Is-Sindku Joseph Cordina flimkien ma’ l-Arcipriet tal-Parrocca taghna, Mons. Carmelo Refalo, qed ikunu mistiedna sabiex jippartecipaw fi programm imtella’ mill-Awtorita’ tax-Xandir Pubbliku li fih ser jitkellmu dwar l-organizazzjoni tal-Kuncert tal-Milied “…ET INCARNATUS EST…” li ser isir fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina nhar it-Tlieta 22 ta’ Dicembru. Ir-rekording ta’ l-intervista ser isir nhar il-Hamis 17 ta’ Dicembru 2009 min-12.30pm ‘il quddiem fil-bini ta’ l-Awtorita’ fil-Hamrun.
Posted in: Events
Is-Sindku s-Sur Joseph Cordina qed isejjah LAQGHA TAL-KUNSILL LOKALI XAGHRA ghax-xahar ta’ Dicembru 2009. Din is-seduta, li mistennija tkun l-ahhar wahda ghas-sena kurrenti, ser issir nhar it-Tnejn 7 ta’ Dicembru (lejliet btala pubblika) fis-6.00pm fl-ufficcju amministrattiv tal-Kunsill fi Vjal it-8 ta’ Settembru. L-agenda hija kif gej:
1. Talba tal-Bidu;
2. Qari, Konsiderazzjoni u Approvazzjoni tal-Minuti tal-laqgha precedenti;
3. Komunikazzjonijiet tas-Sindku fosthom l-organizzazzjoni tal-Kuncert tal-Milied (Dicembru 2009) u l-Festi tal-Karnival (Frar 2010), Devoluzzjoni ta’ l-Ufficcju Amministrattiv, Twaqqif ta’ Kumitat inkarigat mill-attivitajiet kulturali li jtella’ l-Kunsill, tizjin tat-toroq fi zmien il-festi tal-Milied, komunikazzjoni mal-Heritage Malta dwar ir-restawr tal-Mithna ta’ Kola u materji ohra;
4. Qari tal-Korrispondenza u lmenti tar-residenti;
5. Approvazzjoni tal-Pagamenti u
6. Data ghal laqgha ohra.
Bhal kull laqgha ohra tal-Kunsill, din il-laqgha tkun miftuha ghall-pubbliku pero’ ma jistghux isiru interventi. Infakkrukom li l-minuti tistghu tarawhom online fuq dan is-sit ufficjali. Grazzi tal-kooperazzjoni taghkom.
Posted in: News
B’sodisfazzjon nghidu li l-applikazzjoni li l-Kunsill kien issottometta bil-ghan li jiffinanzja progett partikolari fir-rahal taghna giet approvata u nghataw il-fondi relatati. Ic-cerimonja ta’ l-ghoti ta’ dawn il-flus saret nhar l-Erbgha 2 ta’ Dicembru 2009 f’wahda mis-swali principali tal-Muzew ta’ l-Arkeologija fil-Belt Valletta. Din l-attivita’ kienet preseduta mill-Onor. Dr. Chris Said LLD MP, Segretarju Parlamentari ghad-Djalogu u Informazzjoni. Ghan-nom tal-Kunsill Lokali Xaghra attenda s-Segretarju Ezekuttiv is-Sur Joseph Azzopardi.
In-numru ta’ dawk li ibbenefikaw minn din l-iskema kien jammonta ghal dsatax-il Kunsill Lokali minn madwar il-gzira taghna, fosthom il-Kunsill Lokali Xaghra. Il-progett li ghalih applikajna huwa dak ta’ belvedere fi Triq Knisja – minnu zgur ser jibbenefikaw il-familji u r-residenti Xaghrin ghax permezz tieghu, galadarba l-progett jitwettaq, ser jizdied post iehor ta’ rikreazzjoni fil-lokalita’ taghna. Bhala Kunsill diga’ applikajna ghall-permessi mehtiega minghand l-Awtorita’ Maltija ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar u nittamaw li fi zmien qasir, dawn il-permessi jinkisbu biex inkunu nistghu naghtu bidu ghal dan il-progett ambizzjuz!
Posted in: News