Nhar il-Hamis 4 ta’ Frar 2010, ser issir ic-cerimonja tad-devoluzzjonital-ufficcju amministrattiv tal-Kunsill Lokali Xaghra. Din hija biss l-ewwel tappa f’dan il-progett kbir li ser iwassal biex il-lokalita’ taghna jkollha Centru Civiku li tassew jixirqilha. Prezenti ghal din ic-cerimonja ser ikun l-Onor. Dr. Jason Azzopardi, Segretarju Parlamentari ghall-Artijiet u Erarji Pubblici, l-Onor. Dr. Chris Said, Segretarju Parlamentari ghad-Djalogu u Informazzjoni Pubblika, is-Sindku tax-Xaghra s-Sur Joseph Cordina u l-kunsilliera tal-Kunsill Lokali Xaghra flimkien mas-Segretarju Ezekuttiv is-Sur Joseph Azzopardi.
Rapport ta’ din l-istorja jinghata lilkom fil-jiem li gejjin.
Posted in: Events
| February 9, 2010 |
| 09:00 | to | 12:30 |
Nhar it-Tlieta 9 ta’ Frar 2010, lejliet il-festa solenni tal-Appostlu Missierna San Pawl, il-Kunsill Lokali Xaghra ser jorganizza harga ghall-anzjani li jattendu fic-Centru taghhom ta’ matul il-Jum. Ix-xarabank titlaq minn Misrah il-Vitorja fit-8.30am. Il-programm ta’ din l-attivita’ jikkonsisti f’Quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu f’Marsalforn, loghob tat-tombla u l-ikla ta’ nofsinhar f’ristorant lokali. Inheggu lill-anzjani sabiex jattendu halli jqattghu mumenti socjali flimkien.
Il-Kunsill javza li, peress li l-Erbgha 10 ta’ Frar hija BTALA PUBBLIKA, ic-Centru ta’ Matul il-Jum ma jiftahx.
Posted in: Events
Dan is-sit elettroniku qed itella’ r-ritratti tal-Kuncert tal-Milied “…ET INCARNATUS EST…” li sar fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina nhar it-Tlieta 22 ta’ Dicembru 2009 fil-prezenza tal-Onorevoli Dr. Anton Tabone, ex-speaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex, is-Sindku Joseph Cordina u l-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali Xaghra, l-Arcipriet Mons. Carmelo Refalo flimkien mal-W.R. Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata taghna u numru sabih ta’ residenti Xaghrin.
Il-Kuncert sar mill-Kor Laudate Pueri tal-Kolleggjata Bazilika ta’ San Gorg Martri (Belt Victoria) taht id-direzzjoni tal-Kan. Dun Gorg Frendo, flimkien mal-muzicisti Jacob Portelli (arpa) u Dr. Joseph Camilleri LLD (orgni). Il-prezentatur tas-serata kien is-Sur John Demanuele.
Posted in: News