Nhar it-Tlieta 8 ta’ Dicembru, il-Knisja Universali ticcelebra s-Solennita’ ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni – il-Misteru tat-Tnissil bla Tebgha tal-Vergni Marija. Minhabba l-kobor ta’ din il-festa Marjana, f’bosta pajjizi madwar id-dinja fosthom Malta, dan il-jum huwa mhares bhala gurnata ta’ btala pubblika.
Ghalkemm mhijiex festa Kmandata, il-gurnata tat-8 ta’ Dicembru ghandha gheruq sodi fit-tradizzjoni religjuza tal-poplu taghna. Din il-festa hija ccelebrata f’xejn anqas minn erba’ knejjes madwar il-gzira taghna – f’Malta hija ccelebrata bl-akbar solennita’ fil-Knisja Kolleggjata ta’ Bormla u fil-Hamrun filwaqt li f’Ghawdex hija meqjuma b’devozzjoni kbira fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria u fis-Santwarju Nazzjonali tal-Qala Ghawdex. F’dan is-Santwarju, jigu venerati wkoll ir-relikwiji tal-qaddis eremita San Kerrew li skont it-tradizzjoni, b’mod tassew straordinarju, kien qasam bejn Malta u Ghawdex (ezattament bejn l-inhawi tal-Mosta u l-inhawi ta’ Hondoq ir-Rummien) fuq mantar!
Il-jum tat-8 ta’ Dicembru 2009 huwa wkoll specjali ghall-fatt li l-Knisja qed tithejja sabiex matul is-sena 2010 ticcelebra gheluq l-2025 sena mit-Twelid ta’ Marija Bambina.
Il-programm ta’ attivitajiet religjuzi b’konnessjoni ma’ din il-festa fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika tax-Xaghra ser ikun kif gej:
It-Tnejn 7 ta’ Dicembru: Lejliet Jum l-Immakulata. Tifkira ta’ Sant’Ambrog, Isqof u Duttur tal-Knisja.
5am, 5.30am, 6am, 6.30am, 7.45am u 8.30am: Quddies fil-Bazilika.
F’nofsinhar tal-lum, il-Knisja Universali tidhol fis-Solennita’ tat-Tnissil bla Tebgha tal-Vergni Marija. Minn dan il-hin u matul il-jum kollu tat-Tlieta, kull min izur il-Bazilika ta’ Marija Bambina jista’ jirbah l-Indulgenza Plenarju skont il-kundizzjonijiet tas-soltu. Dan huwa frott l-Aggregazzjoni Spiritwali tal-Kolleggjata taghna mal-Bazilika Liberjana ta’ Santa Maria Maggiore gewwa Ruma. 4.30pm: Quddiesa bi hsieb qasir.
5.15pm: Kant Solenni ta’ l-Ewwel Ghasar tas-Solennita’ immexxi mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo flimkien mal-W.R. Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata taghna.
5.40pm: Ruzarju meditat u Barka Sagramentali.
6.00pm: Quddiesa bi hsieb qasir.
It-Tlieta 8 ta’ Dicembru: Jum is-Solennita’ tat-Tnissil bla tebgha tal-Vergni Mqaddsa Marija.
5.00am, 6.00am, 7.00am, 8.30am, 9.45am, 11.00am u 4.30pm: Quddies bl-omelija fil-Bazilika.
5.15pm: Celebrazzjoni Solenni tat-Tieni Ghasar mill-W.R. Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata taghna u ppresedut mill-W.R. Mons. Carmelo Refalo, Arcipriet tal-Parrocca.
5.40pm: Ruzarju meditat u Barka Sagramentali.
6.00pm: Koncelebrazzjoni Solenni bil-prietka ta’ l-okkazjoni mmexxija mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo. Janima l-liturgija l-Kor ta’ l-Abbatini tal-Parrocca taghna.
F’din il-gurnata, huwa skedat ukoll li jinxteghlu d-dwal tal-Milied fi Vjal it-8 ta’ Settembru, it-triq principali li twassal ghax-Xaghra, liema dwal huma gentilment sponsorjati mill-Kunsill Lokali.