| December 13, 2009 |
Nhar il-Hadd 13 ta’ Dicembru 2009, Malta tfakkar il-35 Anniversarju minn meta saret Repubblika fi zmien il-Gvern Laburista tal-Perit Duminku Mintoff. F’dan il-jum tas-sena 1974, ir-Regina tar-Renju Unit ma baqghetx il-kap ta’ l-istat u minflokha gie appuntat Sir Anthony Mamo, bhala l-Ewwel President tar-Repubblika. Il-President huwa l-Kap ta’ l-Istat, jiffirma l-Ligijiet kollha li jghaddu mill-Parlament u jamministra wkoll il-’Community Chest Fund’. L-Ufficcju tal-President jinsab fil-Palazz il-Belt u bhala residenzi ghandu l-Palazzi ta’ Sant’Anton u l-Verdala. Il-Presidenti tar-Repubbika mit-twaqqif taghha sal-lum kienu dawn:
Sir Anthony Mamo (qabel sar President kien ukoll Gvernatur Ġenerali)
Dr. Anton Buttiġieġ (1976-1981)
Is-Sinjorina Agatha Barbara (1982-1987)
Is-Sur Pawlu Xuereb – Aġent-President (1987-1989)
Dr. Ċensu Tabone (1989-1994)
Dr. Ugo Mifsud Bonniċi (1994-1999)
Dr. Guido Demarco (1999-2004)
Dr. Edward Fenech Adami (2004-2009)
Dr. George Abela (2009 – prezent).