u s-Segretarju Ezekuttiv is-Sur Joseph Azzopardi. Ir-rizultat taghhom qieghed hawn taht. Grazzi.

Table-Quotations _15 February 2010 (pdf aghfas biex tnizzel)

© Copyright Xaghra.com. All Rights Reserved.