Archive for December 14th, 2009

January 1, 2010

Mary Mother of GodInfakkru li llum hija gurnata ta’ FESTA KMANDATA u ghalhekk mhux permess ix-xoghol u l-insara huma obbligati li jattendu ghall-Quddiesa.

5.00am, 6.00am u 7.00am: Quddies bl-omelija fil-Bazilika.

8.00am: Kant Solenni tat-Tifhir ta’ Sbih il-Jum mill-Kapitlu Kolleggjali.

8.30am: Koncelebrazzjoni Konventwali Solenni. Janima l-Kor ta’ l-Abbatini.

9.45am u 11.00am: Quddies bl-omelija fil-Bazilika.

3.30pm: Kant Solenni tat-Tieni Ghasar mill-W.R. Kapitlu Kolleggjali u presedut mill-W.R. Mons. Carmelo Refalo, Arcipriet.

4.00pm: Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi taghna, bis-sehem tal-W.R. Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata. Issir l-ahhar omelija marbuta mal-jiem tal-Kwaranturi. Janima l-Kor Voci Angeliche mmexxi mis-Sinjura Grace Vella.

5.00pm: Purcissjoni Ewkaristika li tghaddi mit-toroq 28 ta’ April 1688, Pjazza Sant’Anton, San Guzepp, Knisja u Misrah il-Vitorja. Il-familji li joqoghdu f’dawn l-inhawi huma mhegga sabiex jixeghlu u jzejnu l-faccati ta’ djarhom b’sinjal ta’ rispett.

Mad-dhul fil-Purcissjoni fil-Bazilika, tinghata l-Barka Sagramentali.

7.30pm: Issir l-ahhar Quddiesa bl-omelija fil-Bazilika.

December 31, 2009

Sagrament5am, 5.30am, 6am, 6.30am u 7.45am: Quddies lett fil-Bazilika.

8.30am: Quddiesa bis-sehem tat-tfal Xaghrin. Janima l-organista Ivan Attard.

Wara li tintemm din ic-celebrazzjoni, isir mument ta’ Adorazzjoni Ewkaristika ghal dawk kollha prezenti filwaqt li tibda l-Espozizzjoni Solenni tas-Santissimu Sagrament ghall-qima ta’ l-insara.

11.00am: Quddiesa letta.

F’nofsinhar tal-lum, il-Knisja Kattolika tibda ticcelebra s-Solennita’ ta’ Marija Omm Alla u Omm il-Paci. Minn dan il-hin u matul il-jum kollu tal-Gimgha 1 ta’ Jannar,

4.30pm: Quddiesa bl-omelija tas-Solennita’.

5.15pm: Kant ta’ l-Ewwel Ghasar tas-Solennita’ ta’ Marija Omm Alla mill-W.R. Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata u ppresedut minn Mons. Arcipriet Carmelo Refalo. Ruzarju u Barka Sagramentali.

6.00pm: Koncelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Hajr lil Alla fi tmiem is-Sena Civili. Din il-Quddiesa titmexxa minn Mons. Arcipriet flimkien mar-Rev. Kapitlu tal-Kolleggjata. Jitkanta l-Innu Te Deum. Janima l-Kor Voci Angeliche taht id-direzzjoni tas-Sinjura Grace Vella u l-organista Mario Curmi.

Mis-7.00pm sal-11.00pm: Adorazzjoni Ewkaristika fil-Bazilika.

11.00pm: Quddiesa Kantata mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech – din ic-celebrazzjoni taghlaq is-sena 2009 u tiftah is-sena 2010. Janima l-Kor ta’ l-Abbatini taht id-direzzjoni ta’ Dun Michael Curmi.

Wara li tintemm din il-Quddiesa, Gesu’ Ewkaristija jittiehed fl-Oratorju tal-Passjoni fejn jibqa’ ghall-venerazzjoni tal-fidili sal-5.00am.

December 30, 2009

Sagrament5am, 5.30am, 6am, 6.30am u 7.45am: Quddies lett fil-Bazilika.

8.30am: Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-W.R. Kan. Joseph Sultana Azzopardi bis-sehem tal-W.R. Kapitlu u Kleru tal-Parrocca. Wara li tintemm din il-Quddiesa kantata, issir l-Espozizzjoni Solenni tas-Santissimu Sagrament ghall-venerazzjoni tal-fidili. Ikanta l-Kor ta’ l-Abbatini tal-Parrocca li jkun taht it-tmexxija ta’ Ivan Attard.

11.00am u 4.30pm: Quddies lett fil-Bazilika.

5.30pm: Kant ta’ l-Ghasar (bil-Malti) bis-sehem tal-poplu u Barka Sagramentali.

6.00pm: Quddiesa kantata bl-Ewwel Prietka tal-Kwaranturi mmexxija mill-W.R. Kan. Dun Michael Galea.

Janima l-Liturgija l-Kor Nativitas li jkun taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u l-organista Ivan Attard (Ass. Direttur).

© Copyright Xaghra.com. All Rights Reserved.