Archive for December 30th, 2009

New Year

Il-Kunsill Lokali Xaghra jinghaqad mal-bqija tal-popli madwar id-dinja fl-isbah awgurju ghal Sena Gdida mimlija b’kull rizq u hena! Il-Kunsill jawgura li tkompli tirrenja l-ghaqda u l-kooperazzjoni bejn ix-Xaghrin halli d-diversi inizjattivi li norganizzaw matul is-sena li gejja jkunu ta’ beneficcju ghal-lokalita’ taghna. Fl-istess hin, il-Kunsill Lokali jixtieq jirringrazzjakom ta’ l-interess taghkom fl-attivitajiet li organizzajna matul is-sena 2009.

Is-Sindku s-Sur Joseph Cordina ser iwassal il-messagg tieghu lill-poplu Xaghri permezz ta’ Radju Bambina, ir-radju tal-komunita’ parrokkjali taghna (98.3 FM), nhar il-Gimgha 1 ta’ Jannar 2010 f’nofsinhar.

December 30, 2009

Sagrament5am, 5.30am, 6am, 6.30am u 7.45am: Quddies lett fil-Bazilika.

8.30am: Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-W.R. Kan. Joseph Sultana Azzopardi bis-sehem tal-W.R. Kapitlu u Kleru tal-Parrocca. Wara li tintemm din il-Quddiesa kantata, issir l-Espozizzjoni Solenni tas-Santissimu Sagrament ghall-venerazzjoni tal-fidili. Ikanta l-Kor ta’ l-Abbatini tal-Parrocca li jkun taht it-tmexxija ta’ Ivan Attard.

11.00am u 4.30pm: Quddies lett fil-Bazilika.

5.30pm: Kant ta’ l-Ghasar (bil-Malti) bis-sehem tal-poplu u Barka Sagramentali.

6.00pm: Quddiesa kantata bl-Ewwel Prietka tal-Kwaranturi mmexxija mill-W.R. Kan. Dun Michael Galea.

Janima l-Liturgija l-Kor Nativitas li jkun taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u l-organista Ivan Attard (Ass. Direttur).

© Copyright Xaghra.com. All Rights Reserved.