| December 24, 2009 |
Illum il-Hamis 24 ta’ Dicembru 2009, niccelebraw Lejliet is-Solennita’ tat-Twelid ta’ Sidna Gesu’ Kristu.
5.00am, 5.30am, 6.00am, 6.30am, 7.45am u 8.30am: Quddies fil-Bazilika.
F’nofsinhar, il-Knisja Universali tibda ticcelebra l-VGILI TAS-SOLENNITA’ tal-Milied ta’ Gesu’ Bambin.
4.30pm: Quddiesa tal-Vgili tal-Milied.
5.15pm: Kant Sollenni ta’ l-Ewwel Ghasar tal-Milied bis-sehem tal-assemblea liturgika u l-poplu nisrani mmexxi mill-W.R. Kapitlu tal-Kolleggjata Insinji taghna u ppresedut mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo.
6.00pm: Quddiesa Vespertina tal-Vgili tal-Milied.
11.00pm: Ghanjiet tradizzjonali tal-Milied bis-sehem tal-Kor ‘Voci Angeliche’ tal-parrocca taghna.
11.30pm: Celebrazzjoni ta’ l-Ufficcju tal-Qari tal-Milied. Kant tas-Salmi tal-Matutin.
F’nofs il-lejl: Ix-xbieha ta’ Gesu’ Bambin titwassal fuq l-artal maggur tal-Bazilika. Isir il-Kant tal-Glorja li jhabbar il-Milied Imqaddes.
Koncelebrazzjoni Solenni tal-Lejl Qaddis tal-Milied immexxija mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo, Protonotarju Apostoliku, bis-sehem tal-Kor ‘Voci Angeliche’. Wara l-Quddiesa Solenni, inkomplu naqsmu l-ferh tal-Milied waqt agape fuq iz-zuntier tal-Bazilika.
Ic-celebrazzjoni tal-Quddiesa ta’ nofs il-lejl issir ukoll fil-Knisja ta’ Gesu’ Nazzarenu. Fil-11.30pm ikun hemm il-Kant tal-Liturgija tas-Sighat, Prietka tal-Milied u Quddiesa Solenni ta’ nofs il-lejl. Imexxi l-Kan. Dun Anton Refalo Rapa, Rettur tal-Knisja, bis-sehem tas-sacerdoti li jaqdu fil-Knisja tan-Nazzarenu u bl-animazzjoni tal-Kor ‘Maranatha’.